4.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-inklużjoni fl-Anness XVIII tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rispettivi protetti fit-territorju tal-Partijiet

(2014/429/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-22 ta' Marzu 2011 u ffirmat fid-29 ta' Ġunju 2012.

(2)

Il-Ftehim, taħt l-Artikolu 353(4) tiegħu, ilu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(3)

Skont l-Artikolu 353(5) tal-Ftehim, kull Parti ssodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 244 u fl-Artikolu 245(1)(a) u (b), marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u r-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rilevanti kif elenkati fl-Anness XVII tal-Ftehim.

(4)

L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistabbilixxi Kunsill ta' Assoċjazzjoni li għandu, inter alia, jissorvelja t-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu.

(5)

L-Artikolu 245(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fl-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jadotta Deċiżjoni li tinkludi fl-Anness XVIII (“Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti”) l-ismijiet kollha mill-Anness XVII (“Lista ta' Ismijiet li għalihom għandha titressaq Applikazzjoni għall-Protezzjoni bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fit-Territorju tal-Partijiet”) li huma protetti bħala indikazzjonijiet ġeografiċi wara li jkunu ġew eżaminati b'suċċess mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kompetenti tal-Partijiet (id-“Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni”).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tikkonċerna wkoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali mill-Amerika Ċentrali, elenkati fid-Dikjarazzjoni Konġunta, mehmuża mal-Ftehim, “Ismijiet li ġew applikati għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi f'Repubblika ta' Parti tal-Amerika Ċentrali”, sakemm dawn ikunu ġew irreġistrati b'suċċess bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fil-Parti tal-oriġini u sussegwentement ġew eżaminati b'suċċess mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni.

(7)

L-oġġezzjonijiet imqajma kontra r-reġistrazzjoni tal-“Banano de Costa Rica” fl-Unjoni huma miċħuda billi dawn jew ma jikkonformawx mal-kriterji speċifikati fil-konsultazzjoni pubblika jew, fejn eliġibbli, mhumiex issostanzjati. L-ebda oġġezzjoni oħra ma saret f'din il-konsultazzjoni pubblika.

(8)

Jinħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiddaħħlu fl-Anness XVIII tal-Ftehim.

(9)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz, li jinsab mehmuż, ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 4 tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII, il-Parti A u l-Parti B tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Jista' jintlaħaq qbil dwar korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI

ta' […]

dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 245(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 353(4) tiegħu, il-Ftehim ilu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(2)

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Ċentrali, li ġew elenkati fl-Anness XVII tal-Ftehim, jew taħt id-Dikjarazzjoni Konġunta “Ismijiet li ġew applikati għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi f'Repubblika ta' Parti tal-Amerika Ċentrali”, u li minn dakinhar 'l hawn ġew eżaminati b'suċċess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, għandhom ikunu elenkati fl-Anness XVIII, skont it-Titolu VI u t-Titolu XIII tal-Parti IV tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Emenda tal-Anness XVIII

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu inklużi fl-Anness XVIII, il-Parti A u l-Parti B tal-Ftehim, kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi …, nhar ….

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE — Amerika Ċentrali,

[…]

Għall-Kosta Rika

[…]

Għal El Salvador

[…]

Għall-Gwatemala

[…]

Għall-Ħonduras

[…]

Għan-Nikaragwa

[…]

Għall-Panama

[…]

Għall-Unjoni Ewropea

ANNESS

TAD-DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI

ANNESS XVIII

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

PARTI A

L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Parti tal-UE protetti fir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim

STAT MEMBRU

ISEM

DESKRIZZJONI JEW KLASSI TAL-PRODOTT

IL-ĠERMANJA

Bayerisches Bier

Birer

IL-ĠERMANJA

Münchener Bier

Birer

IL-ĠERMANJA

Nürnberger Bratwürste/Nürnberger Rostbratwürste

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-IRLANDA

Irish Cream

Spirti

L-IRLANDA

Irish whiskey/Uisce Beatha/Eireannach/Irish whisky

Spirti

IL-GREĊJA

Ούζο (Ouzo) (1)

Spirti

IL-GREĊJA

Σάμος (Samos)

Inbejjed

SPANJA

Bierzo

Inbejjed

SPANJA

Brandy de Jerez

Spirti

SPANJA

Campo de Borja

Inbejjed

SPANJA

Cariñena

Inbejjed

SPANJA

Castilla

Inbejjed

SPANJA

Cataluña

Inbejjed

SPANJA

Cava

Inbejjed

SPANJA

Empordá (Ampurdán)

Inbejjed

SPANJA

Idiazábal

Ġobnijiet

SPANJA

Jamón de Teruel

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

SPANJA

Jerez — Xérès- Sherry

Inbejjed

SPANJA

Jijona

Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

SPANJA

Jumilla

Inbejjed

SPANJA

La Mancha

Inbejjed

SPANJA

Los Pedroches

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

SPANJA

Málaga

Inbejjed

SPANJA

Manzanilla — Sanlúcar de Barrameda

Inbejjed

SPANJA

Navarra

Inbejjed

SPANJA

Penedés

Inbejjed

SPANJA

Priorat

Inbejjed

SPANJA

Queso Manchego (2)

Ġobnijiet

SPANJA

Rías Baixas

Inbejjed

SPANJA

Ribera del Duero

Inbejjed

SPANJA

Rioja

Inbejjed

SPANJA

Rueda

Inbejjed

SPANJA

Somontano

Inbejjed

SPANJA

Toro

Inbejjed

SPANJA

Turrón de Alicante

Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnara

SPANJA

Utiel-Requena

Inbejjed

SPANJA

Valdepeñas

Inbejjed

SPANJA

Valenzja

Inbejjed

FRANZA

Alsace

Inbejjed

FRANZA

Anjou

Inbejjed

FRANZA

Armagnac

Spirti

FRANZA

Beaujolais

Inbejjed

FRANZA

Bordeaux

Inbejjed

FRANZA

Bourgogne

Inbejjed

FRANZA

Brie de Meaux (3)

