24.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/491/PESK

tat-22 ta' Lulju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/189/PESK (1) li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD).

(2)

Id-Deċiżjoni 2013/189/PESK tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul l-ewwel 12-il xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament, mill-1 ta' Awwissu 2013 sal-31 ta' Lulju 2014.

(3)

Fil-25 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tat-Tmexxija stabbilit mid-Deċiżjoni 2013/189/PESK qabel li l-perijodu kopert mill-ftehim ta' finanzjament għandu jkun allinjat mal-perijodu kontabilistiku annwali, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, sabiex ikun meħtieġ sett ta' kontijiet wieħed biss mill-2016 'il quddiem.

(4)

Għalhekk għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/189/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni 2013/189/PESK hija emendata kif ġej:

huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul l-ewwel 12-il xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun ta' EUR 535 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 756 000.

L-ammonti ta' referenza finanzjarja maħsuba biex ikopru n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK tat-22 ta' April 2013 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2008/550/PESK(ĠU L 112, 24.4.2013, p. 22).