25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/56 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Lulju 2014
fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2014) 5082)
(2014/497/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE (2) fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn hawn' il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) fl-Unjoni. |
(2) |
Mill-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani wettqu investigazzjonijiet, fiż-żoni infettati u ż-żoni ta' madwarhom, dwar il-preżenza u n-natura tal-organiżmu speċifikat. Dawk l-investigazzjonijiet ipproduċew riżultati preliminari li huma suffiċjenti biex jippermettu l-adozzjoni ta' miżuri aktar preċiżi. |
(3) |
L-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani, kif ukoll l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, ikkonfermaw li l-pjanti tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., u Vinca L. huma pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat. Skont l-evidenza disponibbli, huwa probabbli li l-pjanti tal-ispeċijiet Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L jistgħu wkoll ikunu pjanti ospitanti ta' dan l-organiżmu. Għalhekk, il-miżuri għandhom japplikaw għal pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L. (minn hawn' il quddiem “pjanti speċifikati”). |
(4) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati minn pajjiżi terzi f'każijiet fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti. Għandhom jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, is-superviżjoni u l-istatus ta' siti ta' produzzjoni, kif ukoll għall-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u t-trasport tal-pjanti speċifikati, sabiex jiġi żgurat li l-pjanti li jiġu introdotti fl-Unjoni jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat. |
(5) |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom probabbiltà akbar minn pjanti oħra li jkunu ġew infettati mill-organiżmu speċifikat. Għalhekk, it-trasport tagħhom għandu jkun suġġett għal rekwiżiti speċifiċi. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu simili għar-rekwiżiti għal pjanti speċifikati introdotti minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali fir-rigward tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni mill-aktar kmieni possibbli kontra l-preżenza potenzjali tal-organiżmu speċifikat, kwalunkwe persuna konxja mill-preżenza ta' dak l-organiżmu għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Barra minn hekk, u sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni xierqa mill-partijiet interessati, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi professjonali kkonċernati dwar il-possibilità ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom u l-miżuri li għandhom jittieħdu. |
(8) |
Sabiex jeqirdu l-organiżmu speċifikat u jipprevjenu t-tixrid tiegħu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni demarkati u jieħdu l-miżuri meħtieġa. Dawk iż-żoni demarkati għandhom ikunu magħmula minn minn żona infestata u żona ta' lqugħ. Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi kkalkulata fid-dawl tar-riskju li l-organiżmu speċifikat jinxtered lejn żoni oħra. |
(9) |
Fejn jidher li ma jkunx meħtieġ it-twaqqif ta' żona demarkata biex jiġi eliminat l-organiżmu speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-possibbiltà li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih. F'dak il-każ, għandu jelimina l-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti fejn l-ewwel ġie misjub li kien preżenti, u għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati pjanti oħra. |
(10) |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-qerda tal-organiżmu speċifikat fejn ikun instab li huwa preżenti. |
(11) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE għandha titħassar. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L.; |
(b) |
“organiżmu speċifikat” tfisser il-Xylella fastidiosa (Well u Raju). |
Artikolu 2
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti
Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-introduzzjoni, kif stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness I; |
(b) |
meta jiġu introdotti fl-Unjoni dawn jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont it-Taqsima 2 tal-Anness I għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat; |
(c) |
meta jiġu spezzjonati skont it-Taqsima 2 tal-Anness I, la tinstab il-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat. |
Artikolu 3
It-trasport ta' pjanti speċifikati fl-Unjoni
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 7, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom jiġu trasportati lejn u f'żoni differenti miż-żoni infettati, fil-każ biss li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 4
Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati u fuq pjanti possibbilment ospitanti oħra.
Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. L-istħarriġ għandu jkun magħmul minn eżamijiet viżwali u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandu jitwettaq fi żminijiet xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li ssir detezzjoni tal-organiżmu speċifikat.
Dan l-istħarriġ għandu jqis l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti, il-preżenza u l-bijoloġija ta' pjanti speċifikati jew pjanti li x'aktarx ikunu pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza ta' dan l-organiżmu speċifikat.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta' dak l-istħarriġ sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena.
Artikolu 5
Informazzjoni dwar l-organiżmu speċifikat
1. Meta xi persuna ssir konxja mill-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew ikollha raġuni biex tissuspetta preżenza simili, dik il-persuna għandha tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih.
Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.
2. Meta jkun xieraq, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jitlob lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biex tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat li tkun fil-pussess ta' dik il-persuna.
Artikolu 6
Konferma tal-preżenza
1. Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew skont l-Artikolu 5, dan għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza.
2. Meta tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żona fejn qatt ma kien deher qabel, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun saret il-konferma, jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dik il-preżenza.
