|
12.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/58 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Settembru 2014
dwar il-ftehim fuq mudell ta' finanzjament għall-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal strumenti finanzjarji konġunti illimitati ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur impriżi żgħar u ta' daqs medju
(2014/660/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kriżi finanzjarja affettwat impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-Unjoni Ewropea mill-2009 minħabba, fost affarijiet oħra, id-diżingranaġġ li sar mill-banek Ewropej fil-karti tal-bilanċ tagħhom biex ikunu konformi mar-rekwiżiti kapitali mnaqqxa fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (2) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3). Sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq potenzjali li jirriżultaw għal servizzi finanzjarji u strumenti finanzjarji għall-SMEs, il-Kunsill Ewropew ta mandat lill-Kummissjoni biex tesplora opzjonijiet biex ikunu disponibbli strumenti finanzjarji għall-SMEs f'livell pan-Ewropew. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), ikkonkludiet f'Diċembru 2013 eżerċizzju ta' valutazzjoni ex-ante li minnu ħareġ li jeżisti falliment tas-suq fil-provvista ta' finanzi għall-SMEs vijabbli fl-Unjoni Ewropea kompriżi f'firxa stmata minn 20 sa 112-il biljun euro. (4) |
|
(3) |
Il-valutazzjoni ex-ante enfasizzat l-importanza ta' reazzjoni rapida għall-kriżi finanzjarja kif taffettwa lill-SMEs, fil-kuntest ta' sforz Ewropew konġunt biex tingħata ħajja mill-ġdid lill-kanal imblukkat tal-kreditu għall-SMEs, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u tiġi miġġielda l-frammentazzjoni tas-suq intern rigward l-aċċess tal-SMEs għal kreditu. |
|
(4) |
Parti minn din ir-reazzjoni hija li jinfetħu twieqi speċifiċi fi ħdan strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni 1639/2006/KE (5) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. (6) |
|
(5) |
Peress li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1287/2013 (COSME) u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 espliċitament għandhom l-għan li jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE), parti oħra tar-reazzjoni hija li l-Istati Membri jitħallew jużaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lil dawn l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
|
(6) |
Dawn l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni huma ġestiti indirettament mill-Kummissjoni bil-kompiti implimentattivi mogħtija lill-BEI jew lill-FEI skont l-Artikolu 58(1)(c)(iii) u l-Artikolu 139(4) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7) fir-rigward ta' strumenti finanzjarji bla limitu ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur l-SMEs. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jkollha tikkonkludi ftehimiet ta' delega mal-BEI jew mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). |
|
(7) |
Fil-każ li Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mir-riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, l-Artikolu 39(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri parteċipanti jikkonkludu ftehim ta' finanzjament mal-BEI jew mal-FEI. |
|
(8) |
L-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jistgħu jagħtu r-rispons rapidu mixtieq jekk il-funzjonament tagħhom ikun jissodisfa żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, irid ikun hemm kundizzjonijiet uniformi u trattament ugwali għal, u fost, l-Istati Membri parteċipanti fl-użu tar-riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR. It-tieni, il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta' riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR skont kwalunkwe ftehim ta' finanzjament individwali li jiġi assunt minn Stati Membri parteċipanti u l-BEI jew l-FEI u l-kondizzjonijiet li jkunu jinsabu fil-ftehimiet ta' delega rigward sorsi oħra taħt COSME u Orizzont 2020 iridu jkunu konsistenti. L-aħjar mod biex tiġi żgurata l-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet huwa li jkun hemm mudell tal-ftehim ta' finanzjament, disponibbli għat-tnejn, kemm għall-Istati Membri parteċipanti kif ukoll għall-BEI jew għall-FEI. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mudell tal-ftehim ta' finanzjament. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti ta' riżorsi tal-FEŻR u tal-FAEŻR ikkonċernati, il-mudell tal-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi, fost l-oħrajn, kompiti u obbligi tal-BEI jew tal-FEI bħal ma huma remunerazzjoni, ingranaġġ minimu li għandu jinkiseb f'mumenti definiti b'mod ċar, kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' finanzjar għad-debitu għall-benefiċċju tal-SMEs, dispożizzjonijiet rigward attivitajiet mhux eliġibbli u kriterji ta' esklużjoni, skeda ta' pagamenti tal-FEŻR u l-FAEŻR lill-istrument finanzjarju, penali fl-eventwalità ta' nuqqas ta' kisba tar-riżultati mill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati, dispożizzjonijiet dwar l-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar, il-verifika u l-viżibbiltà tal-istrumenti finanzjarji u kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-ftehim. |
|
(10) |
Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni f'waqtha tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mudell tal-ftehim ta' finanzjament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal strumenti finanzjarji konġunti illimitati ta' garanzija u ta' titolizzazzjoni favur impriżi żgħar u ta' daqs medju, li għandu jiġi konkluż bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment u kull Stat Membru parteċipanti jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(4) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2013) 517 finali.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.
ANNESS
(L-AWTORITÀ MANIĠERJALI TAL-ISTAT MEMBRU LI QED JIPPARTEĊIPA FL-INIZJATTIVA SME)
u
(IL-FOND EWROPEW TAL-INVESTIMENT)/(IL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT)
MUDELL TA' FTEHIM TA' FINANZJAMENT
Werrej
|
Artikolu 1 |
Definizzjonijiet u Interpretazzjoni |
|
Artikolu 2 |
Għan u Kamp ta' Applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament |
|
Artikolu 3 |
Kriterji ta' eliġibbiltà u ta' esklużjoni tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid |
|
Artikolu 4 |
Il-prinċipji ġenerali marbutin mal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati |
|
Artikolu 5 |
Objettivi u Deskrizzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati |
|
Artikolu 6 |
Kopertura Territorjali |
|
Artikolu 7 |
Effett ta' Ingranaġġ Minimu, Miri u Penali |
|
Artikolu 8 |
Kompiti u obbligi tal-FEI |
|
Artikolu 9 |
Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u l-Ftehimiet Operattivi |
|
Artikolu 10 |
Governanza |
|
Artikolu 11 |
Kontribuzzjoni tal-Istat Membru |
|
Artikolu 12 |
Kontribuzzjoni tal-FEI |
|
Artikolu 13 |
Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija |
|
Artikolu 14 |
Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni |
|
Artikolu 15 |
Governanza |
|
Artikolu 16 |
Rappurtar operattiv u finanzjarju |
|
Artikolu 17 |
Awditi, Kontrolli u Monitoraġġ |
|
Artikolu 18 |
Evalwazzjoni |
|
Artikolu 19 |
Akkwist ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi |
|
Artikolu 20 |
Viżibbiltà |
|
Artikolu 21 |
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali |
|
Artikolu 22 |
Assenjazzjoni |
|
Artikolu 23 |
Responsabbiltà |
|
Artikolu 24 |
Il-Liġi li tirregola u l-Ġurisdizzjoni |
|
Artikolu 25 |
Effettività — Terminazzjoni |
|
Artikolu 26 |
Avviżi u Komunikazzjonijiet |
|
Artikolu 27 |
Emendi u mixxellanji |
|
Artikolu 28 |
Annessi |
|
Anness 1 |
Dokument dwar il-kundizzjonijiet għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati |
|
Anness 2 |
Kriterji ta' esklużjoni għall-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE (li għandhom jiġu parzjalment ipprovduti skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
|
Anness 3 |
Talba għal Pagament (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
|
Anness 4 |
Linji gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
|
Anness 5 |
Rapportar dwar l-aspetti operattivi tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
|
Anness 6 |
Rapportar dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandha tiġi pprovduta skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar (•) 2014, u qed jintrabtu bih:
|
(1) |
(L-Awtorità Maniġerjali tal-Istat Membru parteċipanti fl-Inizjattiva tal-SMEs) (l-“Awtorità Maniġerjali” ) li hija rrappreżentata għall-iskopijiet tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim minn (Isem il-persuna), (Kariga); u |
|
(2) |
Il-(Fond Ewropew tal-Investiment)/(il-Bank Ewropew tal-Investiment), (15, avenue J.F. Kennedy)/(98-100 Boulevard Konrad Adenauer), (L-2968))/(L-2950) Lussemburgu, Il-Lussemburgu (il-“FEI”), li huwa rrappreżentat għall-finijiet tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim minn (Isem il-persuna), (Kariga); kollettivament il-“Partijiet” u, individwalment, il-“Parti”, skont ma jkun jirrikjedi l-kuntest. |
BILLI:
|
(1) |
Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Kummissjoni Ewropea wettqu valutazzjoni ex-ante bil-għan li jiddefinixxu l-falliment tas-suq għas-servizzi finanzjarji u l-istrumenti finanzjarji disponibbli għall-SMEs li jeżistu bħalissa fil-livell pan-Ewropew (“il-Valutazzjoni Ex-Ante”), fil-kuntest ta' sforz Ewropew konġunt sabiex tingħata l-ħajja mill-ġdid lill-kanal tal-kreditu lill-SMEs li jinsab imblukkat, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u tiġi affaċċjata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward tal-aċċess tal-SMEs għall-kreditu (“l-Inizjattiva tal-SMEs”); |
|
(2) |
l-eżerċizzju ta' Valutazzjoni Ex-Ante ġie konkluż f'Diċembru 2013 and wera falliment tas-suq fl-għoti ta' finanzi lil SMEs vijabbli fi (Isem l-Istat Membru) li kien stmat bejn (•) u (•) miljun Euro; |
|
(3) |
nhar is-17 ta' Diċembru 2013, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) ġie adottat (“is-CPR”); |
|
(4) |
skont l-Artikolu 38(1)(a) tas-CPR, l-awtoritajiet tal-ġestjoni jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lil strument finanzjarju stabbilit fil-livell tal-Unjoni; skont l-Artikolu 39(2) tas-CPR, (Isem l-Istat Membru) jista' juża sa 7 % tal-allokazzjoni aggregata tal-FEŻR u tal-FAEŻR tiegħu sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lil tali strumenti finanzjarji ġestiti indirettament mill-Kummissjoni Ewropea bil-kompiti tal-implimentazzjoni fdati lill-grupp tal-BEI (il-BEI huwa definit skont l-Artikolu 2(23) tas-CPR bħala l-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalukwe sussidjarju tal-BEI) (“il-Grupp tal-BEI”) skont il-punt (c)(iii) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 139(4) tar-Regolament (UE, Euratom ) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2) (Regolament Finanzjarju), fir-rigward ta' (garanziji mingħajr limitu li jipprovdu solliev kapitali lil intermedjarji finanzjarji għal portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs eliġibbli skont l-Artikolu 37(4) tas-CPR) U/JEW (titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3), ta' (portafolli eżistenti ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs u intrapriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat;) U/JEW (portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs) (Għażla 2); (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn (Għażla 3)); |
|
(5) |
skont ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014–2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (4) (“ir-Regolament COSME”), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet strumenti finanzjarji (“l-Istrumenti Finanzjarji COSME”) li għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi waqt il-fażijiet tal-bidu, tat-tkabbir u tat-trasferiment tagħhom, b'mod kumplimentari għall-użu tal-istrumenti finanzjarji għall-SMEs mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u reġjonali; il-kontribuzzjoni indikattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrumenti Finanzjarji COSME fil-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun sa (•) EUR miljun; |
|
(6) |
skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (5) u b'konformità mad-Deċiżjoni 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (6) (kollettivament, “ir-Regolament H2020”), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet strumenti finanzjarji (“l-Istrumenti Finanzjarji H2020”) li jimmiraw li jħaffu l-aċċess tar-riċevituri finali għall-finanzjament ta' riskju huma u jwettqu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni; il-kontribuzzjoni indikattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrumenti Finanzjarji H2020 fil-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun sa (•) EUR miljun; |
|
(7) |
nhar (data) u (nhar (data), rispettivament,) il-Kummissjoni Ewropea, (il-BEI) u l-FEI ffirmaw ftehim(iet) ta' delega (“il-Ftehim(iet) ta' Delega”), li jistabbilixxi/jistabbilixxu, inter alia, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għal (i) (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) u b'mod partikolari għat-twieqi apposta li jikkorrispondu għal prodotti finanzjarji bbażati fuq l-ekwità u fuq id-dejn (inklużi prodotti proposti fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-SMEs) li huma miftuħin ukoll għal kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, (ii) il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lil tali twieqi apposta tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020); |
|
(8) |
fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-SMEs, il-Partijiet huma lesti li jikkooperaw fid-dawl tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' tieqa ddedikata (twieqi ddedikati) li tikkorrispondi mal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għall-(Istrumenti Finanzjarji COSME) (U/JEW) (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) (“it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati”), u hekk jipprovdu (garanziji mingħajr limitu għal portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs eliġibbli b'konformità mal-Artikolu 37(4) tas-CPR (Għażla 1)) (U/JEW) (titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ta' (portafolli eżistenti ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs u intrapriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat;) (U/JEW) (portafolli ġodda ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs) (Għażla 2); (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u ta' kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn (Għażla 3)); |
