14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Mejju 2014

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(2014/351/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn issa “il-Ftehim ta' Sħubija”) (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika tal-Madagaskar li joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq is-sajd (minn issa “il-Protokoll il-ġdid”).

(3)

Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/826/UE (2) u huwa applikat provviżorjament mit-28 ta' Novembru 2012.

(4)

I-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (“il-Protokoll”) (3) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/826/UE tat-28 ta' Novembru 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l- applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal- Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 11).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 361, 31.12.2012, p. 12 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.