L-istess għandu japplika fil-każ ta' konferma uffiċjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq speċi ta' pjanta li qabel ma kinitx magħrufa bħala pjanta ospitanti. Dawk in-notifiki għandhom jiġu sottomessi bil-miktub.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi professjonali li l-pjanti speċifikati tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-organiżmu speċifikat, jiġu infurmati minnufih bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, u jsiru konxji tar-riskji u l-miżuri rispettivi li għandhom jittieħdu.
Artikolu 7
Żoni demarkati
1. Meta r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) jindikaw il-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew meta din il-preżenza tkun ikkonfermata skont l-Artikolu 6(1), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka żona mingħajr dewmien, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona demarkata”.
2. Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula minn żona fejn l-organiżmu speċifikat ikun instab li huwa preżenti, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona infettata”. Dik iż-żona għandha tkun definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III. Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula wkoll minn żona madwar iż-żona infettata, minn hawn' il quddiem imsejħa “iż-żona ta' lqugħ”. Dik iż-żona għandha tiġi definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness III.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement permezz tal-pjanti li nstab fuqhom; |
(b) |
ikun hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu diġà infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata; |
(c) |
ebda organiżmu trasmittenti rilevanti ma ġie individwat fil-viċinanza ta' dawn il-pjanti, li jipprova li ma seħħ ebda tixrid ieħor tal-organiżmu speċifikat. |
F'dak il-każ, għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati xi pjanti oħra apparti dawk li fuqhom l-organiżmu speċifikat kien instab oriġinarjament. Abbażi ta' dan l-istħarriġ, l-Istat Membru għandu jiddetermina jekk hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona demarkata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-konklużjonijiet ta' dan l-istħarriġ, kif ukoll il-ġustifikazzjoni għaliex mhux qed jistabbilixxi żona demarkata.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodi taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-paragrafu 3 u, fejn ikun rilevanti, għat-twettiq tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 8
Rappurtar dwar il-miżuri
1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, rapport dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom jieħdu skont l-Artikolu 7(3), kif ukoll il-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 7(5).
Ir-rapport għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) |
informazzjoni dwar il-lokazzjoni taż-żona demarkata, u deskrizzjoni tal-karatteristiċi tagħha li jistgħu jkunu rilevanti għall-qerda u l-prevenzjoni tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat; |
(b) |
mappa li turi d-delimitazzjoni taż-żona demarkata; |
(c) |
informazzjoni dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti tiegħu; |
(d) |
il-miżuri għall-konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3. |
Dan ir-rapport għandu jiddeskrivi l-evidenza u l-kriterji li fuqhom huma bbażati l-miżuri.
2. Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport li jinkludi verżjoni aġġornata tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 9
Revoka
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/KE titħassar.
Artikolu 10
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/87/UE tat-13 ta' Frar 2014 fir-rigward ta' miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 29).
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-INTRODUZZJONI TA' PJANTI SPEĊIFIKATI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2
TAQSIMA 1
Dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat, kif imsemmi fl-Artikolu (13)(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE
1. |
Pjanti speċifikati li joriġinaw f'pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti, jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2) jew fil-punt (3). |
2. |
Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fit-taqsima “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, id-dikjarazzjoni li l-pjanti jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'sit tal-produzzjoni li hu rreġistrat u taħt is-superviżjoni tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jinsabu f'żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji. L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandu jiġi indikat fir-rubrika “post ta' oriġini”; |
3. |
Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, dawn l-istqarrijiet:
|
4. |
Il-punti (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis kemm għal pjanti speċifikati li tkabbru kemm f'żona ħielsa minn pesti kif ukoll għal pjanti li tkabbru f'żoni li mhumiex ħielsa minn pesti. |
TAQSIMA 2
Spezzjoni
Il-pjanti speċifikati għandhom jiġu spezzjonati b'mod metikoluż minn korp uffiċjali responsabbli fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1). L-ispezzjoni għandha ssir f'forma ta' spezzjonijiet viżwali u, fil-każ ta' suspett ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat, f'forma ta' teħid ta' kampjuni u ttestjar ta' kull lott tal-pjanti speċifikati. Il-kampjuni għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti l-konferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 1 %.
(1) Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas- 7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli ta' l-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f' Parti B ta' l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li m'huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRASPORT TA' PJANTI SPEĊIFIKATI FL-UNJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
1. |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE. (1) |
2. |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk, fil-perjodu kollu li jkunu qattgħu fiż-żona demarkata, ikunu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti flimkien mal-punt (1).
|
3. |
Il-pjanti speċifikati li jiġu trasportati minn u f'żoni demarkati għandhom jiġu trasportati barra mill-istaġun ta' kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tal-organiżmu speċifikat, jew f'kontenituri jew pakketti magħluqin, biex jiġi żgurat li ma tista sseħħ ebda infezzjoni mill-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tiegħu. |
(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).