|
(9) |
skont l-Artikolu 39(4)(b) tas-CPR, nhar (daħħal id-data) 2014, (Isem l-Istat Membru) ssottometta lill-Kummissjoni programm nazzjonali ddedikat uniku b'rabta mal-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (“il-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku”). Nhar (daħħal id-data) 2014, id-Deċiżjoni C(2014)(•) tal-Kummissjoni Ewropea approvat il-Programm Nazzjonali Ddedikat Uniku; |
|
(10) |
skont l-Artikolu 39 tas-CPR, il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-Inizjattiva tal-SMEs iridu jkunu stabbiliti fi Ftehim ta' Finanzjament konkluż bejn kull Stat Membru parteċipanti u l-Grupp tal-BEI; |
|
(11) |
it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu implimentati bħala parti minn kompartiment (tal-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (tal-Istrumenti Finanzjarji H2020) ddedikati lil (ISEM L-ISTAT MEMBRU) (“il-Kompartiment”); il-Kompartiment jgawdi wkoll mill-Kontribuzzjoni tal-UE, kif ukoll mill-Kontribuzzjoni tal-FEI u mir-riżorsi proprji tal-BEI u ta' investituri oħrajn, jekk ikun applikabbli, b'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega u kwalunkwe ftehim ieħor li jkunu ntrabtu bih il-FEI u l-investituri rilevanti, jekk ikun applikabbli. Sabiex jitqiesu b'mod xieraq id-daqs u r-rwol tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fi ħdan (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020), il-Partijiet beħsiebhom jistabbilixxu governanza speċifika tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li jinkludu, inter alia, bord tal-investituri ad hoc li jkollu rwol konsultattiv u li jissupplixxi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega f'materji relatati mal-Kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru; |
|
(12) |
meta jitqiesu wkoll ir-riżultati tal-Valutazzjoni Ex-Ante u d-diskussjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-atturi tas-suq rilevanti sabiex jiġi definit l-ammont ta' riżorsi pubbliċi li għandhom jiġu allokati lit-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma mogħnija b'Kontribuzzjoni tal-Istat Membru indikattiva ugwali għal (•) EUR miljun; il-Kontribuzzjoni tal-UE indikattiva għall-perjodu 2014-2016 hija prevista li tkun tlaħħaq sa (•) EUR miljun; |
|
(13) |
it-twaqqif tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huwa konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat skont il-liġi tal-Unjoni; (ISEM L-ISTAT MEMBRU) u l-FEI jirrikonoxxu li l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati trid tkun konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (7) (ir-Regolament de minimis), jew mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (8), jew mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa rilevanti u li, inkella, tkun rikjesta notifika lill-Kummissjoni Ewropea għal valutazzjoni individwali; |
|
(14) |
l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament f'isem l-Awtorità Maniġerjali ġie awtorizzat minn (titniżżel l-Awtorità Maniġerjali); |
|
(15) |
l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament f'isem il-FEI ġie awtorizzat minn (jitniżżel il-FEI); |
il-Partijiet ftiehmu kif ġej:
Artikolu 1
Definizzjonijiet u Interpretazzjoni
|
1.1. |
It-termini li ġejjin, kull fejn jintużaw f'dan il-Ftehim, ikollhom it-tifsira li hemm maġenbhom:
|
|
1.2. |
F'dan il-Ftehim, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor,
|
Artikolu 2
Għan u Kamp ta' Applikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament
|
2.1. |
Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru f'konnessjoni mal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI. |
|
2.2. |
L-ammont indikattiv tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkun jammonta sa (•) Miljun Euro. |
|
2.3. |
L-Awtorità Maniġerjali b'dan qiegħda tagħti lill-FEI l-mandat tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'relazzjoni mal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru, f'isem il-FEI u għan-nom tal-Awtorità Maniġerjali u bir-riskju għaliha, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-CPR u ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
Artikolu 3
Kriterji ta' eliġibbiltà u ta' esklużjoni tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid
|
3.1. |
Il-FEI jikkommetti l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għal Operazzjonijiet għall-ħolqien ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li tappoġġja lill-SMEs u li timmira għal:
f'kull każ, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-istat, u f'konformità mar-regoli speċifiċi tal-FEŻR u tal-FAEŻR, skont ma japplika. |
|
3.2. |
Skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.1, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati:
|
|
(3.3) |
It-tieqa ddedikata/twieqi ddedikati jistgħu jappoġġjaw biss il-kapital operatorju li huwa anċillari u marbut ma' investiment ġdid fis-settur tal-agrikoltura jew tal-forestrija għal ammont li ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont totali tat-Tranżazzjoni u fuq ġustifikazzjoni aċċettabbli għall-Intermedjarju Finanzjarju. Għal attivitajiet mhux agrikoli, l-ebda kapital operatorju ma jista' jiġi appoġġjat.) (Dan il-paragrafu japplika biss jekk it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkunu appoġġjati skont il-FAEŻR) |
|
3.4. |
L-appoġġ finanzjarju taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jingħata wara li jitqiesu l-kriterji ta' esklużjoni applikabbli għall-Kontribuzzjoni tal-UE taħt (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) u stipulati għall-informazzjoni fl-Anness 2. |
|
3.5. |
Il-Partijiet jirrikonoxxu li parti mill-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid maħluq skont l-Artikolu 3.1 u li jikkorrispondi għall-Kontribuzzjoni tal-UE għal diversi drabi, taħt (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020) hija soġġetta għal dispożizzjonijiet stipulati fil-Ftehim(iet) ta' Delega li jirregola(w) il-Kontribuzzjoni tal-UE. |
Artikolu 4
Il-prinċipji ġenerali marbutin mal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati
|
4.1. |
Il-FEI jimplimenta, jimmaniġġja, jissorvelja u jagħlaq it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Ftehim ta' Finanzjament, mat-termini applikabbli tas-CPR, mal-Ftehim(iet) ta' Delega, mar-Regolament Finanzjarju u ma' dispożizzjonijiet oħrajn rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, partikolarment ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Waqt li jagħmel dan, il-FEI japplika r-regoli, il-politiki u l-proċeduri proprji tiegħu kif emendati, modifikati jew supplimentati minn żmien għal żmien, prattiki tal-industrija tajbin, u miżuri xierqa ta' monitoraġġ, kontroll u awditjar kif inhu stipulat iktar hawnhekk. |
|
4.2. |
Il-FEI jkun responsabbli għall-ingaġġ u l-impjegar tal-persunal u/jew konsulenti li jistgħu jiġu assenjati għall-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u li għandhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-FEI għall-finijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u jkunu rregolati fl-aspetti kollha mir-regoli, il-politiki u l-proċeduri applikati mill-FEI fir-rigward tal-persunal u/jew il-konsulenti tiegħu, u jkunu suġġetti għalihom. |
|
4.3. |
Il-FEI jwettaq l-obbligi kollha relatati mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati kif inhuma stipulati speċifikament f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament bil-livell professjonali rikjest ta' attenzjoni, effiċjenza, trasparenza u diliġenza, bħalma japplikahom fil-qadi tal-affarijiet tiegħu stess. |
|
4.4. |
Parti li taffaċċja Force Majeure tinnotifika lill-Parti l-oħra bla dewmien, u tiddikjara n-natura tagħha, kemm probabbli li ddum u l-effetti previsti. Il-Partijiet jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jillimitaw jew jimminimizzaw l-ispejjeż u l-ħsarat possibbli kkawżati mill-Force Majeure. |
|
4.5. |
Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-allinjament tal-interessi bejn il-Partijiet. F'dak li jirrigwarda l-prinċipju tal-allinjament tal-interessi, il-FEI jkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 12 u fl-Anness 1. |
|
4.6. |
L-allokazzjoni tal-Operazzjonijiet tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni. Il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni tiegħu fi żmien (3) xhur mill-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u għandu jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe tibdil fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni. |
|
4.7. |
Il-Kontribuzzjoni tal-istat Membru ma tridx tiġġenera vantaġġi mhux dovuti, partikolarment fil-forma ta' dividendi jew profitti mhux dovuti lil partijiet terzi jekk mhux b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
|
4.8. |
L-appoġġ finanzjarju taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ma jingħatax lil kwalunkwe Intermedjarju Finanzjarju jew Riċevitur Finali li jkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9.4 (tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt). |
Artikolu 5
Objettivi u Deskrizzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati)
Kif inhu speċifikat ulterjorment fl-Anness 1, it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkopru r-riskju ta':
|
(i) |
portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid permezz ta' garanziji mingħajr limitu li jipprovdu solliev kapitali suġġett għal regoli rilevanti dwar ir-rekwiżiti kapitali li jkopru sa 80 % ta' kull self fil-portafolli rilevanti (“Għażla 1”) JEW |
|
(ii) |
(portafolli eżistenti ta' self, lokazzjoni jew garanziji lil SMEs u impriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat) JEW (portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid) permezz tat-titolarizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“Għażla 2”) (bil-ġbir flimkien tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u ta' kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn. (“Għażla 3”)). |
Artikolu 6
Kopertura Territorjali
Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi utilizzata sabiex twassal għal Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid unikament għal Riċevituri Finali rreġistrati u li joperaw fit-territorju (ta' (ISEM L-ISTAT MEMBRU)), skont l-analiżi li ġejja: (•)(tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt)).
Artikolu 7
Effett ta' Ingranaġġ Minimu, Miri u Penali
|
7.1. |
Il-FEI jiżgura li f'kull Ftehim Operattiv jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Intermedjarji Finanzjarji jilħqu l-Miri li ġejjin:
|
|
7.2. |
Bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 16.1, il-FEI jinnotifika bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali meta tintlaħaq Mira qabel jew wara d-dati tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 7.1, u jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-informazzjoni marbuta mal-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid kif inhu pprovdut ulterjorment hawnhekk. |
|
7.3. |
Kull Ftehim Operattiv jipprevedi Penali għall-Intermedjarji Finanzjarji, għall-benefiċċju aħħari tal-Awtorità Maniġerjali, b'mod indikattiv kif ġej:
Barra minn hekk, għal Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati taħt l-Għażla 2, f'każ li l-Intermedjarju Finanzjarju ma jiksibx Effett ta' Ingranaġġ ugwali għal mill-inqas wieħed (1), Penali ugwali għad-differenza bejn il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa allokata għall-Operazzjoni rilevanti u l-ammont relatat ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid oriġinat; (il-kundizzjonijiet dwar id-determinazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' Penali fil-livell ta' kull Operazzjoni jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
7.4. |
L-Awtorità Maniġerjali tirrikonoxxi li l-Ftehimiet ta' Garanzija u l-Operazzjonijiet rilevanti ma jiġux affettwati meta l-Intermedjarju Finanzjarju jonqos milli jilħaq ir-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew mal-Ftehim Operattiv rilevanti, skont ma jagħti l-każ. |
|
7.5. |
Il-Penali jkunu ammont ta' darba għal kull Operazzjoni, ikkalkulati mill-FEI f'kull Mira, bl-aktar ammonti kkalkolati riċenti msemmija fl-Artikolu 7.3 jridu jitħallsu mill-Intermedjarju Finanzjarju lill-FEI skont kull Ftehim Operattiv (x) fit-terminazzjoni tal-Ftehim Operattiv għal raġunijiet attribwibbli għall-Intermedjarju Finanzjarju jew (y) fi tmiem il-perjodu ta' inklużjoni rilevanti għall-ħolqien ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, skont liema jiġi l-ewwel. Tali ammont jitħallas mill-FEI lill-Awtorità Maniġerjali meta jsir il-pagament mill-Intermedjarju Finanzjarju rilevanti tiegħu. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju) |
|
7.6. |
(Sabiex jiġi evitat id-dubju, il-Penali japplikaw mingħajr preġudizzju għal penali u tariffi oħrajn applikabbli taħt il-Ftehimiet ta' Delega tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) JEW tal-(Istrumenti Finanzjarji H2020) li jirrigwardaw il-Kontribuzzjoni tal-UE rispettiva). |
Artikolu 8
Kompiti u obbligi tal-FEI
|
8.1. |
Wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament u għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Operazzjonijiet, il-FEI jagħmel ħiltu sabiex jidħol fl-ewwel Ftehim Operattiv sa mhux aktar tard minn (X) xhur wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
|
8.2. |
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, il-FEI:
|
|
8.3. |
Il-FEI jintrabat li jwettaq l-obbligi u l-kompiti kollha tiegħu taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament bil-livell rikjest ta' attenzjoni professjonali u b'mod partikolari:
|
|
8.4. |
(Għall-evitar ta' dubji, il-kompiti tal-FIE u l-obbligi skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament japplikaw mingħajr preġudizzju għal obbligi relevanti oħrajn tal-FIE skont il-Ftehim(iet) ta' Delega (COSME) JEW (H2020)). |
Artikolu 9
Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u l-Ftehimiet Operattivi
|
9.1. |
Il-FEI, għandu r-responsabbiltà jagħżel Intermedjarju Finanzjarju wieħed jew iktar sabiex jimplimenta t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mat-termini rilevanti tal-Ftehim(iet) ta' Delega (COSME) JEW (H2020) skont kif ikun japplika. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju) |
|
9.2. |
