|
14.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Settembru 2013
Għajnuna mill-Istat SA.32554 (09/C)
Għajnuna għar-ristrutturar għal Hypo Group Alpe Adria implimentata mill-Awstrija
(notifikata bid-dokument C(2013) 5648)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/341/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li appellat lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawn il-provvedimenti (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
F’Diċembru 2008, Hypo Alpe Adria Group (“HGAA” jew “il-bank”) irċieva EUR 900 miljun f’Partizipationskapital (2) (kapital ta’ parteċipazzjoni) tal-Grad 1 mir-Repubblika tal-Awstrija abbażi tal-iskema Awstrijaka ta’ emerġenza għas-sostenn tal-banek (“l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek”) (3). |
|
(2) |
Fid-29 ta’ April 2009, l-Awstrija pprovdiet lill-Kummissjoni bi pjan ta’ vijabbiltà għall-HGAA. |
|
(3) |
Fid-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża N 254/2009 (“id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-2009”) (4) il-Kummissjoni nediet proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (5), li jqajjem dubji dwar il-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna għar-ristrutturar li l-Ġermanja kienet tat lill-parti interessata ewlenija ta’ HGAA, BayernLB, f’Diċembru 2008. Fl-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni staqsiet jekk HGAA kienx bank bażikament b’saħħtu. |
|
(4) |
HGAA ġie nazzjonalizzat fit-23 ta’ Diċembru 2009. F’dan il-kuntest diversi miżuri ta’ għajnuna kienu temporanjament awtorizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tat-23 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawżi C 16/2009 u N 698/2009 (6) (“id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009”) fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) sakemm tressqet is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli għal HGAA lill-Kummissjoni. Fl-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri addizzjonali ta’ għajnuna mogħtija mill-Awstrija lill-HGAA. |
|
(5) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni kompliet testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali b’mod partikolari minħabba n-nuqqas tal-pjan rivedut ta’ ristrutturar għal HGAA, li kien ġie sottomess fis-16 ta’ April 2010, biex turi r-ritorn għall-vijabbiltà, qsim tal-piżijiet xieraq u livell suffiċjenti tat-tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tawlet ukoll l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna li kienet sabet temporanjament kompatibbli mas-suq intern fid-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009, sakemm ikkonkludiet l-eżami tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar għal HGAA (“id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010”) (7). |
|
(6) |
Fid-29 ta’ Diċembru 2010, l-Awstrija nnotifikat miżura addizzjonali għall-HGAA fil-forma ta’ garanzija ta’ assi li tammonta għal EUR 200 miljun. Din il-miżura ta’ għajnuna ġiet awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2011 fil-Kawżi SA.32172 (2011/NN) u SA.32554 (2009/C) (8) (“id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Lulju 2011”). |
|
(7) |
Fis-7 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja u lill-Awstrija li l-Kawża N 698/2009 (9) dwar il-HGAA se tiġi sseparata fil-proċedura mill-Kawża C 16/2009 dwar BayernLB. Għaldaqstant, il-proċedura marbuta mal-HGAA ġiet irreġistrata fil-Kawża SA.32554 (2009/C). Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-Kawża SA.32554 (2009/C). |
