2.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE fir-rigward taż-żoni fil-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja taħt restrizzjoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer

(notifikata bid-dokument C(2014) 5583)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/513/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni tiddemarka u telenka ċerti żoni differenzjati skont il-livell ta' riskju bbażat fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja, il-Litwanja u l-Latvja.

(2)

Mis-26 ta' Ġunju 2014, il-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ġiet identifikata fi ħnieżer slavaġġ u ħnieżer domestiċi fil-Latvja. Aktarx li s-sors tal-introduzzjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa minn pajjiżi terzi ġirien li rrappurtaw l-okkorrenza ta' dik il-marda. Bosta tifqigħat fi ħnieżer domestiċi ġew irrappurtati qrib il-fruntiera Latvjana ma' pajjiżi terzi u każijiet fi ħnieżer slavaġġ instabu fl-istess żona, sa 30 kilometru lil hinn minn dik il-fruntiera. Barra minn hekk, diversi tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi u xi ftit każijiet fil-ħnieżer selvaġġi kienu rrappurtati fil-Latvja qrib il-fruntiera Estonjana. Sejbiet ġodda ġew irrappurtati wkoll mil-Litwanja, notevolment tifqigħa waħda f'azjenda tal-ħnieżer fil-lvant tal-pajjiż.

(3)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rrappreżentat mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Litwanja, il-Latvja u f'pajjiżi terzi ġirien. Sabiex tiffoka miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex ikun evitat it-tixrid ta' dik il-marda kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni ta' żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha tiġi emendata u titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Litwanja u l-Latvja.

(4)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE jiġi implimentat biex jinkludi ż-żoni rilevanti tal-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja.

(5)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha tiġi emendata.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta' Marzu 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 47).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għal-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

 

In-novads kollu ta' Mazsalaca.

 

In-novads kollu ta' Aloja.

 

In-novads kollu ta' Kocēni u l-pilsēta ta' Valmiera.

 

In-novads kollu ta' Priekuļi.

 

Fin-novads ta' Rauna, il-pagasts ta' Rauna.

 

In-novads kollu ta' Smiltene.

 

In-novads kollu ta' Ape.

 

Fin-novads ta' Ludza, il-pagasti ta' Cirma, Pureņi, Ņukši, Isnauda, Pilda, Nirza u Briģi.

 

In-novads kollu ta' Cibla.

 

Fin-novads ta' Rēzekne, il-pagasti ta' Stoļerova, Griškāni, Čornaja, Lūznava, Malta, Feimaņi, Silmala, Ozolaine, Ozolmuiža u Sakstagala.

 

Fin-novads ta' Viļāni, il-pagasti ta' Sokolki u Viļāni.

 

Fin-novads ta' Riebiņi il-pagasti ta' Riebiņi, Rušona, Silajāņi, Galēni u Stabulnieki.

 

In-novads kollu ta' Preiļi.

 

Fin-novads ta' Līvāni, il-pagasts ta' Sutri.

 

In-novads kollu ta' Vārkava.

 

Fin-novads ta' Daugavpils, il-pagasti ta' Dubna, Višķi, Ambeļi, Biķernieku, Naujene, Saliena, Vecsaliena, Skrudaliena, Demene, Laucesa, Tabore, Maļinova, Kalupe u Vabole.”

(b)

l-entrata segwenti għall-Estonja hija miżjuda:

“4.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

 

Fil-maakond ta' Viljandi, il-vald ta' Karksi u Abja (inkluża l-muniċipalità ta' Moisakula).

 

Fil-maakond ta' Valga, il-vald ta' Põdrala, Helme, Puka, Hummuli, Õru, Palupera, Otepää, Tõlliste, Karula, Taheva u Sangaste u l-linn ta' Valga u Tõrva.

 

Fil-maakond ta' Võru, il-vald ta' Urvaste, Antsla, Mõniste u Varstu.”

(c)

l-entrata għal-Litwanja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

 

Fl-apskritis ta' Marijampolė, il-muniċipalitajiet distrettwali ta' Kalvarija, Marijampolė, Kazlų Rūda.

 

Fl-apskritis ta' Kaunas, il-muniċipalitajiet distrettwali ta' Prienai u Birštonas.

 

Fl-apskritis ta' Vilnius il-muniċipalitajiet distrettwali ta' Trakai, Elektrėnai, il-muniċipalità tal-belt ta' Vilnius, Vilnius u Švenčionys.

 

Fl-apskritis ta' Utena il-muniċipalitajiet distrettwali ta' Molėtai, Utena, Zarasai u Visaginas.”

(2)

Fil-Parti II, l-annotazzjoni għall-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

 

In-novads kollu ta' Rūjiena.

 

Fin-novads ta' Naukšēni, il-pagasts ta' Ķoņi.

 

Fin-novads ta' Burtnieki, il-pagasti ta' Vecate, Matīši, Burtnieki, u Valmiera

 

In-novads kollu ta' Beverīna.

 

Fin-novads ta' Valka, il-pagasti ta' Vijciems u Zvārtava.”

(3)

Il-Parti III tinbidel b'li ġej:

“PARTI III

1.   L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

 

Iż-żoni kollha f'Sardinja.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

 

In-novads kollu ta' Zilupe.

 

Fin-novads ta' Ludza, il-pagasti ta' Rundēni u Istra.

 

Fin-novads ta' Rēzekne, il-pagasti ta' Puša, Mākoņkalns u Kaunata.

 

In-novads kollu ta' Dagda.

 

In-novads kollu ta' Aglona.

 

In-novads kollu ta' Krāslava.

 

Fin-novads ta' Valka il-pagasti ta' Kārķi, Ērģeme u Valka.

 

In-novads kollu ta' Strenči.

 

Fin-novads ta' Burtnieki il-pagasti ta' Ēvele u Rencēni.

 

Fin-novads ta' Naukšēni, il-pagasts ta' Naukšēni.

3.   Il-Litwanja

Din iż-żona fil-Litwanja:

 

Fl-apskritis ta' Utena, il-muniċipalità distrettwali ta' Ignalina.”