21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Lulju 2014

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2014/479/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar ir-regoli applikabbi għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari nazzjonali sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE jipprevedi li l-allowances ta' kuljum u ta' kull xahar tal-esperti nazzjonali u tal-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiġu aġġustati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta' uffiċjali tal-Unjoni fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) aġġusta r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni bi 0,8 % b'effett mill-1 ta' Lulju 2012.

(3)

Id-Deċiżjoni 2007/829/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/829/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15(1), l-ammonti EUR 31,92 u EUR 127,65 jinbidlu bl-ammonti EUR 32,18 u EUR 128,67 rispettivament.

(2)

Fl-Artikolu 15(2), it-tabella għandha tinbidel b'din li ġejja:

“Distanza bejn il-post tal-oriġini u l-post tal-issekondar (f'km)

Ammont f'EUR

0-150

0,00

> 150

82,70

> 300

147,03

> 500

238,95

> 800

385,98

> 1 300

606,55

> 2 000

726,04”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(2)  Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12).