|
(8) |
Fil-21 ta’ April 2011, l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ ristrutturar ġdid għall-HGAA. |
|
(9) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2012, l-Awstrija nnotifikat miżura ta’ għajnuna addizzjonali għall-HGAA fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital permezz ta’ ishma ordinarji mir-Repubblika tal-Awstrija u garanzija mill-Istat fuq strumenti tad-dejn subordinat li għandhom jinħarġu mill-HGAA. In-notifika inkludiet katalgu ta’ impenji għall-HGAA. Dawn il-miżuri ġew awtorizzati temporanjament permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża SA. 32554 (2009/C) (10) (“id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012”). L-awtorizzazzjoni saret fil-kuntest ta’ ċerti impenji mogħtija mill-Awstrija. Madankollu, l-Awstrija rrispettat parti biss minn dawn l-impenji. |
|
(10) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2012, l-Awstrija ppreżentat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża SA.28487 (C 16/2009 (ex N 254/2009) (11) (sussegwentement irtirata u mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2013 (12)) dwar BayernLB (“id-deċiżjoni ta’ BayernLB”). |
|
(11) |
Għal deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura, issir referenza għad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2009, id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009, id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010, id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Lulju 2011 u d-deċiżjoni ta’ salvataġġ 2012. |
|
(12) |
Id-diversi pjanijiet ta’ ristrutturar għall-HGAA u l-emendi tagħhom ġew diskussi bejn l-awtoritajiet Awstrijaċi u s-servizzi tal-Kummissjoni f’għadd ta’ laqgħat, konferenzi bit-telefown u skambji oħra ta’ informazzjoni bejn Lulju 2010 u Awwissu 2013. |
|
(13) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2013, l-Awstrija nnotifikat pjan ta’ ristrutturar li stabbilixxa l-likwidazzjoni tal-HGAA li ntemmet sussugwentement bis-sottomissjoni tas-27 ta’ Awwissu 2013. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. IL-BENEFIĊJARJU
|
(14) |
L-HGAA huwa grupp ta’ finanzjament attiv internazzjonalment u l-kwartieri ġenerali tiegħu jinsab fi Klagenfurt, Carinthia, minn fejn l-attivitajiet bankarji u ta’ lokazzjoni tiegħu inkluż stralċ jiġu kkontrollati u mmexxija minn Hypo Alpe Adria Bank-International (“HBInt”). Hypo Alpe Adria Bank-International għandu funzjonijiet ewlenin bħal grupp ta’ kontroll, grupp ta’ kontabilità, ġestjoni globali tar-riskju, kwistjonijiet legali u ta’ konformità, ġestjoni tal-likwidità, ħruġ ta’ titoli u rifinanzjament tas-sussidjarji tal-HGAA. |
|
(15) |
Fi tmiem l-2012, l-HGAA fil-karta bilanċjali kellu total globali ta’ EUR 33,8 biljun u madwar EUR 21 biljun ta’ assi mwieżna għar-riskju (“RWA”). |
|
(16) |
L-HGAA huwa 100 fil-mija proprjetà tar-Repubblika tal-Awstrija (13). |
|
(17) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2008 l-HGAA kien preżenti permezz ta’ sussidjarji bankarji u/jew ta’ lokazzjoni fi 12-il pajjiż, jiġifieri l-Awstrija, is-Slovenja, l-Italja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Kroazja, is-Serbja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Ukraina u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (“FYROM”). |
|
(18) |
