26.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, dwar ir-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont it-Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u l-medjaturi, dwar il-Lista ta' Membri tal-Bord u dwar il-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

(2014/394/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim ta' Assoċjazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha mal-Amerika Ċentrali. Id-direttivi ta' negozjati ġew emendati fl-10 ta' Marzu 2010 biex jinkludu l-Panama fil-proċess ta' nnegozjar.

(2)

In-negozjati ġew konklużi fis-Summit tal-UE — Amerika Latina u l-Karibew f'Madrid f'Mejju 2010.

(3)

Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-22 ta' Marzu 2011, u ġie ffirmat fid-29 ta' Ġunju 2012.

(4)

Skont l-Artikolu 353(4) tal-Ftehim, il-Ftehim ġie applikat provviżorjament mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(5)

L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistabbilixxi Kunsill ta' Assoċjazzjoni, li għandu jissorvelja t-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim u jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f'dan il-Ftehim sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(7)

L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu stess.

(8)

L-Artikolu 7(3) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

(9)

L-Artikolu 8(6) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tas-Sottokumitati.

(10)

L-Artikolu 297(2) jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-liġi ambjentali, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali u lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehim internazzjonali.

(11)

L-Artikolu 325(1) jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi lista ta' sitta u tletin individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-Bord fis-sens tat-Titolu X tal-Ftehim dwar is-Soluzzjoni ta' Tilwim.

(12)

L-Artikolu 328(1) jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta regoli ta' proċedura kif ukoll kodiċi ta' kondotta, li jirregola s-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X tal-Ftehim.

(13)

L-Unjoni għandha tiddeċiedi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ir-Regoli tal-Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X tal-Ftehim u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u medjaturi, il-lista ta' membri tal-bord kif ukoll il-lista ta' esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ir-Regoli tal-Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont it-Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u l-medjaturi, il-Lista ta' Membri tal-Bord kif ukoll il-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Korrezzjonijiet tekniċi minuri fl-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI

ta' … 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 4, 5(2), 7(3) u 8(6), tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 353(4), il-Parti IV tal-Ftehim dwar kwistjonijiet kummerċjali ilha applikata mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(2)

Sabiex isir kontribut lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandu jiġi stabbilit il-qafas istituzzjonali tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(3)

Minbarra kif speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim, hu għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim u biex jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u Sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u s-Sottokumitati tiegħu, kif stabbiliti fl-Appendiċi A u B rispettivament, huma b'dan adottati.

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha,

Magħmul fi…, 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Għar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali

Għall-Parti tal-UE

ANNESS A

Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li huwa stabbilit skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl- Artikolu 4(2) tal-Ftehim u jieħu responsabbiltà għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Ftehim, kif ukoll kwalunkwe kwistjoni bilaterali, multilaterali jew internazzjonali oħra ta' interess komuni.

2.   Kif previst fl-Artikoli 5 u 345 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u minn rappreżentanti ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, f'livell ministerjali kif xieraq u għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati fi kwalunkwe sessjoni. Fejn adatt u maqbul miż-żewġ partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern.

3.   Skont l-Artikolu 345 tal-Ftehim, meta l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jwettaq esklussivament jew prinċipalment il-kompiti konferiti lilu f'Parti IV tal-Ftehim, għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u l-Ministri ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali b'responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.

4.   Kif previst fl-Artikolu 352(3) tal-Ftehim, ir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom jaġixxu kollettivament fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas istituzzjonali tal-Ftehim; l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jeħtieġu l-kunsens tagħhom.

5.   Referenza għall-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 352 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun ippresjedut b'mod alternat għal perjodi ta' 12-il-xahar mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u rappreżentant fil-livell ministerjali tal-Parti tal-Amerika Ċentrali. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' regolarment fuq perjodu ta' mhux aktar minn sentejn. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzoni għandha tinżamm fejn xieraq u f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

4.   F'każi eċċezzjonali, u jekk jaqblu hekk iż-żewġ Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b'dan il-mod, hu/hi għandu/ha j/tinnotifika lill-President bil-miktub, rigward l-isem tar-rappreżentant tiegħu/tagħha qabel il-laqgħa li fiha se j/tiġi rrappreżentat/a b'dan il-mod.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċità d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati mill-uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President se jkun informat, permezz tas-Segretarjat, mill-formazzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden persuni li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju jew tal-Parti tal-UE jew tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-President u, fejn xieraq, imqassma lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Is-Segretarjat għandu jibgħat il-korrispondenza lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-ambaxxati tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali stabbiliti fi Brussell, il-Belġju, b'kopja, kif applikabbli, lill-ministeri responsabbli għall-affarijiet barranin jew il-ministeri responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.

4.   Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu lid-destinatarji tas-Segretarjat u ċċirkulati, fejn meħtieġ, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fl-indirizz indikat fil-paragrafu 3.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tissottometti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni l-informazzjoni ddikjarata kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 336(2) tal-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Madankollu dawn il-punti m'għandhomx jinkitbu fl-aġenda provviżorja jekk ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn għal dawk il-punti lis-Segretarji qabel id-data ta' dispaċċ tal-aġenda.

2.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

3.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kwalunkwe konklużjoni, fost oħrajn.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Għandhom jiġu approvati fi żmien 45 jum kalendarju wara kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Wara l-approvazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ Segretarji. Kopja ċċertifikata għandha tiġi mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, li għandhom jiġu ffirmati mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dan l-għan, it-test tal-proposta għandu jitqassam bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu ffirmati b'mod indipendenti u suċċessivament mir-rappreżentanti tal-Parti tal-UE u kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-Ftehim. Is-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jagħti numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u għandha tiġi ffirmata mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati miż-żewġ Segretarji.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-regoli ta' Proċedura.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi li tordna l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ispanjol u lingwa oħra mil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim miftiehma mill-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ispanjol u l-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fil-qadi ta' dmirijietu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE, minn naħa, u rappreżentanti tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fuq il-livell iddeterminat b'dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni (1), jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u, b'mod ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim. Għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-andament tat-twettiq ta' kuljum tal-Ftehim. Huwa għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 7(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet f'ismu.

3.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni tista' ssir fi ħdan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn speċifikat mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11.


(1)  Rigward Parti IV tal-Ftehim, din il-funzjoni għandha tiġi osservata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Koordinaturi maħtura skont l-Artikolu 347 tal-Ftehim.

ANNESS B

Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat u Sottokumitati ta' Assoċjazzjoni

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu kif provdut fil-Ftehim u jassumi r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Ftehim.

2.   Kif previst fl-Artikoli 7(1) u 346 tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u minn rappreżentanti ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, f'livell uffiċjali għoli, li jkollu kompetenza fi kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati fi kwalunkwe sessjoni.

3.   Skont l-Artikolu 346 tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jwettaq il-kompiti konferiti lilu f'Parti IV tal-Ftehim, għandu jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali li jkollhom responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Parti li tippresiedi l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha taġixxi bħala president.

