21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/728/PESK
tal-20 ta' Ottubru 2014
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2015. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija emendata kif ġej:
|
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).