L-Intermedjarji Finanzjarji li magħhom il-FEI jipprova jidħol fi Ftehimiet Operattivi, għandhom jintgħażlu abbażi tal-politiki u l-proċeduri tal-FEI skont proċeduri ta' Għażla miftuħin, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji u oġġettivi, waqt li jiġu evitati kunflitti ta' interess u tingħata l-konsiderazzjoni dovuta għan-natura tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u għall-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja tal-Intermedjarju Finanzjarju. L-Għażla ta' tali Intermedjarji Finanzjarji ssir fuq bażi kontinwa u għandha tkun ibbażata fuq sistema ta' punteġġ sabiex l-Intermedjarji Finanzjarji jingħataw prijorità skont kriterji speċifiċi. |
|
9.3. |
Il-Ftehimiet Operattivi konklużi mill-FEI ma' Intermedjarji Finanzjarji jkunu jirriflettu l-obbligi applikabbli kollha tal-FEI skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament. B'mod partikulari, tali Ftehimiet Operattivi jkunu jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-Intermedjarji Finanzjarji fir-rigward ta' Penali. |
|
9.4. |
Il-Ftehimiet Operattivi jirrikjedu li għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, l-Intermedjarji Finanzjarji magħżula sabiex:
(Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
9.5. |
Intermedjarji Finanzjarji li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ma jiġux magħżula. |
|
9.6. |
Qabel l-iffirmar ta' Ftehim Operattiv, il-FEI jinforma bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-elementi ewlenin ta' kull Operazzjoni kif inhu speċifikat aktar fil-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt). Il-FEI, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-iffirmar ta' Ftehim Operattiv. |
|
9.7. |
Il-FEI jinforma bil-miktub lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien żejjed dwar il-kanċellazzjoni parzjali, emendi materjali jew it-terminazzjoni bikrija ta' Ftehim Operattiv u r-raġunijiet għal tali sitwazzjoni, kif inhu pprovdut iktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
Artikolu 10
Governanza
|
10.1. |
L-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI għandha tkun issorveljata mill-bord tal-investituri (“il-Bord tal-Investituri”). Il-Bord tal-Investituri jikkonsisti f'(4) membri mogħnija bis-setgħa dovuta appuntati mill-Awtorità Maniġerjali, u rappreżentanti tagħha, membru (1) appuntat mill-FEI, osservatur (1) appuntat mill-BEI u żewġ (2) osservaturi appuntati mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
10.2. |
Il-Bord tal-Investituri:
|
|
10.3. |
Il-Bord tal-Investituri jaġixxi b'kunsens u taħt ebda ċirkustanza ma jimmina xi deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ġenerali tal-(Istrumenti Finanzjarji COSME) (U/JEW) l-(Istrumenti Finanzjarji H2020) mill-kumitat ta' tmexxija rilevanti previst fil-Ftehim(iet) ta' Delega rispettivi. |
|
10.4. |
Il-Bord tal-Investituri jeleġġi l-President tiegħu. Il-President jkun rappreżentant tal-Awtorità Maniġerjali. Il-Bord tal-Investituri jiltaqa' fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u jiltaqa' għall-inqas (•) kull sena. Il-laqgħat tal-Bord tal-Investituri jiġu organizzati mis-Segretarjat tiegħu. |
|
10.5. |
Il-Bord tal-Investituri jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu fuq proposta tas-Segretarjat. |
|
10.6. |
L-attendenza għal-laqgħat tal-Bord tal-Investituri ma tkunx bil-ħlas. L-entità li tkun innominat il-membru terfa' l-piż tal-ispejjeż imġarrba mill-membru b'rabta mal-ivvjaġġar u l-attendenza għal kwalunkwe laqgħa tal-Bord tal-Investituri. |
|
10.7. |
Il-FEI jipprovdi s-servizzi tas-Segretarjat, skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament. Is-Segretarjat jwettaq, fost l-oħrajn, il-kompiti li ġejjin:
|
Artikolu 11
Kontribuzzjoni tal-Istat Membru
|
11.1. |
Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tintuża esklussivament f'rabta mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u ma' kwalunkwe Operazzjoni relatata magħha. |
|
11.2. |
Il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali sa mhux iktar tard minn (X) ta' kull sena (i) is-sensiela ta' Operazzjonijiet previsti li jiġu ffirmati fis-sena kurrenti u l-ammont propost tal-Kontribuzzjoni tal-Istat membru li għandha titħallas għas-sena kurrenti, (ii) l-iskeda ta' pagamenti tal-ammont propost tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandha titħallas kull sena sa tmiem il-Perjodu ta' Impenn, inklużi tariffi ta' ġestjoni applikabbli (iii) kwalunkwe bidla meqjusa neċessarja għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru notifikata li sseħħ fis-sena kurrenti. Sa (X) ta' kull sena, il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali l-figuri riveduti li jirrigwardaw is-subparagrafu ta' hawn fuq, jekk ikun meħtieġ. |
|
11.3. |
Wara d-diliġenza dovuta tal-Intermedjarji Finanzjarji li huma previsti li jintgħażlu b'konformità mal-Artikolu 9, il-FEI jibgħat fi kwalunkwe żmien li jqis neċessarju talba għal pagament lill-Awtorità Maniġerjali, fil-formola tal-Anness 3 (“it-Talba għal Pagament”). It-Talba għal Pagament tinkludi (i) l-ammont propost ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru sabiex ikopri l-impenji taħt il-Ftehimiet ta' Garanzija li jkunu mistennija jiġu ffirmati matul it-tliet xhur wara d-data tat-Talba għal Pagament u (ii) skeda ta' pagamenti tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandhom jitħallsu kull sena sa tmiem il-Perjodu ta' Impenn b'rabta mal-Operazzjonijiet rilevanti. |
|
11.4. |
Talba għal Pagament tista' tinkludi ammont propost ta' Kontribuzzjoni tal-Istat membru ta' 100 % tal-ammonti neċessarji sabiex ikunu koperti l-impenji taħt Ftehim ta' Garanzija. |
|
11.5. |
L-Awtorità Maniġerjali hekk kif tirċievi Talba għal Pagament, u suġġett għad-disponibbiltà tal-baġit, mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ qabel ma l-FEI jiffirma xi Ftehim ta' Garanzija, tiddepożita fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li tkun daqs l-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat Membru speċifikat fit-Talba għal Pagament, u tinforma biha lill-FEI. |
|
11.6. |
L-Awtorità Maniġerjali tista' fi kwalunkwe żmien tissospendi l-pagament tal-Kontribuzzjoni tal-Istat membru billi tinnotifika lill-FEI li t-Talba għal Pagament tiegħu ma tistax tintlaqa' għax:
Kwalunkwe sospensjoni bħal din tkun issostanzjata kif imiss mill-Awtorità Maniġerjali u ma għandhiex tkun retroattiva. Il-FEI għandu jkun notifikat kemm jista' jkun malajr dwar kwalunkwe sospensjoni bħal din, flimkien mar-raġunijiet għaliha. Is-sospensjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li l-Awtorità Maniġerjali tinnotifika lill-FEI dwarha. Il-perjodu ta' pagament li jkun fadal jissokta mill-ġdid minn dakinhar li l-informazzjoni jew dokumenti riveduti rikjesti jkunu riċevuti jew li l-verifiki ulterjuri neċessarji, inklużi verifiki fuq il-post, jitwettqu. Jekk is-sospensjoni teċċedi x-xahrejn, il-FEI jista' jitlob lill-Awtorità Maniġerjali tirrieżamina jekk is-sospensjoni għandhiex titkompla. |
Artikolu 12
Il-Kontribuzzjoni tal-FEI
Il-FEI jikkontribwixxi l-Kontribuzzjoni tal-FEI lill-Kompartiment, skont it-termini definiti fl-Anness 1.
Artikolu 13
Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija
|
13.1. |
Il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati titwettaq mill-FEI jew minn xi entità oħra maħtura minnha bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Investituri, b'konformità mal-linji gwida tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija stabbiliti fl-Anness 4. |
|
13.2. |
Għal kull Tieqa Ddedikata, il-FEI jiftaħ u jżomm Kont tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (f'relazzjoni mar-riżorsi kkontribwiti mill-Programm Operattiv tal-FEŻR u Kont tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'relazzjoni mar-riżorsi kkontribwiti mill-programm tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali) u b'konformità mal-politiki u l-proċeduri interni tal-FEI. |
|
13.3. |
Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati titħallas fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim. |
|
13.4. |
Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati f'kull ħin u f'kull aspett jintuża, jiġi impenjat jew inkella jsir disponiment minnu jew jiġi ġestit fit-termini tal-kontabilità b'mod separat minn fondi jew kontijiet oħrajn tal-FEI. It-tranżazzjonijiet kollha jrid ikollhom id-data tal-valur. |
|
13.5. |
Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jintużaw esklussivament b'rabta ma' tranżazzjonijiet jew Operazzjonijiet b'konformità ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
|
13.6. |
L-assi tat-teżorerija jiġu ġestiti skont il-politiki u l-proċeduri tal-FEI, il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u skont il-prinċipji stipulati fl-Anness 4. Dawn l-assi jiġu investiti bir-riskju għall-Awtorità Maniġerjali (inkluż fir-rigward ta' mgħax negattiv jew telf mill-ġestjoni tal-assi) skont profil ta' riskju u strateġija ta' investiment miftehmin minn qabel u, fejn ikunu applikabbli, il-linji gwida dwar il-ġestjoni tal-assi fil-formola stabbilita fl-Anness 4. |
|
13.7. |
Il-FEI jimponi tariffa fuq l-Awtorità Maniġerjali b'konformità mal-Artikolu 14, minħabba l-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija mwettqa mill-FEI jew għan-nom tagħha. |
|
13.8. |
Għall-fini tal-operat tal-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, il-FEI jiftaħ u jżomm Kont tal-Euro u, jekk ikun applikabbli, Kont mhux tal-Euro għal Operazzjonijiet denominati b'munita oħra flok bl-Euro. |
|
13.9. |
Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu kkreditat b':
|
|
13.10. |
Il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu ddebitati b':
|
|
13.11. |
It-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 13.10(c) jsir fil-kont bankarju li ġej tal-Awtorità Maniġerjali:
|
|
13.12. |
Minħabba t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 25, il-FEI jagħlaq il-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati u jinnotifika bla dewmien żejjed lill-Awtorità Maniġerjali dwar dan l-għeluq. |
|
13.13. |
Il-FEI juża d-Dħul u l-Pagamenti Lura skont l-għanijiet tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inkluż il-pagament ta' Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni u jżomm reġistri tal-użu tad-Dħul u tal-Pagamenti Lura. |
|
13.14. |
(Jekk ikun xieraq, u fi kwalunkwe każ wara li jintemm il-Perjodu ta' Impenn, u mhux aktar tard minn (X) ta' kull sena, il-FEI jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-ammont ta' Kontribuzzjoni tal-Istat membru impenjata li ma tħallsitx fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li ma jkunx għadu iktar meħtieġ għall-finijiet ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew ta' kwalunkwe Ftehim ta' Garanzija, kif inhu pprovdut iktar hawnhekk (Iktar kundizzjonijiet jiġu speċifikati fil-kuntratt).) |
|
13.15. |
(Fi tmiem il-Perjodu ta' Impenn u f'każ li ma jkunx għad fadal Kontribuzzjoni tal-Istat membru x'titħallas, il-FEI fuq bażi annwali, u mhux aktar tard minn (X) ta' kull sena, jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali dwar l-ammonti li ma jkunux aktar meħtieġa għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jew għal kwalunkwe Ftehim ta' Garanzija. Bħala konsegwenza, l-Awtorità Maniġerjali tista' toħroġ nota ta' debitu lill-FEI sabiex tirkupra l-ammont korrispondenti lura għall-baġit tal-Awtorità Maniġerjali |
Artikolu 14
Spejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni
|
14.1. |
L-Awtorità Maniġerjali tħallas lill-FEI għall-Attività tal-FEI permezz ta' tariffi li jinkludu (i) tariffa amministrattiva, (ii) tariffa ta' inċentiv, (iii) tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija u (iv) tariffa ta' riżerva sabiex tkopri spejjeż imprevisti (kollettivament, “l-Ispejjeż u Tariffi ta' Ġestjoni”), kif inhu speċifikat iktar f'dan l-Artikolu. |
|
14.2. |
L-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni jiġu ddebitati mill-FEI mill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati wara l-fatturar lill-Awtorità Maniġerjali (għandu jiġi speċifikat iktar fil-kuntratt), u r-reviżjoni minnha, u jikkostitwixxu l-kumpens sħiħ lill-FEI għall-Attività tal-FEI. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju) |
|
14.3. |
L-aggregat tat-tariffa amministrattiva u tat-tariffa ta' inċentiv f'ebda każ ma għandu jaqbeż is-6 % tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru impenjata, ħlief f'ċirkustanzi debitament ġustifikati. Suġġetta għall-Artikoli 14.6 u 14.7, it-tariffa ta' inċentiv ma tkun inqas minn terz tal-aggregat tat-tariffa amministrattiva u tat-tariffa ta' inċentiv. Flimkien mat-tariffa amministrattiva u ta' inċentiv, it-tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija ma teċċedi l-(1) % (jew kif speċifikat mod ieħor fil-ftehimiet ta' finanzjament individwali) tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata. Barra minn hekk, it-tariffa ta' riżerva ma teċċedix iż-(0,5) % (jew kif speċifikat mod ieħor fil-ftehimiet ta' finanzjament individwali) tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Impenjata. |
|
14.4. |
It-tariffa amministrattiva tkun tikkostitwixxi l-kumpens intier għall-ispejjeż amministrattivi mġarrba mill-FEI rigward it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, inklużi, imma mhux biss: ir-riċerka tas-suq, il-kummerċjalizzazzjoni, l-iżvilupp tal-prodott, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, in-negozjar, il-monitoraġġ, l-adattament għas-sistemi tal-IT, l-ispejjeż legali, l-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-għoti ta' konsulenza fiskali, l-ispejjeż bankarji, l-ispejjeż ta' sottokuntrattar, l-awditjar u r-rapurtar, il-monitoraġġ u l-kontrolli, is-Segretarjat, l-Evalwazzjonijiet (jekk ikun hemm), l-awditjar intern u estern, il-viżibbiltà u r-reklamar. Tieħu wkoll inkonsiderazzjoni spejjeż imposti fuq l-Intermedjarji Finanzjarji. (Jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt jekk ikun neċessarju) |
|
14.5. |
It-tariffa amministrattiva, suġġetta għal-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 14.3, titħallas lill-FEI kif ġej:
|
|
14.6. |
It-tariffa ta' inċentiv tippremja lill-FEI għall-kisba ta' prestazzjoni finanzjarja u li tkun relatata mal-politika tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. |
|
14.7. |
Suġġetta għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 14.3, it-tariffa ta' inċentiv titħallas lill-FEI abbażi tal-kisba ta' indikaturi tal-prestazzjoni, b'mod partikolari l-Effett ta' Ingranaġġ miksub b'konformità mal-Miri stabbiliti fl-Artikolu 7. (Tali kundizzjonijiet ikunu speċifikati iktar fil-kuntratt) It-tariffa ta' inċentiv titħallas kull sitt xhur f'arretrati. |
