|
24.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/109 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(2014/737/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, (“il-Protokoll 4”); |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) tistabilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni. L-Albanija u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mill-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea ta' akkumulazzjoni djagonali tal-oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
|
(3) |
L-Unjoni u l-Albanija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u s-27 ta' Ġunju 2011 rispettivament. |
|
(4) |
L-Unjoni u l-Albanija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u l-5 ta' Marzu 2012 rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward ta' kemm l-Unjoni kif ukoll l-Albanija fl-1 ta' Mejju 2012. |
|
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull parti kontraenti għall-Konvenzjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 4 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni hija tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mehmuż hawn.
2. Jista' jintlaħaq qbil dwar xi tibdil żgħir fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ALFANO
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru TAL-KUNSILL TA' STABILIAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE-L-ALBANIJA
ta'
li tissostitwixxi l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-UE-L-ALBANIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju 2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 41 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jirreferi għall-Protokoll 4 tal-Ftehim (“Protokoll 4”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jistipula akkumulazzjoni tal-oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, it-Turkija u kull pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Artikolu 38 tal-Protokoll 4 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stipulat fl-Artikolu 116 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed. L-Albanija u l-parteċipanti l-oħra fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mill-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea tal-akkumulazzjoni djagonali tal-oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. |
|
(4) |
L-Unjoni Ewropea u l-Albanija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fis-27 ta' Ġunju 2011 rispettivament. |
|
(5) |
L-Unjoni Ewropea u l-Albanija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u l-5 ta' Marzu 2012 rispettivament. Bħala konsegwenza, f'applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward ta' kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Albanija fl-1 ta' Mejju 2012. |
|
(6) |
Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-partijiet kontraenti kollha għall-Konvenzjoni fi ħdan iż-żona ta' akkumulazzjoni, ma għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 4. |
|
(7) |
Il-Protokoll 4 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija tapplika mill-….
Magħmul fi
Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE l-Albanija
Il-President
ANNESS
Protokoll 4
dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Regoli ta' oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
2. Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini pan-Ewro-Mediterranji jinftiehmu bħala li jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni tat-tilwim
1. Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu dik il-verifikazzjoni, dawn jitressqu quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
2. Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni ssir skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew l-Albanija jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni, l-Unjoni Ewropea u l-Albanija immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sad-dħul fis-seħħ ta' dawk ir-regoli ta' oriġini ġodda nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Albanija biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — akkumulazzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I ta' din il-Konvenzjoni, ir-regoli dwar l-akkumulazzjoni stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll 4, kif emendati permezz tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, sabiex iqisu l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2), għandhom ikomplu japplikaw bejn l-Unjoni Ewropea u l-Albanija sa meta l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha elenkati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan il-Protokoll.
2. Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.