|
9.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/700/PESK
tat-8 ta' Ottubru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Popolari tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet”), approva ż-żieda ta' entità ġdida mal-lista konsolidata ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Lulju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet aġġorna l-lista tal-individwi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 22(1) tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, il-lista li tinsab fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-mewt irrappurtat ta' wieħed mill-individwi elenkati, l-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LUPI
ANNESS
I.
L-entità elenkata hawn taħt tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a)
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Psewdonimu |
Lokalità |
Data tal-indikazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
20. |
Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) |
|
Donghung Dong, Central District, PO BOX 120, Pyongyang, DPRK; Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang. |
28.7.2014 |
Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru OMI: 1790183) huwa l-operatur/maniġer tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-Riżoluzzjonijiet. |
II.
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt:Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a)
A. Persuni
|
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid |
Data tal-indikazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
2. |
Ri Je-son |
Isem bil-Korean:
Isem biċ-Ċiniż:
magħruf ukoll bħala Ri Che Son |
Imwieled fl-1938 |
16.7.2009 |
Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Qabel kien Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (General Bureau of Atomic Energy — GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Yongbyon u l-Korporazzjoni tal-Kummerċ Namchongang. |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Psewdonimu |
Lokalità |
Data tal-indikazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
14. |
Leader (Hong Kong) International |
Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited |
LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China. |
22.1.2013 |
Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. |
III.
Il-persuna elenkata hawn taħt titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK.A. Persuni
|
5. |
JON Pyong-Ho. |