|
14.8. |
It-tariffa tal-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija tiġi utilizzata għal attivitajiet tal-ġestjoni tat-teżorerija. |
|
14.9. |
It-tariffa ta' riżerva tiġi utilizzata sabiex tkopri spejjeż imprevisti, pereżempju spejjeż ta' litigazzjoni. Il-ħlas għal spejjeż imprevisti jkun suġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità Maniġerjali. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt). |
|
14.10. |
L-Ispejjeż u t-Tariffi tal-Ġestjoni jkunu koperti qabelxejn mid-Dħul u l-Pagamenti Lura. Jekk tali Dħul u Pagamenti Lura ma jkunux biżżejjed, in-nuqqas jiġi kopert mill-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa b'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu. Minkejja dan li għadu kif issemma, l-Awtorità Maniġerjali tħallas lill-FEI għall-Attività tal-FEI mwettqa wara l-31 ta' Diċembru 2023 permezz ta' tariffi separati mill-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni kif inhu speċifikat iktar f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
Artikolu 15
Kontabilità
|
15.1. |
Il-FEI jżomm Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati separat(i) għall-attivitajiet relatati ma' kull Strument Finanzjarju b'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-FEI. |
|
15.2. |
It-tranżazzjoni finanzjarja u dikjarazzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' Tieqa Ddedikata jiġu stabbiliti skont:
|
|
15.3. |
Il-FEI jżomm id-dokumenti finanzjarji u ta' kontabilità li jirrigwardaw il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru Imħallsa għal terminu ta' seba' (7) snin wara tmiem il-Perjodu ta' Implimentazzjoni jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament jew l-għeluq tal-Operazzjonijiet taħt Strument Finanzjarju, skont liema perjodu minnhom ikun l-itwal. |
|
15.4. |
Kull sena l-FEI jissottometti lill-Awtorità Maniġerjali d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' Tieqa Ddedikata. |
Artikolu 16
Rapportar operazzjonali u finanzjarju
|
16.1. |
Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali bi frekwenza li trid tiġi miftiehma (Iktar kundizzjonijiet jiġu speċifikati fil-kuntratt), l-aspetti operattivi tat- Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Anness 5, jiġifieri:
(Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
16.2. |
Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali bil-frekwenza msemmija fl-Artikolu 16.1 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mal-Anness 6. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
16.3. |
Sa mhux aktar tard minn (•) ta' kull sena, il-FEI jipprovdi lill-Awtorità Maniġerjali b'rapport annwali bid-dejta kollha miġbura dwar kwalunkwe aspett operattiv u finanzjarju tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati sa mit-twaqqif tagħha. Dan ir-rapport annwali jiġi żvelat għar-rieżami lill-Bord tal-Investituri mingħajr dewmien żejjed. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt). Il-FEI jikkomunika lill-Awtorità Maniġerjali rapporti ta' verifika regolari mill-awdituri esterni maħtura f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament fil-forma ta' ittra ta' ġestjoni. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) Barra minn hekk, jekk ikun neċessarju l-Partijiet jistgħu jiddiskutu u jiftiehmu dwar miżuri ta' rapportar addizzjonali marbuta mal-Operazzjonijiet. (Iktar kundizzjonijiet jistgħu jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
16.4. |
Ir-rekwiżiti ta' rapportar rilevanti msemmija fl-Artikoli 16.1 u 16.2 ikunu bbażati fuq l-informazzjoni miksuba mill-FEI minn żmien għal żmien taħt l-obbligi ta' rappurtar rilevanti inklużi fil-Ftehimiet Operattivi bejn il-FEI u l-Intermedjarji Finanzjarji li jimplimentaw it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. Il-Ftehim Operattiv jirrikjedi li l-Intermedjarji Finanzjarji jipprovdu tali informazzjoni lill-FEI. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
16.5. |
Ir-Rapporti li jkunu se jiġu sottomessi lill-Awtorità Maniġerjali jkunu espressi f'Euro. Dawn ir-rapporti jistgħu jittieħdu minn dikjarazzjonijiet finanzjarji denominati f'muniti oħrajn skont ma jkun jirrikjedi l-FEI. Fejn ikun neċessarju, l-ammonti jiġu konvertiti f'Euro. Ħlief fejn hu pprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament, ammonti ddenominati f'munita oħra flok bl-Euro u rrapportati minn Parti lill-oħra f'Euro jiġu konvertiti f'Euro skont ir-rata tal-kambju prevalenti fid-data ta' rapportar rilevanti, kif iffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
Artikolu 17
Awditi, Kontrolli u Monitoraġġ
|
17.1. |
B'konformità mal-liġi tal-Unjoni rilevanti, il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni Ewropea jkollhom is-setgħa li jivverifikaw l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. |
|
17.2. |
Il-FEI jwettaq verifiki dwar l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati skont ir-regoli, il-politiki u l-proċeduri tiegħu u skont dan il-Ftehim ta' Finanzjament, inklużi, fejn ikun xieraq, verifiki fuq il-post ta' kampjuni ta' tranżazzjonijiet rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju, sabiex jiżgura li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jiġu implimentati effettivament u korrettament, u sabiex, inter alia, jipprevjeni u jikkoreġi irregolaritajiet u frodi. |
|
17.3. |
F'każ ta' suspett ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-FEI jinforma lill-OLAF bla dewmien u, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF, jista' jieħu miżuri ta' prekawzjoni xierqa, inklużi miżuri sabiex tiġi salvagwardjata l-evidenza. F'każ ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-FEI jinforma lill-Awtorità Maniġerjali mingħajr dewmien u jieħu l-azzjonijiet neċessarji kollha, inklużi proċeduri legali, sabiex jiġi rkuprat kwalunkwe ammont dovut b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Operattiv, bi qbil mal-Anness 1, u kwalunkwe ammont rkuprat jiġu rritornat fil-pront lill-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. |
|
17.4. |
Il-FEI jissorvelja l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati permezz tad-dikjarazzjonijiet ta' rapportar u/jew finanzjarji pprovduti mill-Intermedjarji Finanzjarji, l-awditi interni u esterni disponibbli u kwalunkwe verifika mwettqa minnhom jew mill-FEI, inkluża analiżi tan-natura u d-daqs tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi kif ukoll fl-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati. Il-FEI jirrapporta lill-Awtorità Maniġerjali dwar ir-riżultati materjali ta' tali attivitajiet. |
|
17.5. |
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati mill-FEI jkun intenzjonat li jippermetti lill-Awtorità Maniġerjali tivvaluta (i) jekk is-sistema ta' Kontroll Intern hijiex effiċjenti u effettiva, (ii) jekk il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru intużatx b'konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji u kuntrattwali applikabbli u (iii) l-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika rifless fl-indikaturi tal-eżiti u tar-riżultati rilevanti. |
|
17.6. |
L-Awtorità Maniġerjali tista' twettaq kontrolli u monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tat-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Bord tal-Investituri, bis-saħħa tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati pprovduti mill-FEI skont l-Artikolu 15.4. |
|
17.7. |
L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom), Nru 883/2013, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, kif jistgħu jiġu emendati, supplimentati jew modifikati minn żmien għal żmien, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunke attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'rabta ma' kwalunkwe Operazzjoni ta' finanzjament suġġetta għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. |
Artikolu 18
Evalwazzjoni
|
18.1. |
Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar kwalunkwe evalwazzjoni li għandhom jitwettqu dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Finanzjament skont termini ulterjuri stabbiliti hawnhekk. (Iktar kundizzjonijiet jistgħu jiġu speċifikati fil-kuntratt). |
|
18.2. |
Il-FEI jesiġi li l-Intermedjarji Finanzjarji f'kull Ftehim Operattiv jipprovdu lill-FEI informazzjoni fil-pussess tagħhom u li tkun raġonevolment meħtieġa għat-twettiq ta' evalwazzjoni li tkun se ssir mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 57(3) tas-CPR. |
Artikolu 19
Akkwist ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi
|
19.1. |
L-akkwist ta' kwalunkwe prodott, xogħol jew servizz mill-FEI fil-kuntest tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jitwettaq b'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli adottati mill-FEI, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali, tal-aqwa valur għall-flus, tal-evitar tal-konflitt ta' interess u tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti sakemm, meta jitqiesu kif xieraq l-ispiża u t-tul taż-żmien, is-sottokuntrattar ma jwassalx għal spejjeż ogħla milli kieku l-implimentazzjoni saret direttament mill-FEI nnifsu. Sabiex jiġi evitat id-dubju, tali sottokuntrattar ma jirreferix għall-Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji skont l-Artikolu 9. |
|
19.2. |
Kandidati u offerenti mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni (15) għall-finijiet tal-ġestjoni tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ma jinżammux. |
Artikolu 20
Viżibbiltà
|
20.1. |
Il-FEI jieħu l-miżuri xierqa kollha pprovduti f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament sabiex jippubbliċizza l-fatt li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma kkofinanzjati mill-(FEŻR) JEW mill-(FAEŻR), u jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li r-rekwiżiti taħt dan l-Artikolu jiġu mgħoddijin lill-Intermedjarji Finanzjarji u lir-Riċevituri Finali fil-kuntratti rilevanti. (Iktar kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fil-kuntratt) |
|
20.2. |
Il-FEI jirrikjedi li l-informazzjoni mogħtija lill-istampa, il-partijiet interessati, l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jirrikonoxxu li t-Tieqa Ddedikata (Twieqi Ddedikati) twaqqfu “bil-finanzjament tal-Unjoni Ewropea” (bil-lingwa tal-Unjoni rilevanti) u jesponu b'mod xieraq l-emblema tal-Unjoni (tnax-il stilla safra fuq sfond ikħal) b'konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim(iet) ta' Delega. |
|
20.3. |
Il-FEI jirrikjedi li l-Intermedjarju Finanzjarju jagħmel kampanji ta' informazzjoni, reklamar u pubbliċità kif stipulat f'dan il-Ftehim ta' Finanzjament (Iktar kundizzjonijiet ikunu speċifikati fil-kuntratt) fit-territorju ta' (ISEM L-ISTAT MEMBRU), bil-għan li jagħmel it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati iktar magħrufa fit-tali territorju b'mod li jiżgura li kwalunkwe dokument li jikkonċerna l-appoġġ mogħti permezz tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati jkun fihom dikjarazzjoni li ssemmi li t-Tranżazzjoni tibbenifika mill-appoġġ tal-Unjoni Ewropea skont l-“(Inizjattiva tal-SMEs), it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt (il-FEŻR) JEW (il-FAEŻR), (il-COSME) JEW (Orizzont 2020)”. |
|
20.4. |
Id-daqs u l-prominenza tar-rikonoxximent u tal-emblema tal-Unjoni jkunu viżibbli b'mod ċar, hekk li ma tinħoloq ebda konfużjoni rigward l-identifikazzjoni tal-attività tal-FEI, u l-applikazzjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-FEI għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati. |
|
20.5. |
Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-FEI relatati speċifikament mat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, ta' liema forma jew mezz ikunu, iġibu d-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li ġejja, jew waħda simili, fil-lingwa tal-Unjoni rilevanti: “Dan id-dokument tħejja bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Il-fehmiet espressi f'dan id-dokument ma jistgħu bl-ebda mod jitqiesu li huma l-opinjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
20.6. |
L-Awtorità Maniġerjali tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tippubbliċizza l-fatt li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati huma kkofinanzjati mill-FEI u, skont ma jagħti l-każ, mill-BEI. L-informazzjoni mogħtija lill-istampa, il-partijiet interessati, l-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali, il-materjal pubbliċitarju relatat, l-avviżi uffiċjali, ir-rapporti, il-pubblikazzjonijiet u l-informazzjoni bbażata fuq l-Internet kollha jirrikonoxxu li t-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati twettqu “bil-kofinanzjament tal-Fond Ewropew tal-Investiment (u l-Bank Ewropew tal-Investiment)” (bil-lingwa tal-Unjoni rilevanti) u jesponu b'mod xieraq il-logo tal-FEI u, skont ma jagħti l-każ, il-logo tal-BEI. |
|
20.7. |
Suġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli, mal-ewwel iffirmar ta' Ftehim Operattiv, il-FEI jipproduċi bla dewmien żejjed wara l-iffirmar, stqarrija għall-istampa bl-Ingliż, li tittella' wkoll fis-sit elettroniku tal-FEI. Il-FEI jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-istqarrijiet għall-istampa. |
|
20.8. |
Il-Partijiet jikkonsultaw ma' xulxin dwar rapporti ta' progress u rapporti dwar is-sitwazzjoni, pubblikazzjonijiet, stqarrijiet għall-istampa u aġġornamenti rilevanti għal dan il-Ftehim ta' Finanzjament qabel ma jinħarġu jew jiġu ppubblikati, u dawn id-dokumenti jikkomunikawhom lil xulxin meta jinħarġu. |
|
20.9. |
Il-FEI jkun jinkludi f'kull Ftehim Operattiv ir-rekwiżiti tal-Ftehimiet ta' Delega rilevanti dwar l-għarfien tal-Intermedjarji Finanzjarji għall-għajnuna pprovduta mill-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 21
Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-Intermedjarji Finanzjarji
|
21.1. |
Il-FEI jippubblika ta' kull sena l-ismijiet tal-Intermedjarji Finanzjarji appoġġjati taħt it-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim(iet) ta' Delega. |
|
21.2. |
Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell ta' dettall ippubblikat jieħdu inkonsiderazzjoni speċifiċitajiet tas-settur finanzjarju u n-natura tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati, kif ukoll ikunu konformi mar-regoli speċifiċi tal-FEŻR u tal-FAEŻR, skont ma japplika. |
Artikolu 22
Assenjazzjoni
Il-Partijiet ma jittrasferixxu, b'mod sħiħ jew parzjali, xi dritt jew obbligu tagħhom taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti l-oħra.
