14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Awwissu 2014
li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja
(notifikata bid-dokument C(2014) 5915)
(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/530/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u salvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista' jinxtered ma' rziezet oħra u mal-ħnieżer salvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad- Direttiva 2002/60/KE jipprovdi għall-istabbiliment ta' żona infettata wara l-konferma ta' każ wieħed jew iżjed ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer salvaġġi. |
(4) |
Il-Latvja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u b'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona ta' infezzjoni fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
Skont dan, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żona identifikata bħala żona infettata il-Latvja għandha tiġi stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-regjonalizzazzjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Latvja għandha tiżgura li ż-żona ta' infezzjoni stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE tkun tinkludi tal-anqas iż-żona mniżżla bħala żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa sas-15 ta' Settembru 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
Żona stabbilita bħala Żona Infettata fil-Latvja msemmija fl- Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||
|
Il-15 ta' Settembru 2014 |