10.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Lulju 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Latvja
(notifikata bid-dokument C(2014) 4925)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/448/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jkun hemm il-kompletar tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (4) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni biex ikun ikkontrollat id-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom il-miżuri li jridu jittieħdu meta jfaqqa' d-deni Afrikan tal-ħnieżer, b'mod partikolari meta d-deni Afrikan tal-ħnieżer ikun suspettat jew konfermat fi ħnieżer slavaġ. |
(2) |
Minħabba l-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE (5). Dik id-Deċiżjoni tiddemarka u telenka żoni ristretti f'Anness differenzjata skont il-livell ta' riskju meta wieħed iqis il-qagħda epidemjoloġika. Id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar is-saħħa tal-annimali dwar il-moviment, id-dispaċċ u l-immarkar tal-ħnieżer u ċertu prodotti tal-ħnieżer minn dawk l-Istati Membri effettwati, ħalli jkun evitat li din il-marda tixtered f'żoni oħra tal-Unjoni. |
(3) |
Fis-26 ta' Ġunju 2014, fil-Latvja nstab id-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, speċifikament fil-ħalluġ, għax daħal il-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn pajjiżi terzi ġirien fejn tinsab din il-marda. Il-virus instab ukoll f'żewġ irziezet żgħar b'livell ta' bijosigurtà baxx fl-istess żona. Dawk it-tifqigħat, meħuda flimkien ma' każijiet fil-ħalluġ ħdejn il-fruntiera esterna tal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju rappreżentata mill-qagħda epidemjoloġika attwali. Sabiex tiffoka l-miżuri ta' kontroll u tipprevjeni t-tixrid tal-mard kif ukoll biex tipprevjeni kwalunkwe tfixkil mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tevita ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni ta' żoni infettati fil-Latvja għandha tiġi stabbilita b'mod urġenti abbażi tar-riskju li l-marda tfisser għall-Unjoni u f'ħidma mal-Istat Membru inkwistjoni. |
(4) |
Għaldaqstant, huwa meħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE tiġi emendata biex it-territorji rilevanti tal-Latvja jiddaħħlu f'Parti I u Parti II tal-Anness tagħha. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u li temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta' Marzu 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 47).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, jiżdied il-punt li ġej: “3. Latvja Dawn iż-żoni tal-Latvja:
|
(2) |
Fil-Parti II, jiżdied il-punt li ġej: “3. Latvja Dawn iż-żoni tal-Latvja:
|