Artikolu 23
Responsabbiltà
|
23.1. |
Il-FEI jkun responsabbli lejn l-Awtorità Maniġerjali għat-twettiq tad-dmirijiet u tal-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament b'livell professjonali ta' attenzjoni u diliġenza u għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn aġir doluż jew negliġenza kbira min-naħa tiegħu. |
|
(23.2 |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, l-Awtorità Maniġerjali u l-FEI għandhom jinnegozjaw rimedji kuntrattwali fir-rigward ta' telf, ħsarat jew inġurji mġarrbin mill-FEI.) |
|
23.3. |
Parti li tħabbat wiċċha ma' Force Majeure ma jitqiesx li qiegħda tikser l-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim ta' Finanzjament jekk tkun ġiet imwaqqfa milli twettaqhom mill-Force Majeure. |
Artikolu 24
Il-Liġi li tirregola u l-Ġurisdizzjoni
|
24.1. |
Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jiġi rregolat mil-liġijiet (Irid jiġi speċifikat fil-kuntratt), u interpretat skonthom, mingħajr rigward għal xi prinċipji ta' kunflitt ta' liġi applikabbli. |
|
24.2. |
Il-Partijiet jagħmlu ħilithom sabiex isolvu b'mod amikevoli kwalunkwe tilwima jew ilment marbuta mal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew it-twettiq ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, inklużi l-eżistenza, il-validità jew it-terminazzjoni tiegħu. |
|
24.3. |
Fin-nuqqas ta' soluzzjoni amikevoli, il-Partijiet jiftiehmu li (il-ġurisdizzjoni kompetenti għandha tiġi speċifikata fil-kuntratt) jkollha l-ġurisdizzjoni esklussiva li ssolvi kwalunkwe tilwima marbuta ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
Artikolu 25
Effettività — Terminazzjoni
|
25.1. |
Dan il-Ftehim ta' Finanzjament jidħol fis-seħħ mal-iffirmar mill-Partijiet u jibqa' fis-seħħ sal-(31 ta' Diċembru 2023) jew sa ma jseħħ Avveniment ta' Terminazzjoni li ma ġiex rimedjat skont l-Artikolu 25.5, skont liema jiġi l-ewwel minnhom. |
|
25.2. |
Mhux aktar tard minn (6) xhur qabel il-(31 ta' Diċembru 2023), il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin rigward l-estensjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament għal terminu ieħor. |
|
25.3. |
F'każ li Ftehim Operattiv u/jew Ftehim ta' Garanzija wieħed jew iktar, skont ma japplika, ikunu għadhom fis-seħħ fil-(31 ta' Diċembru 2023), dan il-Ftehim ta' Finanzjament jiġi estiż bi ftehim bejn il-Partijiet. Fin-nuqqas ta' tali ftehim, dan il-Ftehim ta' Finanzjament jibqa' fis-seħħ biss fir-rigward ta' xi obbligazzjoni jew esponiment attwali jew kontinġenti taħt kwalunkwe Operazzjoni, sakemm tali responsabbiltà jew esponiment ma jkunux ġew ikkanċellati jew ikun ġie determinat li huma irrekuperabbli, u kwalunkwe statut tal-limitazzjoni applikabbli jkun skada. |
|
25.4. |
Matul it-terminu ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, kwalunkwe Parti tista' fi kwalunkwe żmien tittermina dan il-Ftehim ta' Finanzjament b'effett immedjat billi tinnotifika lill-Parti l-oħra li seħħ Avveniment ta' Terminazzjoni. |
|
25.5. |
Ir-raġunijiet li jistgħu jwasslu għal Avveniment ta' Terminazzjoni huma mniżżlin hawn taħt:
|
|
25.6. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25.9, f'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-FEI jkun meħlus minn kwalunkwe obbligu li jwettaq l-Attività tal-FEI sa mid-data effettiva ta' din it-terminazzjoni. L-Ispejjeż u t-Tariffi ta' Ġestjoni li għalihom il-FEI jkun intitolat fir-rigward ta' perjodi li ġew qabel id-data effettiva tat-terminazzjoni, isiru dovuti u pagabbli minn din id-data. (Jekk ikun neċessarju jistgħu jiġu speċifikati iktar kundizzjonijiet fil-kuntratt, inklużi aġġustamenti possibbli, jekk ikun hemm, fl-Ispejjeż u fit-Tariffi ta' Ġestjoni pagabbli mat-terminazzjoni bikrija ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament) |
|
25.7. |
L-ispejjeż imġarrba minn xi Parti f'rabta ma' Avveniment ta' Terminazzjoni jintrefgħu mill-Parti responsabbli għal dan l-Avveniment ta' Terminazzjoni. |
|
25.8. |
Mal-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament, il-bilanċ nett tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru ddepożitata fil-Kont(ijiet) tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati tingħata lura lill-Awtorità Maniġerjali tal-Politika ta' Ħruġ. L-ispejjeż kollha mġarrba mill-FEI f'rabta ma' tali trasferiment jintrefgħu mill-Awtorità Maniġerjali u jinżammu mill-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru li għandha tingħata lura, sakemm tali trasferiment ma jseħħx mat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament minħabba Avveniment ta' Terminazzjoni nnotifikat mill-Awtorità Maniġerjali. |
|
25.9. |
It-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament ma taffettwax d-drittijiet u l-obbligi dovuti jew eżistenti ta' xi Parti fid-data ta' tali terminazzjoni jew skadenza, inklużi, mingħajr limitazzjoni, xi drittijiet u obbligi dovuti ta' xi Parti relatati ma' obbligi ta' pagament. Mat-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim, dan il-Ftehim ta' Finanzjament jibqa' fis-seħħ fir-rigward ta' kwalunkwe responsabbiltà jew esponiment attwali jew kontinġenti taħt kwalunkwe Operazzjoni, sakemm tali responsabbiltà jew esponiment ma jkunux ġew ikkanċellati jew iddeterminati li huma irrekuperabbli, u kwalunkwe statut tal-limitazzjoni applikabbli jkun skada u, b'mod partikulari, il-FEI jkun intitolat li jżomm tali ammonti skont ma jkun rikjest taħt dan il-Ftehim jew kwalunkwe Ftehim Operattiv għall-ħlas ta' xi ammont dovut barra dan jew biex jintlaħaq xi obbligu dovut jew kontinġenti taħt l-Operazzjonijiet pendenti. |
|
25.10. |
Jekk il-FEI, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, jiddetermina li l-kontribuzzjoni minima aggregata għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati li tirrappreżenta t-total tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti kollha tal-Unjoni Ewropea mhijiex suffiċjenti meta jikkonsidra kif imiss il-massa kritika minima definita fil-Valutazzjoni Ex-Ante, dan jista' jinnotifika lill-Awtorità Maniġerjali li jkun seħħ Avveniment ta' Terminazzjoni. |
|
25.11. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 (Responsabbiltà), 24 (il-Liġi li tirregola u l-ġurisdizzjoni), 25 (Effettività — Terminazzjoni) u 26 (Avviżi u Komunikazzjonijiet), jibqgħu jgħoddu wara t-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament. |
|
25.12. |
Fil-każ tal-istralċ ta' (l-Istrumenti Finanzjarji COSME) U/JEW (l-Istrumenti Finanzjarji H2020), il-Partijiet jiftiehmu dwar kif tiġi utilizzata l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. |
Artikolu 26
Avviżi u Komunikazzjonijiet
|
26.1. |
Avviżi u komunikazzjonijiet relatati ma' dan il-Ftehim ta' Finanzjament minn Parti lill-Parti l-oħra jintbagħtu bil-miktub fuq karta jew f'format elettroniku, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 hawn taħt, bl-użu tad-dettalji ta' komunikazzjoni li ġejjin:
|
|
26.2. |
Kull tibdil li jsir fid-dettalji ta' komunikazzjoni ta' hawn fuq jkollu effett biss wara li jkun ġie notifikat bil-miktub fuq karta jew f'format elettroniku lill-Parti l-oħra. |
|
26.3. |
Dawn l-avviżi u l-komunikazzjonijiet jitqiesu li ġew debitament notifikati meta (trid titniżżel). |
Artikolu 27
Emendi u mixxellanji
|
27.1. |
Kull emenda, varjazzjoni jew modifikazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament tkun tirrikjedi strument bil-miktub iffirmat debitament minn kull Parti u tiġi speċifikata d-data meta tidħol fis-seħħ. |
|
27.2. |
Ir-rinunzja jew it-tolleranza ta' Parti li tistipula f'xi okkażjoni waħda jew iktar fuq it-twettiq ta' xi dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Finanzjament ma tinftihemx bħala r-rinunzja tad-drittijiet ta' dik il-Parti għat-twettiq ta' tali dispożizzjoni fil-futur, u l-obbligu tal-Parti l-oħra fir-rigward ta' dan it-twettiq fil-futur jibqa' effettiv u bis-sħiħ. |
Artikolu 28
Annessi
Il-premessi u l-Annessi li ġejjin jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim ta' Finanzjament:
|
Anness 1 |
: |
Dokument dwar il-kundizzjonijiet għat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati
|
||||
|
Anness 2 |
: |
Kriterji ta' esklużjoni għall-Intermedjarji Finanzjarji u r-Riċevituri Finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE (li għandhom jiġu parzjalment ipprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament Speċifiċi) |
||||
|
Anness 3 |
: |
Talba għal Pagament (li għandha tiġi pprovduta taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
||||
|
Anness 4 |
: |
Linji gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi tat-Teżorerija (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
||||
|
Anness 5 |
: |
Rapportar dwar l-aspetti operattivi tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandu jiġi pprovdut taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
||||
|
Anness 6 |
: |
Rapportar dwar l-aspetti finanzjarji tat-Tieqa Ddedikata/Twieqi Ddedikati (li għandu jiġi pprovdut skont il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi) |
ANNESS 1
STRUMENT TA' GARANZIJA (16) MINGĦAJR LIMITU
L-Inizjattiva tal-SMEs — Għażla 1
L-INIZJATTIVA TAL-SMES STRUMENT TA' GARANZIJA MINGĦAJR LIMITU — GĦAŻLA 1
Dan l-istrumenti jipprevedi l-użu ta' garanziji mingħajr limitu pprovduti mill-FEI sabiex ikopru r-riskju tal-kreditu tas-self, tal-lokazzjonijiet jew tal-garanziji tal-SMEs. L-Inizjattiva tal-SMEs dwar Strument ta' Garanzija mingħajr Limitu hija bbażata fuq ir-riskju miżmum f'livelli differenti mir-riżorsi tal-UE (COSME u/jew Orizzont 2020), il-FEŻR/FAEŻR, flimkien ma' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali.