4.   Kif previst fl-Artikolu 352(3) tal-Ftehim, ir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom jaġixxu kollettivament fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas istituzzjonali tal-Ftehim; l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jeħtieġu l-kunsens tagħhom.

5.   Referenza għall-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 352 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Parti tal-UE u l-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom iżommu l-Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. Il-President għandu jkun Membru tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat tal-Assoċjazzjoni għandha titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru miż-żewġ Partijiet. Is-sejħa għal-laqgħa għandha tinħareġ lis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni lill-Membri mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tas-seduta sakemm ma jiftehmux mod ieħor il-Partijiet.

3.   Kull meta huwa possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

4.   F'każi eċċezzjonali, u jekk jaqblu hekk iż-żewġ Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi li jkun hemm qbil dwarhom.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra l-lista tar-rappreżentanti tagħha fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni (“il-Membri”) għad-diversi kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati. Il-lista se tiġi amministrata mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Membru li jixtieq jiġi rrappreżentat minn rappreżentant alternattiv għal laqgħa partikolari għandu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet l-oħra tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bl-isem tar-rappreżentant supplenti tiegħu jew tagħha qabel issir dik il-laqgħa. Ir-rappreżentant sostitut ta' Membru għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-Membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

Il-Membri tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali oħra. Qabel kull laqgħa, il-Partijiet se jkunu informati, permezz tas-Segretarjat, mill-formazzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jattendu kull laqgħa.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tal-Parti tal-UE u uffiċjal ta' Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li għandhom jalternaw skont il-linji gwida stabbiliti għal dak l-għan mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' xi waħda mill-Parti tal-UE jew tar-Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tingħata lill-President tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat u fejn xieraq tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 8

Dokumenti

1.   Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn bil-miktub, it-tali dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat tal-Membri.

2.   Kull Segretarju għandu jkun responsabbli għaċ-ċirkulazzjoni tad-dokumenti lill-Membri adatti fin-naħa tiegħu jew tagħha fil-Kumitat tal-Assoċjazzjoni u sistematikament għall-ikkupjar lis-Segretarju l-ieħor.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tissottometti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, lis-Sottokumitati, lill-Gruppi ta' Ħidma jew kwalunkwe korpi oħra, l-informazzjoni ddikjarata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 336(2) tal-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 10

Aġendi għal-Laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u l-Membri tiegħu mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa bħala dokumenti msemmija fl- Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li s-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, flimkien mad-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti oħra li ma jkunux fuq l-aġenda provviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-sessjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bi ftehim mal-Partijiet, jista' jistieden osservaturi jew esperti fuq bażi ad-hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu l-informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.   Il-President tas-sessjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jittieħed kont tar-rekwiżiti ta' xi każ partikolari.

Artikolu 11

Minuti

1.   Iż-żewġ Segretarji għandhom jiktbu b'mod konġunt abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa, normalment fi żmien 21 jum kalendarju minn mindu tispiċċa l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li Membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu; u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u d-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kwalunkwe konklużjonijiet fuq punti speċifiċi, fost oħrajn.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-Membri jew tar-rappreżentanti sostitut tagħhom li jkunu ħadu sehem fil-laqgħa, lista tal-Membri tad-delegazzjonijiet li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa.

4.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub mill-Partijiet kollha fi żmien 28 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa. Wara l-approvazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Kopja ċċertifikata għandha tiġi mgħoddija lil kull wieħed mill-Partijiet.

5.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta pjan ta' azzjoni li jirrifletti l-azzjonijiet miftiehma matul il-laqgħa u l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi riveduta fil-laqgħa segwenti.

Artikolu 12

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa kienet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, li għandhom jiġu ffirmati mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE fil-laqgħat tiegħu.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dan l-għan, it-test tal-proposta għandu jitqassam bil-miktub mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni lill-Membri tiegħu skont l-Artikolu 8, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-Membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu ffirmati b'mod indipendenti u suċċessivament mir-rappreżentanti tal-Parti tal-UE u kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħti numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u għandha tiġi ffirmata mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

Artikolu 13

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u Sottokumitati tiegħu, il-Gruppi ta' Ħidma u korpi oħra f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 14

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ispanjol u lingwa oħra mil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim miftiehma mill-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ispanjol u l-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 16

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

Artikolu 17

Sottokumitati u Gruppi ta' Ħidma speċjalizzati

1.   Skont l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf Sotto-kumitati jew Gruppi ta' Ħidma speċjalizzati minbarra dawk li hemm ipprovduti fil-Ftehim sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm tali Sottokumitat jew Grupp ta' Ħidma, jew li jiddefinixxi jew jemenda t-termini ta' referenza tagħhom. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, dawn is-sottokumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandhom jirrappurtaw wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, ir-regoli preżenti ta' proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe Sottokumitat jew Grupp ta' Ħidma speċjalizzati, bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

kull Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Partijiet l-oħra l-lista tal-parteċipanti tagħha f'dawn il-korpi u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jamministra dawn il-listi.

(b)

il-korrispondenza rilevanti kollha, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet bejn il-punti ta' kuntatt għandhom jintbagħtu wkoll lis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fl-istess ħin.

(c)

sakemm mhux provdut mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet, is-Sottokumitati jew il-Gruppi ta' Ħidma għandhom biss ikollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI NRU 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI

ta' … 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u l-medjaturi

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1), 319, 325 u 328, tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 328(1), matul l-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta regoli ta' proċedura kif ukoll kodiċi ta' kondotta, li jirregolaw is-soluzzjoni ta' tilwim skont Titolu X tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Ir-Regoli tal-Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X tal-Ftehim u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u l-medjaturi, kif stabbilit fl-Annessi A u B rispettivament, huma b'dan adottati.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, ….

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Għar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali

Għall-Parti tal-UE

ANNESS A

Regoli ta' Proċedura li jirregolaw il-proċeduri ta' soluzzjoni ta' tilwim skont Titolu X tal-Ftehim

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Kull referenza magħmula f'dawn ir-Regoli għal Artikolu jew Titolu hija referenza għal jew l-Artikolu adattat fil-Ftehim, jew it-Titolu X dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Ftehim fl-intier tiegħu.

2.