ANNESS III
STABBILIMENT TA' ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 7
TAQSIMA 1
Definizzjoni ta' żoni demarkati
1. |
Iż-żona infettata għandha tinkludi l-pjanti kollha magħrufin li huma infettati bl-organiżmu speċifikat, il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu, u l-pjanti l-oħra kollha li jistgħu jiġu infettati minn dak l-organiżmu minħabba l-viċinanza tagħhom mal-pjanti infettati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk magħruf, bi pjanti infettati, jew il-pjanti mkabbra minnhom. |
2. |
Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 2 000 m. Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ tista' titnaqqas sa mill-inqas 1 000 m jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
|
3. |
Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji solidi xjentifiċi solidi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trażmittenti tiegħu, il-livell ta' infezzjoni, il-preżenza ta' organiżmi trażmittenti, u d-distribuzzjoni ta' pjanti ospitanti possibbli fiż-żona kkonċernata. |
4. |
Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat 'il barra miż-żona infettata, id-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq. |
5. |
Meta f'żona demarkata, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) u tal-monitoraġġ imsemmi fil-punt (h) tat-Taqsima 2 ta' dan l-Anness, ma tinstab ebda preżenza tal-organiżmu speċifikat għal perjodu ta' ħames (5) snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa. |
TAQSIMA 2
Miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni demarkati
F'żona demarkata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jinqered l-organiżmu speċifikat:
(a) |
għandu, malajr kemm jista' jkun, ineħħi l-pjanti kollha infettati mill-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu u l-pjanti kollha li ġew identifikati bħala li x'aktarx jiġu infettati. Din it-tneħħija għandha titwettaq b'tali mod li ma jifdal ebda materjal mill-pjanta mneħħija, fejn jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija. |
(b) |
għandu jwettaq teħid ta' kampjuni u ttestjar tal-pjanti speċifikati, tal-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, u tal-pjanri l-oħra kollha li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat f'raġġ ta' 200 m madwar il-pjanti infettati, fejn tintuża skema ta' teħid ta' kampjuni li kapaċi tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 0,1 % |
(c) |
għandu jeqred, in situ jew f'post fil-qrib fiż-żona demarkata maħsub għal dan l-għan, il-pjanti sħaħ, partijiet ta' pjanti jew injam li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-organiżmu speċifikat. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred. |
(d) |
għandu jeqred in situ jew f'post fil-qrib, kwalunkwe materjal tal-pjanti li joriġina miż-żbir ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred permezz tal-organiżmu trasmittenti tiegħu. |
(e) |
għandu jwettaq trattamenti fitosanitarji xierqa ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti li jistgħu jospitaw l-organiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat biex jipprevjenu t-tixrid tal-organiżmu speċifikat minn dawk organiżmi trasmittenti. |
(f) |
għandu jmur lura għall-oriġini tal-infezzjoni u jittraċċa l-pjanti speċifikati assoċjati mal-każ ta' infezzjoni kkonċernata, li setgħu ġew trasportati qabel ma ġiet stabbilita ż-żona demarkata. L-awtoritajiet rilevanti taż-żona ta' destinazzjoni ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu infurmati bid-dettalji rispettivi kollha ta' dan it-trasport ta' pjanti, biex issir eżaminazzjoni tal-pjanti u jiġu applikati miżuri xierqa, fejn rilevanti. |
(g) |
għandu jipprojbixxi t-tħawwil tal-pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati f'siti li mhumiex ħielsa minn organiżmi trasmittenti. |
(h) |
għandu jwettaq monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat mill-inqas permezz ta' spezzjonijiet annwali fi żminijiet xierqa, b'attenzjoni partikolari fuq iż-żona ta' lqugħ u fuq il-pjanti speċifikati u l-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, li jkun jinkludi l-ittestjar, b'mod partikolari ta' xi pjanti sintomatiċi. L-għadd ta' kampjuni għandu jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 8. |
(i) |
għandu jwettaq attivitajiet li jżidu l-għarfien pubbliku dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu speċifikat u l-miżuri adottati biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati miż-żona demarkata, stabbiliti skont l-Artikolu 7. |
(j) |
għandu, fejn ikun meħtieġ, jieħu miżuri speċifiċi li jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li x'aktarx tista' tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li huma infettati, ikunu fejn ikunu, humiex tal-pubbliku jew tal-privat, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom. |
(k) |
għandu jieħu kwalunkwe miżura oħra li tista' tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b'kunsiderazzjoni tal-ISPM Nru 9 (1) u bl-applikazzjoni ta' approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (2). |
(1) Linji gwida għall-programmi ta' qerda tal-pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 9 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2011.
(2) L-użu ta' miżuri integrati f'approċċ sistematiku għall-kontroll tar-riskju ta' pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 14 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fit-8 ta' Jannar 2014.