24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/381/PESK

tat-23 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta' Settembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/477/PESK (2), li estendiet, fuq il-bażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova sat-30 ta' Settembru 2014.

(3)

Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2014.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2014. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista' tiġi mġedda jew emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/477/PESK tas-27 ta' Settembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 257, 28.9.2013, p. 18).