Għall-finijiet tat-Titolu u skont dawn ir-Regoli, it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu bħala:

(a)

“kunsillier”: persuna miżmuma jew maħtura minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti b'konnessjoni mal-proċedimenti tal-Bord;

(b)

“Ftehim”: il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra;

(c)

“assistent”: persuna li, taħt it-termini ta' ħatra ta' membru tal-bord, jew il-bord, iwettaq riċerka jew jipprovdi għajnuna lill-membru tal-bord jew lill-bord, għall-fini ta' tilwim;

(d)

“Parti kwerelant”: Parti li titlob it-twaqqif ta' Bord taħt l-Artikolu 311, li jista' jkun kompost minn Repubblika waħda jew aktar tal-Parti tal-Amerika Ċentrali;

(e)

“jum”: jum kalendarju;

(f)

“il-Partijiet litiganti”: il-Parti li qed tqajjem it-tilwima u l-Parti li t-tilwima tkun tressqet kontriha;

(g)

“il-Parti litiganti”: il-Parti li qed tqajjem it-tilwima jew il-Parti li t-tilwima tkun tressqet kontriha;

(h)

“btala legali”: is-Sibtijiet u l-Ħdud, kif ukoll kull jum ieħor uffiċjalment stabbilit minn Parti bħala vaganza legali (1);

(i)

“Bord”: Bord stabbilit taħt l-Artikolu 132;

(j)

“membru ta' bord”: membru ta' Bord stabbilit taħt l-Artikolu 312;

(k)

“Parti konvenuta”: kull Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 309, li tista' tkun magħmula minn Repubblika waħda jew aktar tal-Parti tal-Amerika Ċentrali;

(l)

“rappreżentant ta' Parti”: impjegat jew kull persuna maħtura minn dipartiment tal-gvern jew aġenzija jew kull entità pubblika oħra ta' Parti.

3.

Il-Parti konvenuta għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, b'mod partikolari l-organizzazzjoni tas-smigħ tal-każ, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Madankollu, il-partijiet litiganti għandhom jaqsmu l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi l-ispejjeż tal-membri tal-bord kif ukoll traduzzjoni relatata.

SOTTOMISSJONI TA' DOKUMENTI, NOTIFIKI U KOMUNIKAZZJONIJIET OĦRA

4.

Il-Partijiet litiganti u l-Bord għandhom jibagħtu kull talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew kull dokument ieħor b'kunsinna b'irċevuta, posta reġistrata, courier, faks, telex, telegramma, e-Mail, links tal-Internet jew kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li dawn ikunu ntbagħtu. Fir-rigward tal-Parti li tippreżenta d-dokument, id-data tal-konsenja għandha tkun id-data indikata fir-reġistru tad-dispaċċ. Fir-rigward tal-Parti li tirċievi d-dokument, id-data tal-konsenja għandha tkun id-data indikata fir-reġistru tal-wasla tad-dokument. Il-ħin li jgħaddi bejn id-data ta' twassil tad-dokument u l-wasla effettiva tiegħu m'għandhiex titqies fil-kalkolu ta' perjodi ta' żmien proċedurali. (2)

5.

Parti litiganti għandha tipprovdi simultanjament kopja ta' kull sottomissjoni bil-miktub lill-Parti litiganti l-oħra fl-uffiċċju indikat fir-Regola 67 u lil kull wieħed mill-membri tal-Bord. Għandha tiġi pprovduta wkoll kopja tad-dokument f'format elettroniku. Bl-istess mod, il-Partijiet litiganti u l-Bord fejn indikat fit-Titolu għandhom jipprovdu kopja tas-sottomissjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

6.

In-notifiki kollha magħmula mill-Bord għandhom ikunu indirizzati lejn l-uffiċċji rilevanti tal-Partijiet fil-proċedura.

7.

Żbalji żgħar ta' natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċeduri tal-Bord jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta' dokument ġdid li jindika l-bidliet b'mod ċar.

8.

Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta' dokument jaħbat jum ta' vaganza tal-Qrati ta' Parti sehem fil-proċedura, jew jekk l-uffiċċju rilevanti huwa magħluq f'dak il-jum minħabba force majeure, id-dokument jista' jkun ikkunsinnat fil-jum tan-negozju li jkun imiss għal dik il-Parti.

BIDU TA' PROĊEDURA TAL-BORD

9.

Ladarba membru tal-Bord jiġi maħtur skont l-Artikolu 312, il-membru maħtur għandu jkollu 10 ijiem biex jaċċetta din il-ħatra. L-aċċettazzjoni tal-membru għandu jkollha magħha Dikjarazzjoni Inizjali stabbilita fil-Kodiċi ta' Kondotta.

10.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, individwi li aġixxew fil-kapaċità ta' medjatur jew kwalunkwe funzjoni oħra ta' soluzzjoni ta' tilwim ma jistgħux iservu bħala membri tal-bord f'tilwim sussegwenti dwar l-istess suġġett.

11.

Sakemm il-Partijiet litiganti jaqblu mod ieħor, dawn għandhom jikkomunikaw ma' jew jiltaqgħu mal-Bord fi żmien 7 ijiem mill-istabbiliment tiegħu skont l-Artikolu 312(6) sabiex ikunu determinati tali materji li l-Partijiet litiganti jew il-Bord iqisu xierqa, li jinkludu iżda mhux limitati għal rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-membri tal-Bord u individwi oħra kif stabbilit skont ir-Regoli 63, 64 u 65.

SOTTOMISSJONIJIET INIZJALI

12.

Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tagħti s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara t-twaqqif tal-Bord. Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-mitkub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tat-twassil tas-sottomissjoni bil-miktub inizjali.

ĦIDMA TAL-BORDIJIET

13.

Il-Bord għandu jistabbilixxi skeda ta' ħidma tiegħu li tippermetti l-Partijiet litiganti żmien adegwat li jikkonformaw mal-passi kollha tal-proċedimenti. L-iskeda ta' ħidma għandha tistabbilixxi dati preċiżi u perjodi ta' żmien għas-sottomissjoni tal-komunikazzjonijiet rilevanti kollha, is-sottomissjonijiet u dokumenti oħra kif ukoll għal kwalunkwe seduti tal-Bord. Il-Bord jista' jimmodifika, soġġett għar-Regola 19, l-iskeda ta' xogħol b'inizjattiva tiegħu stess jew wara konsultazzjoni mal-Partijiet, u fi kwalunkwe każ għandu minnufih jinnotifika lill-partijiet litiganti b'kull modifika fl-iskeda ta' ħidma.

14.

Il-president tal-Bord għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Bord jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

15.

Il-Bord jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkuż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks, posta rreġistrata, kurjer, telex, telegramma, e-Mail, vidjokonferenza jew links tal-Internet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Parti IV tal-Ftehim jew x'imkien ieħor. Meta jiddeċiedi liema mezzi juża, il-Bord għandu jiżgura li l-mezzi ma jnaqqsux id-dritt ta' Parti milli tipparteċipa bis-sħiħ u b'mod effettiv fil-proċeduri.

16.

Membri tal-bord biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord. Madankollu, il-Bord jista' jippermetti lill-assistenti tiegħu, interpreti jew tradutturi biex ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

17.

L-adozzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni proċedurali, inkluż id-deċiżjoni tal-Bord dwar is-suġġett, għandha tibqa' r-responsabbiltà esklużiva tal-Bord u ma tistax tiġi delegata.

18.

Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu jew f'dawn ir-Regoli, Bord jista' jadotta għal dik it-tilwima partikolari kwalunkwe proċedura xierqa kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet

19.