Taħt l-Inizjattiva tal-SMEs Strument ta' Garanzija mingħajr Limitu, il-FEI jipprovdi garanziji mingħajr limitu sa ammonti massimi miftiehma. L-istituzzjonijiet finanzjarji ta' oriġini jżommu interess materjali fil-portafolli garantiti rispettivi tagħhom, jiġifieri billi jżommu 20 % tal-esponiment ekonomiku fuq kull self garantit, sabiex jiżguraw l-allinjament neċessarju tal-interess (“interess proprju”).
L-Intermedjarji Finanzjarji se jirċievu individwalment garanzija mingħajr limitu mill-FEI bi skambju mal-pagament ta' tariffa ta' garanzija. Ir-riskju ogħla tal-portafoll li jirriżulta se jkun kopert minn kombinament bejn il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru u riżorsi tal-COSME jew/u ta' Orizzont 2020. Ir-riskju inqas tal-portafoll li jirriżulta se jinżamm minn kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI sa ammonti massimi miftiehma u potenzjalment minn banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali. Tali trasferiment ta' riskju mhux iffinanzjat, li jippermetti t-trasferiment parzjali tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi mingħajr ma jitneħħa attwalment il-portafoll tal-assi mill-karta bilanċjali tal-istituzzjoni finanzjarja, jipprovdi l-opportunità lill-istituzzjoni finanzjarja ta' oriġini li tikseb solliev fir-rigward tal-kapital regolatorju, fejn ikun fattibbli. Tali operazzjoni tkun trid tieħu inkonsiderazzjoni r-rekwiżiti regolatorji tal-pajjiż rilevanti.
L-orġini, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-portafoll, magħmul minn Tranżazzjonijiet ta' self, lokazzjonijiet u garanziji tal-SMEs eliġibbli, jitwettqu mill-Intermedjarji Finanzjarji b'konformità mal-proċeduri tagħhom tas-soltu dwar l-oriġini u s-servizz. L-Intermedjarju Finanzjarju (jew l-Intermedjarju Subfinanzjarju fil-każ ta' kontragaranaziji) jżomm ir-relazzjoni diretta tal-kreditu tal-klijent ma' kull Riċevitur Finali. L-Intermedjarju Finanzjarju se jipprovdi informazzjoni dwar il-portafoll fuq bażi regolari lill-FEI u l-FEI min-naħa tiegħu se jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lil dawk li jieħdu r-riskji skont il-ftehimiet rilevanti.
L-Intermedjarju Finanzjarju se jgħaddi b'mod sħiħ lill-SMEs il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat kif definit fit-termini indikattivi u skont il-formola speċifikata f'taqsimiet 5 u 6 hawn taħt. Barra minn hekk, huwa meqjus li l-ispejjeż impliċiti (ir-riskju tar-reputazzjoni, ir-riskju finanzjarju, ir-riskju amministrattiv, ir-riskju marbut mal-implimentazzjoni tal-kompartiment (17)) imġarrbin mill-Intermedjarju Finanzjarju jibbilanċjaw kwalunkwe vantaġġ marbut mar-riżorsi mill-Istat (jiġifieri l-Kontribuzzjoni tal-Istat membru) biex hekk ikun żgurat li l-Intermedjarju Finanzjarju ma jibbenefikax minn għajnuna mhux dovuta.
Ħlief fejn hu previst espressament, it-termini definiti f'dan l-Anness 1 għandhom l-istess tifsiriet tat-termini definiti korrispondenti f'dan il-mudell ta' Ftehim ta' Finanzjament.
Termini Indikattivi tal-Garanziji mingħajr Limitu fl-Għażla 1
|
|
||
|
Kamp ta' Applikazzjoni tal-Istrument Finanzjarju |
L-Intermedjarju Finanzjarju joriġina portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid (suġġett għal Effett ta' Ingranaġġ minimu) li għalih se jirċievi garanzija tal-portafoll mingħajr limitu (fil-forma ta' garanziji diretti, kontragaranziji jew kogaranziji) mill-FEI bi skambju għall-pagament ta' Tariffa ta' Garanzija. Il-FEI jaġixxi bħala l-maniġer ta' kuljum tal-Istrument Finanzjarju li jamministra l-kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-Kontribuzzjoni tal-UE (jiġifieri kontribuzzjonijiet taħt (ir-Regolament COSME) U/JEW (ir-Regolament H2020), il-Kontribuzzjoni tal-FEI u r-riskju tal-kreditu meħud mill-BEI u possibbilment mill-banek promozzjonali nazzjonali. |
||
|
Garanzija |
Il-Garanzija hija pprovduta mill-FEI lill-Intermedjarju Finanzjarju bi skambju ma' Tariffa ta' Garanzija. Il-Garanzija tkopri porzjon (sar-Rata ta' Garanzija) mir-riskju tal-kreditu assoċjat ma' portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid sottostanti (“il-Portafoll”). |
||
|
Rata ta' Garanzija |
Sa 80 % ta' kull Tranżazzjoni fil-Portafoll, sabiex l-Intermedjarju Finanzjarju jibqa' jżomm interess ekonomiku materjali fil-Portafoll, ugwali għal mill-inqas 20 % tal-esponiment ekonomiku ta' fuqu, sabiex jiżgura l-allinjament tal-interess. |
||
|
Struttura |
Il-Garanzija tkopri, sar-Rata ta' Garanzija, ammonti li ma tħallsux imġarrba mill-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward ta' kull Tranżazzjoni eliġibbli inadempjenti inkluża fil-Portafoll. Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru se tintuża sabiex tkopri l-ogħla riskju tal-Portafoll, sa perċentwal li se jiġi determinat wara li jitqies l-effett multiplikattiv tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru miftiehma fil-Ftehim ta' Finanzjament. Dan b'mod tipiku jista' jwassal biex 100 % tat-tali ammont jiġi assorbit għall-kopertura tat-telf nett taħt il-Portafoll. It-tieni l-iktar parti riskjuża tal-Portafoll se tkun koperta minn kombinazzjoni ta' riżorsi mill-FEI, mill-baġit tal-UE u mill-Awtorità Maniġerjali. Ir-riskju residwu tal-Portafoll jiġi kopert bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment minn banek promozzjonali nazzjonali u skemi ta' garanzija nazzjonali. Ir-riżorsi pprovduti minn dawk li jieħdu r-riskji differenti jiġu definiti f'livell b'mod tali li r-riskju jkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u xi ħadd ieħor potenzjali li jieħu r-riskji. Kull Portafoll jkollu omoġeneità suffiċjenti u fond diversifikat b'mod suffiċjenti sabiex il-FEI jkun jista' jassenja klassifikazzjoni skont il-metodoloġija tiegħu tal-valutazzjoni tar-riskju. |
||
|
Ammonti Mhux Imħallsa |
Jirreferu għal kapital u mgħax mhux imħallsa, imġarrba mill-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward ta' Tranżazzjonijiet inadempjenti inklużi fil-Portafoll. |
||
|
|
||
|
Perjodu ta' Disponibbiltà |
Il-FEI u l-Intermedjarju Finanzjarju jaqblu fuq perjodu ta' disponibbiltà (tipikament sa 3 snin) li matulu jistgħu jiġu inklużi Tranżazzjonijiet fil-Portafoll. |
||
|
Riċevituri Finali Eliġibbli |
Ir-Riċevituri Finali jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà skont l-Artikoli tas-CPR 37(4) u 39, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti tal-FEŻR u tal-FAEŻR. |
||
|
Kriterji ta' Eliġibbiltà COSME |
Ara l-Anness 2. |
||
|
Kriterji ta' Eliġibbiltà ta' Orizzont 2020 |
Ara l-Anness 2. |
||
|
Il-Proċess ta' Esklużjoni |
Jekk Tranżazzjoni ma tkunx konformi mal-Kriterji ta' Eliġibbiltà, din tiġi eskluża mill-Portafoll (u ma tkunx koperta mill-Garanzija). F'ċerti ċirkustanzi limitati u fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 39(2)(a) tas-CPR, id-determinazzjoni jekk tali nonkonformità kinitx fil-kontroll tal-Intermedjarju Finanzjarju tista' twassal għat-tkomplija tal-kopertura b'garanzija. |
||
|
Rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru |
L-Effett ta' Ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid totali mogħti lir-Riċevituri Finali eliġibbli diviż bil-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. L-Effett ta' Ingranaġġ minimu jrid ikun mill-inqas (X) darbiet tat-total tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. |
||
|
Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni COSME |
Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament COSME, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' COSME u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' COSME. |
||
|
Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni Orizzont 2020 |
Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament H2020, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' H2020 u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' Orizzont 2020. |
||
|
|
||
|
It-Tariffa tal-Garanzija |
Il-FEI jimponi Tariffa ta' Garanzija fuq l-Intermedjarju Finanzjarju fir-rigward tat-Tranżazzjonijiet inklużi fil-Portafoll. It-Tariffa ta' Garanzija, espressa bħala (X)% fis-sena, tiġi kkalkulata kull tliet xhur fuq l-ammont pendenti tal-Portafoll. |
||
|
Ipprezzar tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru |
Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi pprezzata f'livell li jkun approprjat mar-riskju rilevanti meħud, bl-eċċezzjoni tal-kopertura tal-aktar parti riskjuża tal-Portafoll li tiġi pprezzata żero (jiġifieri l-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tiġi pprovduta mingħajr ħlas). |
||
|
|
||
|
Penali |
Ara l-Artikolu 7. |
||
|
Rappurtar |
Ara l-Anness 5. |
||
|
Monitoraġġ u Verifika |
Ara l-Artikolu 17. |
||
|
|
||
|
Trasferiment ta' benefiċċju |
Il-FEI jivvaluta l-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju għar-Riċevituri Finali. Dan il-mekkaniżmu jiġi inkluż fil-proċess ta' tal-għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u jifforma parti mid-deċiżjoni finali tal-FEI dwar jekk jidħolx jew le fi ftehim ta' garanzija jew u b'liema kundizzjonijiet. It-trasferiment tal-benefiċċju jiġi applikat għall-parti tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid koperta mill-Garanzija fuq ir-rata standard tal-imgħax imposta fuq ir-Riċevituri Finali permezz ta' tnaqqis fir-riskju tal-kreditu/fil-primjum ta' garanzija. Dan jiġi ddokumentat kif meħtieġ. |
||
|
Benefiċċju Totali |
Il-Benefiċċju Totali jkun definit għall-parti tas-self koperta bil-Garanzija bħala t-tnaqqis fir-rata tal-imgħax jew fit-tariffa ta' garanzija skont ma jagħti l-każ kif impost mill-Intermedjarju Finanzjarju fuq ir-Riċevituri Finali, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni r-riskju tal-kreditu sottostanti meħud kif ukoll l-effett u l-ispiża tal-Garanzija. Billi l-Intermedjarju Finanzjarju ma jirċievi ebda ħlas/finanzjament mill-FEI, il-valutazzjoni tal-Benefiċċju totali tiffoka biss fuq il-primjum tar-riskju tal-kreditu. L-Intermedjarju Finanzjarju jieħu inkonsiderazzjoni l-ispiża tal-garanzija (it-Tariffa ta' Garanzija) meta jikkalkula l-kreditu tar-riskju/primjum ta' garanzija l-ġdid għal kull self jew garanzija. Il-Benefiċċju Totali jingħata bil-formula li ġejja: Il-Benefiċċju Totali = il-primjum tal-kreditu standard/tar-riskju ta' garanzija — It-Tariffa tal-Garanzija |
||
|
|
||
|
Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat |
Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat għall-parti tas-self koperta bil-Garanzija huwa porzjon mill-Benefiċċju Totali, proporzjonat għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru (18) fil-portafoll tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, mogħti bil-formula li ġejja: Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat = Benefiċċju Totali * % tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fil-Garanzija (il-parti garantita tal-portafoll tal-Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid). Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi ttrasferit b'mod sħiħ mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevitur Finali. |
||
|
Kalkolu tal-GGE |
Fil-livell tar-Riċevitur Finali, il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi kkunsidrat bħala sussidju għal rata ta' interess skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament de minimis. L-Ekwivalent tal-Għotja Gross (GGE) jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: GGE = Ammont ta' self garantit (19) * maturità (żmien medju peżat) tas-self (garanzija) (20) * Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat L-Intermedjarju Finanzjarju jikkalkula l-GGE għal kull self (garanzija) (20) fil-Finanzjament Permezz ta' Self, u jikkomunikah lill-FEI. Fil-każijiet kollha l-GGE ma jistax ikun ogħla mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament de minimis. |
||
|
Penali tal-Għajnuna mill-Istat |
Il-FEI jimponi Penali tal-Għajnuna mill-Istat fuq l-Intermedjarju Finanzjarju f'każ li l-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ma jiġix trasferit b'mod sħiħ lill-benefiċjarju finali. |
STRUMENT TA' TITOLARIZZAZZJONI
L-Inizjattiva tal-SMEs — Għażla 2
L-INIZJATTIVA TAL-SMES GĦAL STRUMENT TA' TITOLARIZZAZZJONI
Dan l-istrument jipprevedi l-użu ta' tranżazzjonijiet ta' titolarizzazzjoni abbażi ta' self, lokazzjonijet u garanziji lill-SMEs fejn riżorsi tal-UE (COSME u/jew Orizzont 2020), tal-FEŻR/FAEŻR, flimkien ma' riżorsi mill-Grupp tal-BEI u potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali, skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali oħrajn, jissottoskrivu jew jiggarantixxu ċerti ammonti f'livelli differenti ta' riskji.