Bħalissa, l-HGAA huwa attiv fl-Awstrija flimkien ma’ HBA. Huwa rrappreżentat ukoll fis-Slovenja (bl-HBS u l-kumpanija ta’ lokazzjoni HLS), il-Kroazja (bl-HBC u l-kumpanija ta’ lokazzjoni integrata HAALC), il-Bosnja-Ħerzegovina (maż-żewġ entitajiet bankarji HBFBiH u - fir-Repubblika Srpska - HBRS inkluż il-kumpanija ta’ lokazzjoni HLRS), is-Serbja (bl-HBSE) u l-Montenegro (bl-HBM) (“il-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk (“SEE”) flimkien”). |
|
(19) |
Ġie mniedi proċess ta’ stralċ għal ħafna attivitajiet industrijali tal-bank u sussidjarji finanzjarji. L-HBI Taljan waqqaf operat ġdid sal-1 ta’ Lulju 2013. Sussidjarji oħrajn li jinsabu fi stralċ jinkludu l-kumpanija ta lokazzjoni Kroata (HLC) u l-unità fi stralċ Kroata li nħolqot minn assi bankarji trasferiti (H-ABDUCO), il-kumpanija ta’ lokazzjoni Awstrijaka (HLA), il-kumpanija ta’ lokazzjoni Ġermaniża (HLG), fil-Montenegro l-kumpanija ta’ lokazzjoni (HLM) u l-unità fi stralċ li nħolqot minn assi bankarji trasferiti (HDM), il-kumpanija ta’ lokazzjoni fl-Ungerija (HLHU), il-kumpanija ta’ lokazzjoni fil-Bulgarija (HLBG), il-kumpanija ta’ lokazzjoni fil-FYROM (HLMK), il-kumpanija ta’ lokazzjoni fl-Ukraina (HLUA), fil-Bosnja-Ħerzegovina l-kumpanija ta’ lokazzjoni HETA BIH kif ukoll l-unità fi stralċ li nħolqot minn assi bankarji trasferiti (BORA), il-kumpanija ta’ lokazzjoni HLSE u HRSE fis-Serbja, u fis-Slovenja TCK u TCV li huma żewġ entitajiet li nħolqu minn attivitajiet bankarji u ta’ lokazzjoni trasferiti u l-kumpanija ta’ lokazzjoni HLI fl-Italja (14). Il-Bank Privat Alpe Adria f’liechtenstein diġà ġie likwidat. |
|
(20) |
Il-premessi li ġejjin jipprovdu ħarsa ġenerali tal-entitajiet li għadhom attivi. |
|
(21) |
Is-sussidjarja Awstrijaka HBA toffri servizzi bankarji għall-klijenti privati, impriżi kif ukoll istituzzjonijiet. Din toffri s-servizzi klassiċi kollha ta’ bank universali. L-HBA li għandha fowkus reġjonali f’Carinthia b’fergħat fi Vjenna u Salzburg għandha sehem mis-suq nazzjonali ta’ anqas minn […] (*1) f’assi jew […] % f’depożiti. |
|
(22) |
Fis-Slovenja l-grupp huwa preżenti bil-Bank HBS (sehem mis-suq ta’ madwar […] % f’assi jew […] % f’depożiti). Il-kumpanija ta’ lokazzjoni HLS tiffoka fuq attivitajiet ta’ lokazzjoni tal-mobbli u immobbli magħżula. |
|
(23) |
L-HBC Kroat huwa bank universali (sehem mis-suq ta’ madwar […] % f’assi, […] % f’depożiti). L-HAALC hija attiva fl-operat tal-lokazzjoni u għandha sehem fis-suq ta’ madwar […] % f’volum ta’ finanzjament ġdid. |
|
(24) |
Żewġ banek differenti huma attivi fil-Bosnja-Ħerzegovina, HBRS fir-Repubblika Srpska (sehem fis-suq ta’ madwar […] % f’assi u […] % f’depożiti) u HBFBiH fil-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina (b’sehem fis-suq ta’ […] % f’assi). Il-kumpanija ta’ lokazzjoni HLRS, proprjetà ta’ HBRS, għandha sehem fis-suq ta’ madwar […]. % fuq volum ta’ finanzjament ġdid. |
|
(25) |
L-HBM fil-Montenegro għandu sehem fis-suq ta’ […] % f’assi. Operat ta’ lokazzjoni ġġenerat mill-bank għandu sehem fis-suq ta’ […] %. |
|
(26) |
L-HBSE Serb jiffoka fuq l-oqsma privati u tal-opearat (ishma fis-suq ta’ madwar […] % f’assi u […] % f’depożiti). |
2.2. MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
Diċembru 2008 – Miżuri minn BayernLB u miżuri Statali skont il-pakkett ta’ appoġġ għall-banek Awstrijak
|
(27) |
Fl-2008 l-HGAA rċieva appoġġ mill-azzjonisti tiegħu f’dan iż-żmien, BayernLB u r-Repubblika tal-Awstrija.