Meta l-Bord iqis li hemm il-ħtieġa li jimmodifika xi limitu taż-żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet litiganti bir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u bil-perjodu jew aġġustament meħtieġ. Il-perjodi ta' żmien tal-Artikolu 317(3) m'għandhomx jiġu modifikati, sakemm ma jkunux japplikaw ċirkostanzi straordinarji.

SOSTITUZZJONI

20.

Jekk membru ta' bord ma jkunx jista' jipparteċipa fil-proċediment, jirtira ruħu jew ikollu jinbidel, għandu jintgħażel sostitut b'konformità mal-Artikolu 312.

21.

Fejn waħda mill-partijiet litiganti jidhrilha li membru tal-bord qiegħed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta jew ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl- Artikolu 325, u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit, din il-Parti tista' titlob it-tneħħija tal-membru tal-bord billi tinnotifika lill-parti litiganti l-oħra bil-miktub fi żmien 10 ijiem minn meta tkun saret taf biċ-ċirkustanzi li bihom ikun qed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta l-membru tal-bord.

22.

Fejn Parti litiganti tqis li membru apparti l-president qed jikser il-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet litiganti għandhom, fi żmien 10 ijiem, jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-membru tal-bord u jagħżlu sostitut skont l-Artikolu 312.

Jekk il-Partijiet litiganti jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel membru tal-bord, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-Bord, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

Jekk il-president jikkonkludi li membru tal-bord ikun qed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta, għandu jintgħażel sostitut. L-għażla tas-sostitut għandha titwettaq b'mod konformi mal-paragrafu rilevanti tal-Artikolu 312, li abbażi tiegħu membru tal-bord li se jiġi sostitwit kien inizjalment magħżul. Għażla assenti ta' sostituzzjoni b'mod konformi mal-paragrafu rilevanti tal- Artikolu 312 fi żmien 10 ijiem mill-komunikazzjoni tal-president lill-partijiet rigward ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta minn membru tal-bord, il-President għandu jagħżel membru ġdid. Din l-għażla għandha ssir fi żmien 5 ijiem u għandha tkun ikkomunikata mill-ewwel lill-Partijiet litiganti.

23.

Fejn Parti litiganti tqis li l-president tal-Bord qed jikser il-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet litiganti għandhom, fi żmien 10 ijiem, jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-president u jagħżlu sostitut skont l-Artikolu 312.

Jekk il-Partijiet litiganti jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti litiganti tista' titlob li tali kwistjoni tkun irriferuta lil wieħed mill-individwi magħżula sabiex jaġixxu bħala presidenti taħt l-Artikolu 325(1) tat-Titolu. Ismu jew isimha għandu jittella' bix-xorti, mhux aktar tard minn 5 ijiem mid-data tat-talba, fil-preżenza tal-partijiet jekk jagħżlu hekk, mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun waħda finali.

Jekk din il-persuna tikkonkludi li l-president oriġinali kiser il-Kodiċi tal-Kondotta, hija għandha tagħżel president ġdid bix-xorti minn fost dawk li jkun għad fadal fost il-ġabra ta' individwi msemmija fl-Artikolu 325(1) ta' dan it-Titolu. Din l-għażla għandha ssir fil-preżenza tal-Partijiet litiganti jekk jagħżlu hekk u għandha ssir fi żmien 5 ijiem mid-data tal-lott imsemmija fil-paragrafu ta' qabel.

24.

Kwalunkwe membru maħsub li jinsab fi ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta jista' wkoll jirriżenja, mingħajr ma din ir-riżenja timplika l-aċċettazzjoni tal-validità tar-raġunijiet li ffurmaw il-bażi ta' talba ta' sostituzzjoni.

25.

Mal-ħatra ta' sostituzzjoni, il-bord għandu jiddeċiedi b'diskrezzjoni kompletament tiegħu, jekk is-seduti kollha jew parti minnhom għandhomx jiġu ripetuti.

26.

Il-proċedimenti tal-Bord għandhom jiġu sospiżi matul il-perjodu ta' żmien li jittieħed sabiex jitwettqu l-proċeduri previsti fir-Regoli 20, 21, 22, 23 u 24.

SEDUTI

27.

Il-president għandu jistabbilixxi data, post u ħin tas-seduta f'konsultazzjoni (3) mal-Partijiet litiganti u l-membri l-oħra tal-Bord, u għandu jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet litiganti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament ukoll mill-Parti litiganti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti meta s-seduta tkun miftuħa għall-pubbliku. Sakemm ma jkunx hemm Parti litiganti li ma taqbilx, il-Bord jista' jiddeċiedi li ma jlaqqax is-seduta.

28.

Sakemm il-Partijiet litiganti jaqblu mod ieħor, is-seduta għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li dwarha jkun sar l-ilment tkun l-Unjoni Ewropea jew il-kapitali tal-Amerika Ċentrali rilevanti jekk il-Parti li dwarha jkun sar l-ilment tkun Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

29.

Il-Bord jista' jitlob li jkun hemm aktar minn seduta waħda jekk il-Partijiet litiganti jaqblu dwar dan.

30.

Il-membri tal-bord kollha għandhom ikunu preżenti mill-bidu sat-tmiem ta' kull seduta sabiex tkun żgurata soluzzjoni effettiva tat-tilwim u l-validità tal-azzjonijiet, deċiżjonijiet u sentenzi tal-bord.

31.

Il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu għas-seduta, irrispettivament minn jekk is-seduta hijiex magħluqa għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti tal-Partijiet litiganti;

(b)

konsulenti tal-Partijiet litiganti;

(c)

il-persunal amministrattiv, l-interpreti, it-tradutturi u r-relaturi tal-qorti; u

(d)

assistenti tal-membri tal-bord.

Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet litiganti biss jistgħu jindirizzaw lill-Bord.

32.

Mhux aktar tard minn 5 ijiem qabel id-data ta' seduta, kull Parti litiganti għandha tagħti lill-Bord lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu se jitkellmu fis-seduta f'isem dik il-Parti u ta' rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta. Il-Partijiet litiganti m'għandhomx jinkludu fid-delegazzjonijiet tagħhom, persuni li direttament jew indirettament ikollhom interess finanzjarju jew personali fil-kwistjoni. Il-Partijiet litiganti jistgħu joġġezzjonaw għall-preżenza ta' kwalunkwe persuni msemmija hawn fuq, filwaqt li jingħataw ir-raġunijiet għal oġġezzjoni msemmija. Il-kwistjoni tal-oġġezzjoni għandha tiġi deċiża mill-Bord fil-bidu ta' kull seduta.

33.

Is-seduti tal-bordijiet għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux li s-seduta għandha tkun parzjalment jew kompletament magħluqa għall-pubbliku. Madankollu, il-Bord għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' xi Parti litiganti jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, li tinkludi iżda mhux limitata għal informazzjoni kummerċjali.