Taħt strument ta' titolarizzazzjoni, portafoll ta' strumenti ta' finanzjament eliġibbli għall-SMEs jintuża bħala kollaterali għal titoli negozjabbli (segmenti), diversifikati bil-livell ta' riskju.
Arranġamenti mhux iffinanzjati ta' trasferiment ta' riskju (titolarizzazzjoni sintetika) ukoll huma possibbli, b'mod li jippermettu t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi mingħajr ma jitneħħa attwalment il-portafoll tal-assi mill-karta bilanċjali tal-bank u b'hekk jipprovdu l-opportunità lill-bank oriġinatur li jikseb solliev fir-rigward tal-kapital regolatorju. Tali operazzjonijiet ikun jrid jieħdu inkonsiderazzjoni r-rekwiżiti regolatorji tal-pajjiż rilevanti.
L-istrument ta' titolarizzazzjoni jiggarantixxi parti sinifikanti tal-portafoll eliġibbli ta' finanzjament tad-dejn sottostanti fuq impenn mill-Intermedjarju Finanzjarju rilevanti sabiex jinħoloq portafoll addizzjonali bl-użu wkoll ta' riżorsi mobilizzati bħala riżultat tat-tranżazzjoni ta' titolarizzazzjoni għal finanzjament tal-SMEs ġdid.
Taħt l-Inizjattiva tal-SMEs Strument ta' Titolarizzazzjoni, il-FEI u l-BEI (potenzjalment flimkien ma' banek promozzjonali nazzjonali, skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali oħrajn) jissottoskrivu u jiggarantixxu ċerti segmenti sa ammonti massimi miftiehma. L-istituzzjonijiet finanzjarji ta' oriġini jżommu interess materjali fit-tranżazzjoni, bħal porzjon adewgat (minimu ta' 50 %) tas-segment subordinarju u esponiment adegwat għal kull segment kollokat ma' investituri, jew jagħmlu arranġamenti simili, sabiex jiżguraw l-allinjament neċessarju tal-interess (“interessi proprji”) u jikkonformaw mar-rekwiżit taż-żamma tar-riskju stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Il-klassifikazzjoni tas-segmenti superjuri u medji tkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u tal-banek promozzjonali nazzjonali potenzjali, l-iskemi ta' garanzija nazzjonali u investituri istituzzjonali ta' partijiet terzi li jistgħu jinvestu wkoll fis-segmenti superjuri ta' titolarizzazzjonijiet bħal dawn biex b'hekk iżidu l-ingranaġġ tar-riżorsi baġitarji impenjati.
Segmenti subordinarji u medji li ma jinżammux mill-oriġinatur jiġu sottoskritti minn kombinazzjoni tal-FEŻR/FAEŻR, tal-COSME/Orizzont 2020 u ta' riżorsi proprji tal-FEI.
L-Awtoritajiet tal-Ġestjoni li jkunu jridu jipparteċipaw fl-iskema ta' garanzija (permezz tal-FEI, iżda b'riskju għall-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI) jiggarantixxu/jinvestu sa 50 % tas-segment Subordinarju.
Il-ħolqien, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-portafoll titolarizzat, magħmul minn self, lokazzjonijiet u garanziji tal-SMEs eliġibbli għall-SMEs u kumpaniji b'inqas minn 500 impjegat, jitwettqu mill-Intermedjarji Finanzjarji b'konformità mal-proċeduri tagħhom tas-soltu dwar l-oriġinazzjoni u s-servizz. L-Intermedjarji Finanzjarji tipikament iżommu r-relazzjoni diretta tal-kreditu tal-klijent ma' kull SME. L-Intermedjarji Finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar il-portafoll titolarizzat kif ukoll dwar il-Portafoll Addizzjonali (finanzjament tal-SME maħluq ġdid) fuq bażi trimestrali lill-BEI u lill-FEI rispettivament sat-terminazzjoni tat-tranżazzjoni ta' titolarizzazzjoni.
Termini Indikattivi tat-Titolarizzazzjoni
|
|
||
|
Kamp ta' Applikazzjoni tal-Istrument Finanzjarju |
Bit-titolarizzazzjoni tal-assi, l-Intermedjarji Finanzjarji jimmiraw li jirrilaxxaw kapital regolatorju u ekonomiku u/jew jiksbu sorsi ġodda ta' finanzjament li jippermettu lill-Intermedjarju Finanzjarju joriġina Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid għal Riċevituri Finali (sabiex jibni Portafoll Addizzjonali). L-Intermedjarju Finanzjaru jirċievi garanzija/investiment mill-FEI sabiex ikopri l-Portafoll Titolarizzat bi skambju ma' ħlas ta' Tariffa u jikkommetti ruħu li joriġina portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid (suġġett għal Effett ta' Ingranaġġ minimu). Il-FEI jaġixxi bħala l-maniġer ta' kuljum tal-Istrument Finanzjarju li jamministra l-kontribuzzjoni tal-Istat Membru, il-Kontribuzzjoni tal-UE (jiġifieri kontribuzzjonijiet skont (ir-Regolament COSME) U/JEW (ir-Regolament H2020), il-Kontribuzzjoni tal-FEI u r-riskju tal-kreditu meħud mill-BEI u possibbilment mill-banek promozzjonali nazzjonali. |
||
|
Struttura tat-Tranżazzjoni |
Kemm titolarizzjonijiet ta' kreditu (“bejgħ effettiv”) jew titolarizzazzjonijiet sintetiċi (“mhux iffinanzjati”) huma permessi. Titolarizzazzjoni ta' kreditu hija tranżazzjoni b'konnessjoni li biha oriġinatur (l-Intermedjarju Finanzjarju) jittitolarizza l-assi billi jiġmagħhom f'Portafoll Titolarizzat u jbigħ il-Portafoll Titolarizzat lil entità b'għan speċjali (“l-SPE”). L-SPE tiffinanzja x-xiri tal-Portafoll Titolarizzat permezz tal-ħruġ ta' noti koperti minn tali assi (Titoli Abbażi ta' Assi — “ABS”). Id-dħul mill-ħruġ ta' dawn in-noti jintuża mill-SPE sabiex iħallas il-prezz tax-xiri tal-Portafoll Titolarizzat lill-Intermedjarju Finanzjarju. F'titolarizzazzjoni sintetika, l-Intermedjarju Finanzjarju jżomm l-assi rilevanti fil-karta bilanċjali tiegħu u l-FEI jkopri parti mir-riskju fuq il-Portafoll Titolarizzat. Dan potenzjalment iwassal għal solliev kapitali għall-Intermedjarju Finanzjarju. Il-FEI għandu jissegmenta l-Portafoll Titolarizzat skont ir-riskju tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Is-Segment Subordinarju jikkonsisti fl-iktar parti riskjuża tal-Portafoll Titolarizzat sa perċentwal definit minn qabel, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristika tal-portafoll, ir-rekwiżiti ta' titjib tal-kreditu u r-rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tkopri sa 50 % tas-Segment Subordinarju waqt li l-porzjon li jifdal mis-Segment Subordinarju jinżamm mill-Intermedjarju Finanzjarju. Dan b'mod tipiku jista' jwassal biex 100 % tat-tali ammont jiġi assorbit għall-kopertura tat-telf nett taħt il-Portafoll. Is-Segment Medju jikkonsisti fit-tieni l-iktar parti riskjuża tal-Portafoll Titolarizzat u jkun iħadan tliet sottosegmenti bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-FEI, mill-baġit tal-UE u mill-Awtorità Maniġerjali. B'mod partikolari, il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru tkopri r-riskju tas-Segment Medju ta' Isfel. Il-kontribuzzjoni skont (ir-Regolament COSME) u/jew (ir-Regolament H2020) tkopri r-riskju tas-Segment Medju tan-Nofs. Il-Kontribuzzjoni tal-FEI tkopri r-riskju tas-Segment Medju ta' Fuq. Id-daqs tal-Medju jiġi determinat mill-FEI li jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi tal-portafoll, ir-rekwiżiti ta' titjib ta' kreditu u r-rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. Is-Segmenti Medji ta' Isfel u tan-Nofs ikunu sa (perċentwali determinati minn qabel) tal-Portafoll Titolarizzat. Is-Segment Superjuri jikkonsisti fir-riskju residwu tal-Portafoll Titolarizzat u jkun finanzjat/miżmum bl-użu ta' kombinazzjoni ta' riżorsi mill-Grupp tal-BEI sa ammont massimu miftiehem u minn banek promozzjonali nazzjonali potenzjali u skemi ta' garanzija nazzjonali u investituri oħrajn. Is-Segmenti Superjuri u Medji ta' Fuq jiġu definiti f'livell tali li r-riskju jkun kompatibbli mat-tolleranza tar-riskju tal-Grupp tal-BEI u ta' kwalunkwe parteċipanti oħrajn li jieħdu riskju. |
||
|
|
||
|
Portafoll Titolarizzat |
Il-Portafoll Titolarizzat jista' jinkludi assi eżistenti (finanzjament tad-dejn lil SMEs u impriżi oħrajn b'inqas minn 500 impjegat) kif ukoll portafolli ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil SMEs. Kull Portafoll Titolarizzat jkollu omoġeneità suffiċjenti u fond diversifikat b'mod suffiċjenti sabiex il-FEI jkun jista' jassenja klassifikazzjoni skont il-metodoloġija tiegħu tal-valutazzjoni tar-riskju. Portafolli eżistenti ma jiġu inklużi fil-Portafoll Titolarizzat wara l-Perjodu ta' Impenn. |
||
|
|
||
|
Il-Portafoll Addizzjonali |
Kull Intermedjarju Finanzjarju jkun rikjest kuntrattwalment li jipprovdi Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid lil Riċevituri Finali eliġibbli (Portafoll Addizzjonali). Il-ksur mill-Intermedjarju Finanzjarju ta' xi rekwiżit speċifikat fil-Ftehim Operattiv rilevanti ma għandux jaffettwa l-garanzija maħruġa f'relazzjoni mal-Portafoll Titolarizzat. |
||
|
Rekwiżit ta' Effett ta' Ingranaġġ għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru |
L-Effett ta' Ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid totali mogħti lir-Riċevituri Finali eliġibbli diviż bil-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. L-Effett ta' Ingranaġġ minimu jrid ikun mill-inqas (X) darbiet tat-total tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. |
||
|
Perjodu ta' Disponibbiltà |
Il-FEI u l-Intermedjarju Finanzjarju jaqblu fuq perjodu ta' disponibbiltà (tipikament sa (3) snin) li matulu jiġu inklużi Tranżazzjonijiet fil-Portafoll Addizzjonali. |
||
|
Riċevituri Finali Eliġibbli |
Ir-Riċevituri Finali jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà skont l-Artikoli tas-CPR 37(4) u 39, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti tal-FEŻR u tal-FAEŻR. |
||
|
Kriterji ta' Eliġibbiltà COSME |
Ara r-Regolament COSME |
||
|
Kriterji ta' Eliġibbiltà ta' Orizzont 2020 |
Ara r-Regolament H2020. |
||
|
Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni COSME |
Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament COSME, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' COSME u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' COSME. |
||
|
Rekwiżit ta' ingranaġġ minimu għall-kontribuzzjoni Orizzont 2020 |
Meta titqies il-kontribuzzjoni skont ir-Regolament H2020, jekk ikun applikabbli, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid eliġibbli għar-Riċevituri Finali li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' ingranaġġ stabbiliti fil-bażi legali ta' H2020 u fil-Ftehim ta' Delega, jkun irid jissodisfa wkoll il-kriterji ta' eliġibbiltà ta' Orizzont 2020. |
||
|
|
||
|
It-tariffa |
It-Tariffa tiġi stabbilita abbażi tal-ipprezzar minn kull wieħed li jieħu r-riskji fl-Istrument Finanzjarju għas-segmenti rispettivi tagħhom (ara l-ipprezzar hawn taħt). Fir-rigward tal-parti koperta tal-Portafoll Titolarizzat, il-FEI jimponi (X)% fis-sena fuq l-Intermedjarju Finanzjarju. |
||
|
Ipprezzar tas-Segment Superjuri |
Dan jiġi ffissat għal perċentwal predefinit fis-sena mill-BEI u minn oħrajn potenzjali li jieħdu r-riskji f'konformità mal-politika ta' pprezzar tagħhom. |
||
|
L-ipprezzar tas-Segment Medju |
Is-Segment Medju jiġi ffissat għal (X)% fis-sena mill-FEI b'konformità mal-politika ta' pprezzar tiegħu. Is-Segmenti Medji tan-Nofs u ta' Isfel jiġu pprezzati b'mod li jkunu jifilħu għar-riskju marbut mat-telf mistenni fis-segmenti rispettivi tagħhom. F'każijiet debitament ġustifikati, l-ipprezzar jista' wkoll ikompli jitnaqqas sabiex jattira Intermedjarji Finanzjarji. |
||
|
Ipprezzar tas-Segment Subordinarju |
Dan ikun ugwali għal żero (jiġifieri s-Segment Subordinarju apparti mis-segment miżmum mill-oriġinatur jiġi pprovdut mingħajr ħlas). |
||
|
|
||
|
Penali |
Ara l-Artikolu 7. |
||
|
Rappurtar |
Ara l-Anness 5. |
||
|
Monitoraġġ u Verifika |
Ara l-Artikolu 17. |
||
|
|
||
|
Trasferiment ta' benefiċċju |
Il-FEI għandu jivvaluta l-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevituri Finali fil-Portafoll Addizzjonali. Dan il-mekkaniżmu jiġi inkluż fis-sistema ta' punteġġ għall-fini tal-Għażla tal-Intermedjarji Finanzjarji u jifforma parti mid-deċiżjoni finali tal-FEI dwar jekk jidħolx jew le fi ftehim ta' garanzija jew ta' investiment u b'liema kundizzjonijiet. It-trasferiment ta' benefiċċju jiġi applikat għar-rata standard tal-imgħax imposta fuq ir-Riċevituri Finali taħt Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid fil-Portafoll Addizzjonali permezz ta' tnaqqis fil-primjum tar-riskju ta' kreditu. Il-mekkaniżmu tat-trasferiment ta' benefiċċju għandu jiġi dokumentat kif imiss. |
