|
18.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Ġunju 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
(2014/365/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (2) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 30 għall-Ftehim. |
|
(3) |
L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-istatistika. |
|
(4) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2014 sal-2017 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(5) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2003 sal-2007 mhuwiex applikabbli aktar u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. MANIATIS
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).
(4) Regolament (UE) Nru 1383/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 84).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2014 sal-2017 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew 2013-17 (2) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(2) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2003 sal-2007 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-kelma “2013” fit-titolu tal-Artikolu 5 hija sostitwita bil-kliem “2013 sal-2017”. |
|
2. |
Dan li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 5(1): “, kif emendant minn:
|
|
3. |
Il-kliem “31 ta' Diċembru 2013” fl-Artikolu 5(2) huma sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2017”. |
|
4. |
It-test tal-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku taż-ŻEE għall-perjodu 2013 sal-2017 b'mod konġunt mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-EFTA u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku annwali taż-ŻEE għandu jissejjes fuq subsett ta', u jitfassal b'mod parallel ma', il-programm ta' ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.” |
|
5. |
It-test tal-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tal-Ftehim, għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 u għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 01 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 01 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2014 sal-2017.” |
|
6. |
It-test tal-Artikolu 2 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(2) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 84.
(*1) [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma hu indikat.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]