34.

Il-Bord għandu jmexxi s-seduta b'dan il-mod, filwaqt li jiżgura li l-Parti li qed tressaq l-ilment u l-Parti li qed isir l-ilment kontriha jingħataw l-istess ħin:

L-Argument

(a)

l-argument tal-Parti li tressaq l-ilment

(b)

l-argument tal-Parti li sar l-ilment dwarha

Il-Kontroargument

(a)

kontroargument

(b)

oppożizzjoni

35.

Il-Bord jista' jindirizza direttament mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet litiganti fi kwalunkwe ħin matul is-seduta.

36.

Il-Bord għandu jagħmel arranġamenti għal traskrizzjoni ta' kull seduta ippreparata u kkomunikata minnufih lill-Partijiet litiganti.

37.

Kull Parti litiganti tista' tagħti sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta fi żmien 10 ijiem mid-data tas-seduta finali.

MISTOQSIJIET BIL-MIKTUB

38.

Il-Bord jista' fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil wieħed mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet litiganti għandha tirċievi kopja ta' kwalunkwe mistoqsijiet mill-Bord.

39.

Parti litiganti għandha fl-istess waqt tipprovdi kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Bord lill-Parti litiganti l-oħra. Kull Parti litiganti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi l-kummenti tagħha bil-miktub għat-tweġibiet mogħtija mill-Parti litiganti l-oħra sa ħamest ijiem mill-kunsinna.

EVIDENZA

40.

Il-Partijiet litiganti għandhom, kemm jista' jkun, jippreżentaw evidenza fis-sottomissjoni bil-miktub inizjali u kontra sottomissjoni bil-miktub b'appoġġ għall-argumenti li saru fiha. Il-Partijiet litiganti jistgħu wkoll jissottomettu evidenza addizzjonali biex jappoġġjaw, l-argumenti mressqa f'sottomissjonijiet ta' kontroargument u ta' oppożizzjoni. Eċċezzjonalment, il-partijiet litiganti jistgħu jissottomettu evidenza addizzjonali fejn tali evidenza ssir disponibbli biss jew tiġi għall-attenzjoni ta' Partijiet litiganti wara l-iskambju ta' sottomissjonijiet bil-miktub jew fejn il-Bord iqis tali evidenza pertinenti u jipprovdi lill-Parti litiganti l-oħra bl-opportunità biex tikkummenta dwar dan.

KUNFIDENZJALITÀ

41.

Il-Partijiet litiganti u l-konsulenti tagħhom għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduta tal-Bord meta s-seduta issir kompletament jew parzjalment f'sessjonijiet fil-magħluq, b'konformità mar-Regola 33. Kull Parti litiganti u l-konsulenti tagħha għandhom iqisu bħala kunfidenzjali kull informazzjoni mressqa mill-Parti litiganti l-oħra lill-Bord li dik il-Parti litiganti tkun iddefiniet bħala kunfidenzjali. Meta Parti litiganti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub lill-Bord, trid ukoll, fuq talba tal-Parti litiganti l-oħra, tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni misjuba fis-sottomissjonijiet li jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara li tkun saret it-talba jew is-sottomissjoni, liema minnhom tkun l-aktar tard. Xejn f'dawn ir-Regoli ma jżomm lil xi Parti milli tiżvela lill-pubbliku stqarrijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha nfisha sakemm dawn ma jinkludux tagħrif kummerċjali kunfidenzjali.

KUNTATTI EX PARTE

42.

Il-Bord m'għandux jikkuntattja jew jiltaqa' ma' Parti litiganti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

43.

L-ebda membru tal-Bord ma jista' jiddiskuti xi aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma' Parti litiganti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-membri l-oħra.

INFORMAZZJONI U PARIRI TEKNIĊI

44.

Meta jitlob informazzjoni u pariri tekniċi skont l-Artikolu 320(2), il-Bord għandu jitlob din l-informazzjoni u pariri tekniċi fl-aktar mument kmieni possibbli fiż-żmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data ta' smigħ finali, ħlief jekk il-Bord juri li jgħoddu ċirkostanzi eċċezzjonali.

45.

Qabel jitlob informazzjoni jew parir tekniku, il-Bord għandu jistabbilixxi u jinnotifika lill-Partijiet litiganti il-proċeduri li se jsegwi sabiex jikseb din l-informazzjoni. Dawn il-proċeduri jinkludu:

(a)

opportunità għall-Partijiet litiganti biex jissottomettu lill-Bord osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwistjonijiet fattwali li l-esperti, korpi jew sorsi oħra huma mitluba biex jindirizzaw;

(b)

l-identifikazzjoni u l-ħatra ta' konsulent jew espert mill-Bord u l-istabbiliment tal-perjodu ta' żmien li fih l-informazzjoni jew parir tekniku għandhom jiġu pprovduti; u

(c)

perjodu adegwat ta' ħin għall-Partijiet litiganti biex jipprovdu kummenti dwar l-informazzjoni jew il-parir tekniku ipprovdut mill-espert, korp jew sors ieħor.

46.

Il-Bord ma jistax jagħżel bħala konsulent tekniku, individwu b'interessi finanzjarji jew personali fil-kwistjoni tal-proċediment, jew li min iħaddmu, sħab, soċju jew qarib tiegħu għandu interess simili. Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325(2) għandhom japplikaw għall-għażla ta' esperti, korpi jew sorsi oħra.

47.

Meta ssir talba għal informazzjoni u pariri tekniċi skont l-Artikolu 320(2), il-Bord għandu jqis jekk jissospendix perjodi ta' żmien sakemm jirċievi t-tagħrif imsemmi.

OSSERVAZZJONIJIET AMICUS CURIAE

48.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, il-Bord jista' jirċievi osservazzjonijiet Amicus Curiae minn persuni naturali jew ġuridiċi interessati, stabbiliti fit-territorju tal-Partijiet litiganti, sakemm ikunu ppreżentati fi żmien 10 ijiem mid-data tat-twaqqif tal-Bord.

49.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu:

(a)

datati u ffirmati mill-persuni interessati jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

miktuba bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet litiganti skont ir-Regola 55;

(c)

konċiżi u fl-ebda każ ma jaqbzu 15-il paġna ttajpjata, inklużi kwalunkwe annessi; u

(d)

direttament rilevanti għal kwistjonijiet fattwali u legali sottomessi għal konsiderazzjoni tal-Bord.