|
Diċembru 2009 – rikapitalizzazzjoni mill-Istat u garanziji
|
(28) |
Meta l-HGAA ġie nazzjonalizzat huwa rċieva l-miżuri ta’ għajnuna li ġejjin:
|
Jannar 2011 – Garanzija tal-assi
|
(29) |
Wara ħtieġa addizzjonali għal valwazzjoni negattiva, l-Awstrija tat garanzija tal-assi lill-HGAA li tammonta għal EUR 200 miljun mill-31 ta’ Diċembru 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
Diċembru 2012 – rikapitalizzazzjoni mill-Istat u garanzija
|
(30) |
Wara deċiżjoni mill-awtorità superviżorja Awstrijaka, l-HGAA kellu jikkonforma b’żieda fil-proporzjon kapitali ta’ 12,04 % sal-31 ta’ Diċembru 2012. Għal dan l-għan, l-HGAA rċieva mingħand l-awtoritajiet Awstrijaċi
|
|
(31) |
Għal deskrizzjoni dettaljata tal-bank u l-miżuri ta’ għajnuna awtorizzati sa issa, issir referenza għall-premessi minn 17 sa 19 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi minn 13 sa 15 u minn 27 sa 40 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009, il-premessi minn 15 sa 19 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Lulju 2011 u l-premessi minn 10 sa 12 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012. |
2.3. MIŻURI TA’ GĦAJNUNA ADDIZZJONALI LI GĦADHOM MA NGĦATAWX
|
(32) |
Il-proġetti tal-pjan ta’ ristrutturar għall-ħtiġijiet kapitali addizzjonali għall-perjodu 2013-2017 għall-unità fi stralċ jammontaw għal madwar EUR 2,6 biljun fil-każ bażi, EUR 4,7 biljun fil-każ pessimistiku u EUR 5,4 biljun fil-każ ta’ stress. Skont is-suppożizzjoni li l-kapital jiġi pprovdut f’forma likwida l-ħtiġijiet ta’ likwidità addizzjonali meħtieġa tal-HGAA sal-2017 jammontaw għal EUR 2,5 biljun f’każ bażiku, u huwa stmat li jilħqu EUR 3,3 biljun f’każ pessimistiku ta’ stress. (Jekk il-miżuri ma jingħatawx f’forma likwida jistgħu jkunu meħtieġa aktar miżuri ta’ likwidità). |
|
(33) |
Fuq bażi prekawzjonali l-Awstrija fittxet l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi ssodisfat kull kapital addizzjonali jew ħtiġijiet ta’ likwidità sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti regolatorji kollha jew jiġi kopert it-telf. Kull kapital mogħti jkun limitat għall-ammont meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kapitali minimi regolatorji li għandhom jiġu kkonfermati mill-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti. |
2.4. IL-KONTRIBUZZJONI TAL-AZZJONISTI PREĊEDENTI TAL-HGAA
|
(34) |
Qabel ma ġie nazzjonalizzat il-proprjetarji tal-HGAA kienu dawn li ġejjin: BayernLB (67,08 %), Land Carinthia permezz ta’ Kärntner Landesholding (12,42 %), Grazer Wechselseitige Versicherung AG (“GRAWE”) (20,48 %) u Mitarbeiterstiftung Hypo Alpe Adria (0,02 %). |
|
(35) |
Il-proprjetarji kollha ċedew id-drittijiet tal-azzjonisti tagħhom billi biegħu l-ishma tagħhom lill-Awstrija għall-prezz simboliku ta’ euro. |
|
(36) |
BayernLB irrinunzja għad-drittijiet tal-azzjonisti kollha tiegħu inkluż l-Ergänzungskapital (kapital tal-Grad 2) eżistenti ta’ EUR 300 miljun fl-HGAA u neħħa l-obbligu għall-HGAA li jħallas lura EUR 525 miljun ta’ linji ta’ kreditu eżistenti kien diġa ngħata (15). |
|
(37) |
Sabiex tiġi żgurata likwidità għall-HGAA, BayernLB ħareġ mill-ġdid linja ta’ likwidità li kienet intemmet f’Diċembru 2009, li tammonta għal EUR […]. Barra minn hekk, kien ġie miftiehem li l-finanzjament intragrupp eżistenti ta’ EUR […] minn BayernLB lill-HGAA jibqa’ fl-HGAA sal-31 ta’ Diċembru 2013. Għall-2014, BayernLB iħalli finanzjament li jammonta għal EUR […] fl-HGAA, u għall-2015 EUR […]. Dawn l-ammonti jiġu garantiti mill-Awstrija fil-każ li l-HGAA jiġi sseparat jew tittieħed miżura oħra ekonomikament komparabbli li ma tiżgurax il-vijabilità tal-HGAA (16). |