Ġobnijiet

FRANZA

Cadillac

Inbejjed

FRANZA

Calvados

Spirti

FRANZA

Camembert de Normandie (4)

Ġobnijiet

FRANZA

Canard à foie gras du Sud-Ouest

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

FRANZA

Chablis

Inbejjed

FRANZA

Champagne

Inbejjed

FRANZA

Châteauneuf-du-Pape

Inbejjed

FRANZA

Cognac

Spirti

FRANZA

Comté

Ġobnijiet

FRANZA

Côtes de Provence

Inbejjed

FRANZA

Côtes du Rhône

Inbejjed

FRANZA

Côtes du Roussillon

Inbejjed

FRANZA

Emmental de Savoie (5)

Ġobnijiet

FRANZA

Graves (Graves de Vayres)

Inbejjed

FRANZA

Haut-Médoc

Inbejjed

FRANZA

Huile essentielle de lavande de Haute-Provence

Żjut essenzjali — Lavanda

FRANZA

Jambon de Bayonne

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

FRANZA

Languedoc (Coteaux du Languedoc)

Inbejjed

FRANZA

Margaux

Inbejjed

FRANZA

Médoc

Inbejjed

FRANZA

Pommard

Inbejjed

FRANZA

Pruneaux d'Agen

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati — Għanbaqar imsajrin imnixxfin

FRANZA

Reblochon

Ġobnijiet

FRANZA

Rhum de la Martinique

Spirti

FRANZA

Romanée Saint-Vivant

Inbejjed

FRANZA

Roquefort

Ġobnijiet

FRANZA

Saint-Emilion

Inbejjed

FRANZA

Saint-Julien

Inbejjed

FRANZA

Sauternes

Inbejjed

FRANZA

Val de Loire

Inbejjed

L-ITALJA

Asti

Inbejjed

L-ITALJA

Barbaresco

Inbejjed

L-ITALJA

Barbera d'Alba

Inbejjed

L-ITALJA

Barbera d'Asti

Inbejjed

L-ITALJA

Barolo

Inbejjed

L-ITALJA

Brachetto d'Acqui

Inbejjed

L-ITALJA

Conegliano Valdobbiadene — Prosecco

Inbejjed

L-ITALJA

Dolcetto d'Alba

Inbejjed

L-ITALJA

Fontina (6)

Ġobnijiet

L-ITALJA

Franciacorta

Inbejjed

L-ITALJA

Gorgonzola (7)

Ġobnijiet

L-ITALJA

Grana Padano (8)

Ġobnijiet

L-ITALJA

Grappa

Spirti

L-ITALJA

Mortadella Bologna

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Parmigiano Reggiano (9)

Ġobnijiet

L-ITALJA

Prosciutto di Parma (10)

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto di S. Daniele

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto Toscano

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Provolone Valpadana (11)

Ġobnijiet

L-ITALJA

Soave

Inbejjed

L-ITALJA

Taleggio

Ġobnijiet

L-ITALJA

Toscano

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.), żejt taż-żebbuġa

L-ITALJA

Toscano/Toscana

Inbejjed

L-ITALJA

Vino Nobile di Montepulciano

Inbejjed

ĊIPRU

Ζιβανία (Zivania)

Spirti

ĊIPRU

Κουμανταρία (Commandaria)

Inbejjed

ĊIPRU

Ούζο (Ouzo) (12)

Spirti

L-UNGERIJA

Pálinka

Spirti

L-UNGERIJA

Szegedi téliszalámi/Szegedi szalámi

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-UNGERIJA

Tokaj

Inbejjed

L-UNGERIJA

Törkölypálinka

Spirti

L-AWSTRIJA

Inländerrum

Spirti

L-AWSTRIJA

Jägertee/Jagertee/Jagatee

Spirti

IL-POLONJA

Polska Wódka/Polish Vodka

Spirti

IL-POLONJA

Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej/Herbal vodka from the North Podlasie Lowland

Spirti

IL-PORTUGALL

Douro

Inbejjed

IL-PORTUGALL

Porto, Port jew Oporto

Inbejjed

IS-SLOVAKKJA

Vinohradnícka oblasť Tokaj

Inbejjed

L-ISVEZJA

Svensk Vodka/Swedish Vodka

Spirti

IR-RENJU UNIT

Scotch Whisky

Spirti

PARTI B

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali protetti fil-Parti tal-UE b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim

PAJJIŻ

ISEM

PRODOTTI

IL-KOSTA RIKA

Café de Costa Rica

Kafè

IL-KOSTA RIKA

Banano de Costa Rica

Frott

EL SALVADOR

Café Apaneca-Ilamapetec

Kafè

[EL SALVADOR]

[Bálsamo de El Salvador]

[Estratti tal-pjanti]

IL-GWATEMALA

Café Antigua

Kafè

IL-GWATEMALA

Ron de Guatemala

Spirti

IL-ĦONDURAS

Cafés del Occidente Hondureño/Honduras Western Coffee

Kafè

IL-ĦONDURAS

Café de Marcala

Kafè

IL-PANAMA

Seco de Panamà

Spirti


(1)  Prodott tal-Greċja jew ta' Ċipru.

(2)  Irreġistrati fil-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika u El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(3)  Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(4)  Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(5)  Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(6)  Irreġistrati f'El Salvador, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(7)  Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(8)  Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(9)  Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(10)  Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(11)  Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.

(12)  Prodott tal-Greċja jew Ċipru.