50.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni bil-miktub li tindika b'mod ċar:

(a)

deskrizzjoni tal-persuni interessati li jippreżentawhom, inklużi l-post ta' inkorporazzjoni u fejn jinsabu, in-natura tal-attivitajiet tagħhom, is-sorsi tagħhom ta' finanzjament u, fejn rilevanti, dokumentazzjoni li tikkorrobora din l-informazzjoni;

(b)

jekk il-persuni interessati jkollhomx sehem dirett jew indirett ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwima, kif ukoll jekk huma jkunu rċevew jew jistennew li jirċievu xi għajnuna finanzjarja jew ta' tip ieħor ta' għajnuna minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet fit-tilwima, gvern ieħor, persuna jew organizzazzjoni, b'mod ġenerali jew fil-preparazzjoni tal-osservazzjonijiet; u

(c)

sommarju fil-qosor dwar kif l-osservazzjonijiet tal-persuni interessati jikkontribwixxu biex isolvu t-tilwima.

51.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lill-president tal-Bord fil-lingwi stabbiliti fir-Regola 49.

52.

Il-Bord m'għandux jikkunsidra osservazzjonijiet Amicus Curiae li ma jikkonformawx mar-regoli ta' hawn fuq.

53.

Il-Bord għandu jelenka fid-deċiżjoni dwar is-suġġett l-osservazzjonijiet Amicus Curiae kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi mar-regoli ta' hawn fuq. Il-Bord m'għandux ikun obbligat jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu dwar is-suġġett, l-argumenti legali u l-fatti mressqa f'tali sottomissjonijiet. Kwalunkwe sottomissjoni riċevuta mill-Bord skont dawn ir-Regoli għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet litiganti għall-kummenti.

KAŻIJIET URĠENTI

54.

Fil-każijiet ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 313(3), il-Bord għandu jaġġusta l-limiti taż-żmien imsemmija f'dawn ir-Regoli kif xieraq.

IL-LINGWA TAL-PROĊEDIMENTI, IT-TRADUZZJONI U L-INTERPRETAZZJONI

55.

Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 310 u mhux aktar tard mil-laqgħa msemmija fir-Regola 11, il-Partijiet litiganti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar lingwa jew lingwi għall-proċedimenti quddiem il-bord, li huma l-Ingliż, jew l-Ispanjol jew it-tnejn.

56.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord, inkluż id-deċiżjoni tal-Bord dwar is-suġġett, għandhom ikunu abbozzati u nnotifikati bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet litiganti. L-ispejjeż li jirriżultaw mit-traduzzjoni ta' tali deċiżjoni tal-Bord għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn il-Partijiet.

57.

Kull waħda mill-Partijiet litiganti għandha terfa' l-ispejjeż ta' kull traduzzjoni oħra li jidhrilha li tkun neċessarja.

KALKOLU TA' PERJODI TA' ŻMIEN PROĊEDURALI

58.

Meta, f'konformità mat-Titolu, dawn ir-Regoli, jew b'deċiżjoni tal-Bord, kwalunkwe azzjoni, pass proċedurali jew seduta għandhom iseħħu, qabel, fil-jum jew wara data speċifika jew każ, id-data speċifikata jew id-data tal-avveniment ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perjodi taż-żmien stipulati fit-Titolu, dawn ir-Regoli jew stabbiliti mill-Bord.

59.

Il-perjodi kollha ta' żmien stabbiliti fit-Titolu u f'dawn ir-Regoli, għandhom jiġu kkalkolati mill-ġurnata li tiġi wara talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor ikunu ġew ikkomunikati lill-Parti li tirċievi d-dokument.

60.

Iż-żmien li jgħaddi bejn id-data ta' twassil tad-dokument u l-wasla effettiva tiegħu m'għandhiex titqies fil-kalkolu ta' perjodi ta' żmien proċedurali, skont ir-Regola 4.

61.

Fejn Parti tirċievi dokument f'data aktar tard mid-data li fiha dan id-dokument huwa rċevut mill-Parti l-oħra, il-perjodu ta' żmien ikkalkulat fuq il-bażi tad-data tal-wasla ta' dak id-dokument għandu jkun ikkalkulat mill-aħħar data tal-wasla ta' dak id-dokument.

62.

Fejn perjodu taż-żmien jispiċċa f'jum ta' vaganza legali ta' waħda mill-partijiet fit-tilwima jew taż-żewġ partijiet, tali perjodu għandu jkun estiż sal-ġurnata tax-xogħol ta' wara.

SPEJJEŻ

63.

Sakemm ma jiġix stabbilit mill-Bord li japplikaw ċirkostanzi eċċezzjonali, (4) il-ħlas tal-membri tal-Bord, tal-assistenti, l-esperti, korpi jew sorsi oħra maħtura skont l-Artikolu 320, it-trasport tagħhom, l-akkomodazzjoni u spejjeż eliġibbli oħra, kif ukoll tal-ispejjeż amministrattivi ġenerali tal-proċedimenti tal-Bord, għandhom jitħallsu minn ishma ndaqs fost il-Partijiet litiganti, skont it-talba tal-ispiża ppreżentata mill-Bord.

64.

Il-membri tal-Bord għandhom iżommu dokumentazzjoni dettaljata u kompleta tal-spejjeż rilevanti mġarrba u jippreżentaw talba għall-ispiża lill-uffiċċju magħżul mill-Partijiet skont ir-Regola 67, flimkien ma' dokumenti ta' sostenn, għal skopijiet ta' rimunerazzjoni u ħlas ta' spejjeż. L-istess għandu japplika għal assistenti u individwi li huma maħtura skont l- Artikolu 320 sakemm huwa relatat mar-rwol speċifiku tagħhom ta' assistent ta' membru tal-bord jew tal-Bord jew minn esperti, korpi jew sorsi oħra li jipprovdu tagħrif u pariri tekniċi.

65.

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi l-ispejjeż kollha eliġibbli għall-individwi msemmija fil-punt 63, kif ukoll ir-rimunerazzjoni u l-benefiċċji li għandhom jitħallsu, li jkunu skont l-istandards tad-WTO.

66.

Ir-regoli preċedenti japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe medjatur taħt il-Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni.

UFFIĊĊJU MAĦTUR FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDURI TA' SOLUZZJONI TA' TILWIM U L-MEKKANIŻMU TA' MEDJAZZJONI

67.

Kull Parti għandha:

(a)

taħtar uffiċċju biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fil-partijiet rilevanti ta' dawn ir-Regoli; u

(b)

tinnotifika lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bl-uffiċċju maħtur.

68.

Kull notifika u twassil ta' dokumenti msemmija fit-Titolu dwar is-Soluzzjoni ta' Tilwim, ir-Regoli ta' Proċedura u fit-Titolu dwar il-Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għandhom jiġu magħmula minn dan l-uffiċċju.

PROĊEDURI OĦRA

69.

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma applikabbli wkoll għal proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 315(3), l-Artikolu 316(2), l- Artikolu 317(3) u l-Artikolu 318(2). Madankollu, il-perjodi ta' żmien stabbiliti f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-perjodi ta' żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord f'dawk il-proċeduri l-oħra.

KONFORMITÀ MAT-TITOLU U R-REGOLI

70.