|
(38) |
Fl-2008 BayernLB kien diġà injetta kapital li jammonta għal EUR 700 miljun fl-HGAA, li minn dak iż-żmien ’l hawn kien ġie eżawrit kompletament minħabba li ntuża kollu biex ikopri t-telf. |
|
(39) |
GRAWE ssottoskriviet għal EUR 30 miljun ta’ kapital tal-Grad 1 (kapital ta’ parteċipazzjoni) mhux konvertibbli b’dividend ta’ 6 % fis-sena mill-2013 fil-każ ta’ profitti. Abbażi ta’ deċiżjoni mir-Repubblika tal-Awstrija fit-30 ta’ Mejju 2011, l-ammont nominali ta’ dak il-kapital tnaqqas għal EUR 9 miljun wara allokazzjoni ta’ telf. |
|
(40) |
GRAWE kkontribwixxiet wkoll EUR 100 miljun f’termini ta’ likwidità sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-likwidità kienet kollateralizzata kompletament (EUR 50 miljun minn bonds koperti mill-Awstrija, il-kumplament jiġifieri EUR 50 miljun b’assi oħra eliġibbli għall-ħruġ ta’ bonds koperti). |
|
(41) |
Carinthia kkontribwixxiet għall-operazzjoni ta’ salvataġġ f’Diċembru 2009 permezz ta’
|
|
(42) |
It-tabella li ġejja tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ammonti oriġinali ta’ kapital ta’ parteċipazzjoni fl-HGAA (kollha f’HBInt) u l-ammont attwali tiegħu. Għandu jitfakkar li ma hemmx drittijiet tal-vot marbutin mal-kapital ta’ parteċipazzjoni. L-ishma kollha li għandhom id-drittijiet tal-vot jinżammu mir-Repubblika tal-Awstrija. Tabella 1 Ħarsa ġenerali tal-kapital ta’ parteċipazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||
|
(43) |
L-HGAA xtara mill-ġdid diversi strumenti ibridi u kapitali oħra anqas mill-valur nominali b’mod sinifikanti jew ikkanċellahom kompletament u għalhekk żied il-bażi kapitali tiegħu: F’April 2012 l-HGAA għamel tranżazzjoni li rriżultat f’żieda tal-Grad 1 ta’ EUR 153 miljun. F’Awwissu 2012 l-HGAA kkanċella xi strumenti ibridi u b’hekk iġġenera somma ulterjuri ta’ EUR 23,5 miljun f’kapital. F’Diċembru 2012, l-HGAA offra xiri lura ta’ strumenti kapitali oħra li wassal għal profitt straordinarju ta’ EUR […]. |
|
(44) |
Barra minn hekk, id-detenturi ta’ strumenti ta’ fondi proprji (kapital ta’ parteċipazzjoni u strumenti kapitali ibridi oħra) ma rċevew l-ebda dividendi dipendenti fuq il-profitt jew kupuni minħabba t-telf tal-HGAA. Għall-2009 u l-2010, l-HGAA għalhekk seta’ jżomm aktar minn EUR […]. |
2.5. IL-KAWŻI TAL-PROBLEMI TAL-HGAA
|
(45) |
Il-problemi tal-HGAA kienu kkawżati prinċipalment minn strateġija ta’ tkabbir agressiva msejsa fuq finanzjament irħis garantit mill-Istat. |
|
(46) |
L-HGAA ddependa wisq fuq tkabbir rapidu u rkupru fis-swieq fil-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk. B’mod partikolari fil-perjodu mis-sena 2000 sa 2007 l-HGAA daħal f’numru kbir ta’ swieq ġodda. Bħala riżultat ta’ dan, it-total tal-karta bilanċjali tal-HGAA żdied minn EUR 9,8 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2002 għal EUR 43,3 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008. Tabella 2 L-espansjoni tal-HGAA, skont il-pajjiż u l-linja operatorja |
|
(47) |
L-istrateġija tal-espansjoni kienet possibbli permezz ta’ kostijiet ta’ finanzjament favorevoli tal-HGAA minħabba garanziji mill-Istat minn Land Carinthia (sistema ta’ garanzija favorevoli għall-istituzzjonijiet pubbliċi ta’ kreditu jew Ausfallshaftung) li żdiedu minn EUR 4,9 biljun sal-31 ta’ Diċembru 2002 għal EUR 20,7 biljun sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-aċċess għal finanzjament irħis wassal lill-HGAA biex iwarrab il-ħolqien ta’ depożiti lokali. |
