|
14.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Ottubru 2014
li taħtar membru supplenti Daniż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2014/712/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernDaniż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fit-3 ta' Ġunju 2010, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/312/UE (3), is-Sur Lasse KRULL inħatar membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Lasse KRULL PETERSEN, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Peter KOFOD POULSEN, Member of the Regional Council of Region of Southern Denmark. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LUPI
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22