Il-Partijiet u l-Bord għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom, il-konsulenti, assistenti u individwi oħrajn li jipparteċipaw f'kull parti ta' proċediment taħt it-Titolu u dawn ir-regoli, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti kif ukoll ma' kwalunkwe regoli supplementari miftiehma mill-Partijiet jew adottati mill-Bord.

(1)  Dawn jinkludu vaganzi permanenti, inkluż iżda mhux limitati għal vaganzi reliġjużi jew storiċi, kif ukoll kwalunkwe festi oħra stabbiliti fuq bażi mhux permanenti.

(2)  Nota għan-Negozjaturi: L-Amerika Ċentrali se tirrifletti aktar dwar regola ta' sostituzzjoni għal sitwazzjonijiet fejn l-ebda reġistri għal dak li jintbagħat jew li jiġi irċevut ma jeżistu iżda jkunu meħtieġa.

(3)  Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija f'din ir-regola, m'għandux ikun vinkolanti fuq il-Bord.

(4)  Nota għan-Negozjaturi: In-negozjaturi jaqblu li l-ispejjeż kollha assoċjati mal-Bord u x-xogħol tal-Bord għandhom ikunu koperti b'mod ugwali bejn il-Partijiet litiganti. Il-Partijiet litiganti jaqblu wkoll li meta Parti waħda tkun deliberatament fittxet li tostakola jew inkella tabbuża l-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-Bord jista' jiddeċiedi li din il-parti għandha tkopri sehem ikbar.

ANNESS B

il-Kodiċi tal-Kondotta għall-Membri tal-Bord u l-Medjaturi

DEFINIZZJONIJIET

1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta, it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu bħala:

(a)

“il-Ftehim”: il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra;

(b)

“it-Titolu”: Titolu X dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Ftehim;

(c)

“Artikolu”: referenza għall-Artikolu adatt tal-Ftehim kollu kemm hu;

(d)

“assistent”: persuna li, taħt it-termini ta' ħatra ta' membru tal-bord, jew il-bord, iwettaq riċerka jew jipprovdi għajnuna lill-membru tal-bord jew lill-bord, għall-fini ta' tilwim;

(e)

“kandidat”: individwu li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala membru ta' bord taħt l-Artikolu 310;

(f)

“medjatur”: persuna li tmexxi proċedura ta' medjazzjoni skont it-Titolu XI dwar Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għal miżuri mhux tariffarji tal-Ftehim;

(g)

“membru” jew “membru tal-bord”: membru ta' bord stabbilit taħt l-Artikolu 312;

(h)

“proċediment”, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, ifisser proċediment tal-bord taħt it-Titolu; u

(i)

“persunal”, fir-rigward ta' membru, persuni li jaqgħu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-membru, ħlief l-assistenti;

RESPONSABBILTAJIET GĦALL-PROĊESS

2.

Kull kandidat u membru għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta' kondotta skorretta, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta' interess diretti jew indiretti u għandu josserva l-ogħla standards ta' kondotta sabiex jinżammu sħah l-integrità ta' proċediment tas-soluzzjoni tat-tilwim u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim. Membri preċedenti jridu josservaw l-obbligi stabbiliti fit-taqsimiet dwar l-Obbligi tal-Membri Preċedenti u l-Kunfidenzjalità ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta.

OBBLIGI DWAR X'GĦANDU JIĠI ŻVELAT

3.

Qabel in-notifika tal-aċċettazzjoni tal-għażla tiegħu bħala membru tal-bord, kandidat għandu jikkunsidra u jekk meħtieġ jiżvela l-eżistenza ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew ċirkostanzi oħra li x'aktarx jaffettwaw l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu jew li jafu b'mod raġonevoli joħolqu impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew ta' preġudizzju fil-proċediment. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta' kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal din.

4.

Mingħajr ma tiġi limitata l-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel, il-kandidati għandhom jiżvelaw b'rieda tajba:

(a)

kull interess finanzjarju jew personali:

(i)

fil-proċediment jew ir-riżultat tiegħu; u

(ii)

fi proċediment ġudizzjarju, amministrattiv jew ta' arbitraġġ li jinvolvi kwistjonijiet li jistgħu jkunu direttament jew indirettament affettwati mill-proċediment li għaliha l-kandidati huma taħt konsiderazzjoni.

(b)

kwalunkwe interess finanzjarju lil min iħaddem kandidat, sħab, soċju jew membru tal-familja tiegħu jew tagħha:

(i)

fil-proċediment jew ir-riżultat tiegħu; u

(ii)

fi proċediment ġudizzjarju, amministrattiv jew ta' arbitraġġ li jinvolvi kwistjonijiet li jistgħu jkunu direttament jew indirettament affettwati mill-proċediment li għaliha l-kandidati huma taħt konsiderazzjoni.

(c)

kwalunkwe relazzjoni eżistenti jew tal-passat finanzjarja, kummerċjali, professjonali, familjari, soċjali jew ta' xogħol ma' xi waħda mill-Partijiet jew mar-rappreżentanti tagħhom jew mal-konsulenti tagħhom, jew kwalunkwe tali relazzjoni tal-kandidat, ma' min iħaddem, sieħeb, soċju jew membru tal-familja tiegħu jew tagħha; u

(d)

kull ċirkostanza oħra li tista' tirriżulta f'imparzjalità, jew tista' tidher bħala imparzjalità.

5.

Għall-iskop ta' konformità mal-paragrafi 3 u 4, il-kandidati kollha li ntagħżlu bħala membri tal-bord u aċċettaw il-ħatra tagħhom, għandhom jimlew id-Dikjarazzjoni Inizjali dwar l-iżvelar. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Partijiet flimkien mal-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom għall-konsiderazzjoni tagħhom.

6.

Meta maħtur, membru għandu jibqa' jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex isir konxju dwar kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta u għandu jiżvelahom. L-obbligi ta' żvelar huwa dmir permanenti li jitlob li membru jiżvela kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jitfaċċaw matul kwalunkwe stadju tal-proċediment. Il-membru għandu jiżvela tali interessi, relazzjonijiet jew ċirkostanzi oħra billi jinforma lill-Partijiet bil-miktub u għall-konsiderazzjoni tagħhom, b'kopja lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

7.

Membru ta' bord għandu jikkomunika biss affarijiet relatati mal-ksur attwali jew potenzjal ta' ksur ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni biex ikunu kkunsidrati mill-Partijiet.

DMIRIJIET TAL-MEMBRI

8.

Mal-aċċettazzjoni tal-ħatra tiegħu Membru għandu jwettaq dmirijietu b'mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċediment, u b'ġustizzja u diliġenza.

9.

Membru għandu jikkunsidra u jiddeċiedi biss fuq il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċediment u li jitqiesu neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir m'għandux jiġi delegat lill-ebda persuna oħra.

10.

Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa sabiex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji, u jikkonformaw, mas-sezzjonijiet dwar Responsabbiltajiet lejn il-Proċediment, id-Divulgazzjoni tal-Obbligi, l-Indipendenza, Imparzjalità u d-Drittijiet tal-Membri, l-Obbligi tal-Membri Preċedenti u l-Kunfidenzjalità ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta.

11.

Membru m'għandux jimpenja ruħu f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċediment.

INDIPENDENZA, IMPARZJALITÀ U D-DRITTIJIET TAL-MEMBRI

12.

Membru għandu jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq dehra ta' kondotta mhux xierqa, parzjalità jew preġudizzju u m'għandux ikun influwenzat minn interess personali jew minn interessi ta' oħrajn, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża' mill-kritika.

13.

Membru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista' bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta' dmirijietu.

14.

Membru m'għandux/m'għandhiex jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu fuq il-bord għall-aġevolament ta' xi interessi personali jew privati u jrid jevita dawk l-azzjonijiet li jagħtu l-impressjoni li oħrajn huma f'pożizzjoni speċjali li jinfluwenzaw il-membru.

15.

Membru ma jistax iħalli relazzjonijiet jew responsabilitajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu.

16.

Membru jrid jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju jew personali li x'aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista', b'mod raġonevoli, joħloq dehra ta' mġiba mhux xierqa jew ta' preġudizzju.

17.

L-ebda membru m'għandu jillimita jew iċaħħad lill-membri l-oħra mid-dritt u l-obbligu tagħhom biex jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti rilevanti kollha tal-proċediment.

OBBLIGI TA' MEMBRI PREĊEDENTI

18.

Il-membri preċedenti kollha għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjonijiet tal-bord.

KUNFIDENZJALITÀ

19.

L-ebda membru jew membru preċedenti m'għandu fl-ebda mument jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċediment jew akkwistata waqt proċediment ħlief għall-finijiet ta' dak il-proċediment u m'għandu, fl-ebda każ, jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni bħal din biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta' oħrajn.

20.

Membru m'għandux jiżvela deċiżjoni tal-bord dwar is-suġġett jew partijiet minnha qabel ma tiġi ppubblikata f'konformità mat-Titolu.

21.

Membru jew membru preċedenti ma għandu fl-ebda mument jiżvela d-deliberazzjonijiet ta' bord, l-opinjoni ta' xi membru, jew kwalunkwe aspett mhux pubbliku ieħor dwar il-proċediment.

MEDJATURI

22.

Id-dixxiplini mfissra f'din il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-membri jew il-membri preċedenti għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi.

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI

ta' … 2014

li tadotta l-Lista ta' Membri tal-Bord

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u l-Artikolu 325 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 325(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi lista ta' sitta u tletin individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord fis-sens tat-Titolu X tal-Ftehim dwar is-soluzzjoni ta' tilwim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-Lista tal-Membri tal-Bord, kif stabbilita fl-Anness, hija b'dan adottata.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni,

Għar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali

Għall-Parti tal-UE

ANNESS

Lista tal-Membri tal-Bord

 

Membri tal-Bord proposti mill-Kosta Rika

1.

Ernesto Fernández Monge

2.

Federico Valerio de Ford

 

Membri tal-Bord proposti minn El Salvador

1.

Cesar Ernesto Salazar Grande

2.

Harold C. Lantan

 

Membri tal-Bord proposti mill-Gwatemala

1.

Ada Lissette Redondo Aguilera

2.

Julio Roberto Bermejo Quiñones

 

Membri tal-Bord proposti mill-Ħonduras

1.

Ulises Mejía León-Gómez

2.

Roberto Herrera Cáceres

 

Membri tal-Bord proposti min-Nikaragwa

1.

Mauricio Herdocia

2.

José René Orúe

 

Membri tal-Bord proposti mill-Panama

1.

Yavel Francis Lanuza

2.

Carlos Ernesto González Ramirez

 

Membri tal-Bord proposti mill-UE

1.

Giorgio Sacerdoti (l-Italja)

2.

Ramon Torrent (Spanja)

3.

Jacques Bourgeois (il-Belġju)

4.

Pieter Jan Kuijper (l-Olanda)

5.

Claus-Dieter Ehlermann (il-Ġermanja)

6.

Jan Wouters (il-Belġju)

7.

Laurence Boisson de Chazournes (Franza)

8.

Hélène Ruiz Fabri (Franza)

9.

Meinhard Hild (il-Ġermanja)

10.

Claudio Dordi (l-Italja)

11.

Kim Van der Borght (il-Belġju)

12.

Markus Krajewski (il-Ġermanja)

 

Presidenti

1.

Craig Van Graastek (l-Istati Uniti)

2.

Miriam Mercedes Maroun Marun (il-Veneżwela)

3.

Hugo Perezcano Díaz (il-Messiku)

4.

Ignacio Suárez Anzorena (l-Arġentina)

5.

Carlos Vejar (il-Messiku)

6.

Didier Chambovey (l-Isvizzera)

7.

Shotaro Oshima (il-Ġappun)

8.

Jenniffer Hilman (l-Istati Uniti)

9.

Luiz Olavo Baptista (il-Brażil)

10.

Kirsten Kilman (il-Kanada)

11.

Juan Antonio Buencamino (il-Filippini)

12.

David Unterhalter (l-Afrika t'Isfel)


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 4/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI

ta' … 2014

li tadotta l-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 297 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 297(2), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-liġi ambjentali, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali u lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbilita fl-Anness, hija b'dan adottata.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi…, 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Għar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali

Għall-Parti tal-UE

ANNESS

Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Esperti fil-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali

 

Lista ta' esperti nazzjonali

1.

Marieta Lizano Martínez

2.

Alma Carolina Sánchez Fuentes

3.

Francisco Khalil de León Barrios

4.

Mario Noel Vallejo Larios

5.

Javier Guillermo Hernández Munguía

6.

Alexis Xavier Rodríguez Almanza

7.

Joost Pauwelyn

8.

Jorge Cardona

9.

Karin Lukas

10.

Hélène Ruiz Fabri

11.

Laurence Boisson de Chazournes

12.

Geert Van Calster

 

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet)

1.

Claudia de Windt

2.

Juan Carlos Urquidi Fell

3.

Elizabeth Jaramillo Escobar

4.

Janice Bellace

5.

Arthur Appleton

Esperti fil-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali

 

Lista ta' esperti nazzjonali

1.

Manuel Francisco Umaña Soto

2.

Carolina Morán

3.

Mario Fuentes Destarac

4.

Arnando Urtecho López

5.

Adrián Meza

6.

Rolando Murgas Torraza

7.

Eddy Laurijssen

8.

Jorge Cardona

9.

Karin Lukas

10.

Hélène Ruiz Fabri

11.

Laurence Boisson de Chazournes

12.

Geert Van Calster

 

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet)

1.

Emilio Morgado Velenzuela

2.

Juan Mailhos Gutiérrez

3.

Jill Murray

4.

Ross Wilson

5.

Janice Bellace