16.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/54


DECIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Lulju 2014

li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Ungerija

(2014/462/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2013 sat-30 ta' Novembru 2016, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri.

(2)

Il-Gvern tal-Ungerija ppreżenta n-nomini ta' kandidati għal żewġ postijiet li jridu jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membru u membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Supplenti

Ungerija

Is-Sinjura Katalin KISSNÉ BENCZE

Is-Sinjura Mariann GÉHER

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 358, 7.12.2013, p. 5.