|
13.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Frar 2014
dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni
(2014/347/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169 u 172, l-Artikolu 173(3), u l-Artikoli 188 u 192, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/777/UE (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (2) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-17 ta' Diċembru 2012. |
|
(2) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni permezz ta' dan qiegħed jiġi approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
K. HATZIDAKIS
(1) ĠU L 340, 13.12.2012, p. 26.
(2) Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.