||
|
Benefiċċju Totali |
Il-Benefiċċju Totali jieħu inkonsiderazzjoni l-benefiċċju pprovdut lill-Intermedjarju Finanzjarju, f'kull segment tal-Portafoll Titolarizzat. Il-Benefiċċju Totali jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-prezz impost mill-FEI fuq kull segment bl-istess livell ta' riskju. Il-livell ta' riskju ta' kull segment jiġi definit mill-metodoloġija ta' klassifikazzjoni interna tal-FEI. Fl-assenza ta' prezz tas-suq, il-FEI japplika l-primjum fil-limitu ta' eżenzjoni għal livell ta' riskju, ekwivalenti għal garanziji, stipulat fl-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 25). Il-primjum fil-limitu ta' eżenzjoni għas-segment Subordinarju jammonta sa 10 % fis-sena. Il-Benefiċċju Totali jingħata bil-formula li ġejja: Benefiċċju Totali = Total tal-Benefiċċji tas-Segmenti Individwali Il-Benefiċċju ta' Segment Individwali jiġi kkalkulat kif ġej: Benefiċċju ta' Segment Individwali = (prezz tas-suq ta' segment — Tariffa) * Total EUR ammont tas-segment * maturità tas-segment (żmien medju peżat) |
||
|
|
||
|
Il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat |
It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat huwa porzjon mill-Benefiċċju Totali, proporzjonat għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru (21) fil-Portafoll Titolarizzat. It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat pprovdut lil Intermedjarju Finanzjarju jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat (f'EUR) = Total ta' (Benefiċċju ta' Segment Individwali * il-% tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru fis-segment). It-Total tal-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat jiġi ttrasferit b'mod sħiħ mill-Intermedjarju Finanzjarju lir-Riċevitur Finali kollha inklużi fil-Portafoll Addizzjonali. Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat għal kull Riċevitur Finali jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat (sussidju għar-rata ta' interess f'punti bażiċi b'garanzija) = (Total tal-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat/Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid fil-Portafoll Addizzjonali)/Maturità tal-Portafoll Addizzjonali (żmien medju peżat) |
||
|
Kalkolu tal-GGE |
Il-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ipprovdut lir-Riċevituri Finali fil-Portafoll Addizzjonali, jiġi kkunsidrat bħala sussidju għal rata ta' mgħax skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament de minimis. L-Ekwivalent tal-Għotja Gross (GGE) jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: GGE = ammont ta' self nominali * maturità (żmien medju peżat) tas-self * Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat L-Intermedjarju Finanzjarju jikkalkula l-GGE għal kull self fil-Portafoll Addizzjonali u jikkomunikah lill-FEI. Fil-każijiet kollha l-GGE ma jistax ikun ogħla mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament de minimis. |
||
|
Ebda benefiċċju addizzjonali fuq is-solliev kapitali |
B'applikazzjoni tar-regoli nazzjonali rilevanti dwar ir-rekwiżiti kapitali, il-volum ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid ma jiġix stabbilit f'livell inqas mill-volum ta' finanzjament permezz ta' self lil SMEs li wieħed jista' jistenna li jiġi ġġenerat mill-Intermedjarji Finanzjarji bl-użu tal-kapital illiberat b'riżultat tal-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru. |
||
|
Penali tal-Għajnuna mill-Istat |
Il-FEI jimponi Penali tal-Għajnuna mill-Istat fuq l-Intermedjarju Finanzjarju f'każ li l-Benefiċċju ta' Għajnuna mill-Istat ma jiġix trasferit b'mod sħiħ lill-benefiċjarju finali. |
ANNESS 2
kriterji ta' esklużjoni għall-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali u kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontribuzzjoni tal-ue
1. IL-KRITERJI TA' ESKLUŻJONI GĦALL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI
L-Intermedjarji Finanzjarji li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' hawn taħt, sakemm tali sitwazzjoni, fil-fehma professjonali tal-FEI, tista' taffettwa l-abbiltà tagħhom li jimplimentaw Strument Finanzjarju, ma jintgħażlux jekk:
|
1. |
jinsabu falluti jew qegħdin jiġu llikwidati, l-affarijiet tagħhom qegħdin jiġu amministrati mill-qrati, huma suġġetti ta' proċeduri li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolament nazzjonali; |
|
2. |
ġew ikkundannati fuq offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha l-forza ta' res judicata, li taffettwa l-abbiltà tagħhom li jimplimentaw Tranżazzjoni; |
|
3. |
kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata fuq frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew xi attività illegali oħra, f'kull każ fejn hu ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
4. |
huma ħatja ta' rappreżentazzjonijiet żbaljati materjali fl-għoti ta' informazzjoni rikjesta għall-Għażla bħala Intermedjarju Finanzjarju; |
|
5. |
huma mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 9.5(e); |
|
6. |
huma inkorporati f'territorji li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fejn tidħol l-applikazzjoni ta' standards fiskali maqbula internazzjonalment, jew il-prattiċi fiskali tagħhom ma jsegwux il-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (C(2012)8805); |
|
7. |
l-attività tan-negozju tagħhom mhijiex konformi mal-politika tal-FEI relatata ma' setturi ristretti. |
Il-Punti 2 u 3 ma japplikawx, fejn l-Intermedjarji Finanzjarji jistgħu jagħtu sodisfazzjon lill-FEI li ġew adottati miżuri adegwati kontra l-persuni li għandhom is-setgħa ta' rappreżentazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom, li huma suġġetti għal sentenza kif imsemmi fil-Punti 2 u 3.
2. IL-KRITERJI TA' ESKLUŻJONI GĦAR-RIĊEVITURI FINALI
Riċevituri Finali ma jistgħux jintgħażlu mill-Intermedjarji Finanzjarji jekk jissodisfaw wieħed jew iktar mir-rekwiżiti mniżżlin hawn taħt:
|
1. |
mhumiex potenzjalment vijabbli ekonomikament; |
|
2. |
huma inkorporati f'territorji li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fejn tidħol l-applikazzjoni tal-istandard fiskali maqbul internazzjonalment, jew il-prattiċi fiskali tagħhom ma jsegwux il-prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6.12.2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (C(2012)8805); |
|
3. |
jinsabu falluti jew qegħdin jiġu llikwidati, l-affarijiet tagħhom qegħdin jiġu amministrati mill-qrati, huma suġġetti ta' proċeduri li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolament nazzjonali; |
|
4. |
ġew ikkundannati fuq offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha l-forza ta' res judicata, li taffettwa l-abbiltà tagħhom li jsegwu l-attività tan-negozju tagħhom; |
|
5. |
kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha l-forza ta' res judicata fuq frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew xi attività illegali oħra, f'kull każ fejn hu ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
6. |
huma ħatja ta' dikjarazzjoni żbaljata fl-għoti ta' informazzjoni rikjesta għall-għażla bħala Riċevitur Finali; |
|
7. |
huma mniżżlin fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1302/2008; |
|
8. |
l-attività tan-negozju tagħhom tikkonsisti f'waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
|
|
9. |
l-attività tan-negozju tagħhom mhijiex konformi mal-politika tal-FEI relatata ma' setturi ristretti; |
|
10. |
irċevew Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li ma jirrispettax ir-regoli tal-akkumulazzjoni stabbiliti fir-Regolament de minimis rilevanti; |
|
11. |
irċevew għajnuna għal attivitajiet relatati ma' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u l-operat ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew ma' nefqa kurrenti oħra marbuta mal-attività ta' esportazzjoni; |
|
12. |
irċevew għajnuna li tiddependi fuq l-użu ta' prodotti domestiċi flok prodotti importati. |
3. KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ GĦALL-KONTRIBUZZJONI TAL-UE
|
3.1. |
Kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE għall-Istrumenti Finanzjarji ta' COSME (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi, suġġetti għal ftehim bejn il-Kummissjoni u l-FEI, fil-Ftehim ta' Delega għall-COSME) |
|
3.2. |
Kriterji ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-UE għall-Istrumenti Finanzjarji ta' H2020 (li għandhom jiġu pprovduti taħt il-Ftehimiet ta' Finanzjament speċifiċi, suġġetti għal ftehim bejn il-Kummissjoni u l-FEI, fil-Ftehim ta' Delega għall-H2020) |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.
(7) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.
(8) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.
(9) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(10) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(12) ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(13) ĠU L 292, 15.11. 1996, p. 2.
(14) ĠU L 312, 23.12. 1995, p. 1.
(15) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12.
(16) “Garanzija bla limitu” hija t-terminu użat fl-Artikolu 39 tas-CPR.
(17) Effett ta' Ingranaġġ Minimu sabiex jinkiseb Portafoll b'volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, li għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru;
Ir-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-parteċipazzjoni fil-kompartiment jinkludu:
|
(a) |
Effett ta' Ingranaġġ Minimu sabiex jinkiseb Portafoll b'volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid, li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru; |
|
(b) |
Volum minimu ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid li jkun konformi wkoll mal-parametri għall-eliġibbiltà taħt il-COSME u/jew taħt Orizzont 2020; |
|
(c) |
Valutazzjoni u kontroll tal-kriterji ta' eliġibbiltà; |
|
(d) |
Penali, f'każ li l-Effett ta' Ingranaġġ minimu ma jintlaħaqx fil-miri u jekk il-Benefiċċju tal-Għajnuna mill-Istat ma jkunx trasferit; |
|
(e) |
Kompiti ta' trasferiment ta' benefiċċju, li jinkludu l-valutazzjoni tal-mekkaniżmu tiegħu u r-rapportar lill-FEI; |
|
(f) |
Kalkolu tal-GGE għal kull self fil-portafoll ta' Finanzjament Permezz ta' Self Ġdid u r-rapportar lill-FEI; |
|
(g) |
Viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE fid-dokumentazzjoni kuntrattwali mar-riċevituri finali u fil-materjal promozzjonali; |
|
(h) |
Kompiti ta' verifika u monitoraġġ f'rabta mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. |
Ir-riskji u r-rekwiżiti ta' hawn fuq jirrappreżentaw l-ispiża impliċita għall-Intermedjarju Finanzjarju li ma jirċievi ebda ħlas għall-attivitajiet ta' ġestjoni tat-Tranżazzjoni, inkluż ebda tariffi amministrattivi u ebda tariffa fuq il-prestazzjoni.
(18) Il-Kontribuzzjoni tal-Istat Membru biss hija rilevanti għall-kunsiderazzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat. Riżorsi mill-Kummissjoni u mill-BEI u r-riżorsi proprji tal-FEI ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.
(19) Ammont ta' self garantit = ammont ta' self nominali (ammont ta' garanzija nominali) * Rata tal-Garanzija
(20) Għall-każijiet ta' kontrogaranziji
(21) Il-Kontribuzzjoni tal-Iatat Membru lill-FEI għall-portafoll titolarizzat biss hija rilevanti għall-kunsiderazzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat. Riżorsi mill-Kummissjoni u mill-BEI u riżorsi proprji tal-FEI ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.