30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru supplenti Bulgaru fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/682/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-GvernBulgaru,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fl-10 ta' Lulju 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/403/UE (3) is-Sinjura Kornelia MARINOVA nħatret membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Kornelia MARINOVA sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sinjura Madlena BOYADZHIEVA, Chair of the Municipal Council of the Municipality of Teteven.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/403/UE tal-10 ta' Lulju 2012 li taħtar sitt membri Bulgari u tmien membri supplenti Bulgari tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 188, 18.7.2012, p. 16).