28.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2014

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/411/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Billi konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Bérengère DUPUIS, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Alessandro GRUMELLI, Conseiller au service d'études de la Confédération des syndicats chrétiens huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.