11.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EULEX KOSOVO/2/2014

tad-9 ta' Ottubru 2014

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

(2014/707/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Ġunju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EULEX KOSOVO/1/2014 (3) li testendi l-mandat tal-Kap ta' Missjoni ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ottubru 2014.

(3)

Fit-12 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/349/PESK (4) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi t-tul ta' żmien ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2016.

(4)

Fil-25 ta' Settembru 2014, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tal-Ambaxxatur Gabriele MEUCCI bħala Kap tal-Missjoni ta' EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta' Ottubru 2014 sal-14 ta' Ġunju 2015.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Ambaxxatur Gabriele MEUCCI huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, għall-perijodu mill-15 ta' Ottubru 2014 sal-14 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta' Ottubru 2014.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  Il-ħatra “Kosovo” ma tippreġudikax il-pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EULEX KOSOVO/1/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li testendi l-mandat tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 180, 20.6.2014, p. 17).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 42).