6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUAM Ukraine/1/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)

(2014/644/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-23 ta' Lulju 2014, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kalman MIZSEI bħala Kap tal-Missjoni EUAM Ukraine għal perijodu ta' sena mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Lulju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kalman MIZSEI huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) għal perijodu ta' sena mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Lulju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.