9.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Settembru 2014
li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2014/649/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-GvernĠermaniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Armin DUTTINE, sar vakanti siġġuta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Tanja BUZEK, Gewerkschaftssekretärin, EU-Verbindungsbüro der Vereinigten Dienstleistungsgewerkschaft — ver.di hija b'dan maħtura bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.