|
(48) |
Espansjoni rapida tal-karta bilanċjali fis-swieq tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk, flimkien ma’ finanzjament garantit mill-Istat irħis, ġġeneraw profitti immedjati. Mill-2002 sal-2006, l-HGAA, għamel profitt kull sena ħlief fl-2004. Madankollu, il-mudell tal-operat ħeba r-riskji sottostanti ta’ deterjorament fil-kwalità tal-assi u l-finanzjament mill-ġdid, b’hekk wassal lill-bank biex iwarrab ir-rieżami adegwat u l-iżvilupp tal-proċeduri għall-kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju, li kienu jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet il-ġodda wara l-espansjoni. Minħabba li l-istrateġija tal-bank kienet ibbażata fuq iż-żieda fil-volum tal-operat, il-bank ħa riskji kbar, b’mod partikolari fi proġetti tal-proprjetà immobbli u s-settur tat-turiżmu, u r-riskji ekonomiċi u tal-operat ma ġewx ikkalkolati b’mod korrett. In-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll adegwati wassal ukoll biex il-bank ikun vulnerabbli għal frodi, u dan wassal għal bosta investigazzjonijiet kriminali. Maż-żmien il-portafoll tiegħu ntlaqat ħażin, parzjalment minħabba nuqqas ta’ kollateralizzazzjoni xierqa, aktar u aktar b’porzjon sinifikanti ta’ self improduttiv. F’ħafna każijiet huwa diffiċli jew impossibbli biex tbigħ kollateral sottostanti, li valwazzjonijiet negattivi jkunu meħtieġa. |
|
(49) |
Barra minn hekk, il-bank ħa riskji addizzjonali ta’ rimborż, minħabba li l-parti l-kbira mill-kreditu tiegħu lil persuni privati u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) f’pajjiżi Ewropej tax-Xlokk kienet f’euro jew fi Frank Svizzeru. Wara r-rivalutazzjoni b’mod partikolari tal-Frank Svizzeru mqabbel mal-muniti lokali, dawn ir-riskji saru parzjalment reali. |
|
(50) |
Għalkemm fil-limiti regolatorji f’dak iż-żmien, fid-dawl tal-profil tar-riskju tiegħu li jirriżulta mill-bażi ta’ klijenti fil-mira tiegħu u tal-portafoll tal-assi, il-bank kien qed jopera b’nuqqas ta’ kapital. Dan il-fattur sar problema hekk kif is-sitwazzjoni qalbet għall-agħar. Kalkolu li jinsab fil-pjan ta’ likwidazzjoni sottomess juri li mingħajr il-miżuri ta’ għajnuna, mill-2013 il-bank xorta kien ikollu proporzjon kapitali negattiv, kemm għall-proporzjon tal-Grad 1 […] kif ukoll għall-proporzjon ta’ fondi proprji globali […]. Dak il-kalkolu huwa fittizju kieku kien hemm il-ħtieġa ta’ tnaqqis drastiku jew likwidazzjoni tal-bank anki minn qabel. Skont l-Awstrija, likwidazzjoni kien ikollha effetti ta’ stabbiltà finanzjarji sistemiċi fl-Awstrija, b’mod partikolari minħabba l-garanziji ta’ obbligazzjoni fir-responsabbiltà ta’ Land Carinthia, li setgħu nħolqu f’xenarju bħal dan, iżda wkoll f’dawk il-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk fejn il-HGAA għandu sehem sinifikanti mis-suq. |
|
(51) |
Il-bank rrealizza tard wisq li l-mudell tal-operat tiegħu ma kienx qed jiffunzjona b’mod tajjeb u rreaġixxa bil-mod wisq, parzjalment minħabba l-istruttura kumplessa tal-grupp u d-diffikultà biex jiġi mmaniġġat grupp daqshekk kbir u eteroġenu. |
|
(52) |
Anki fil-bidu tal-[…], il-kwalità tal-assi fir-rigward ta’ operat ġdid kompliet tkun problematika u l-marġini ma kinux adegwati, meta jittieħdu f’kunisderazzjoni l-kostijiet korretti tar-riskju u l-kapital. |
|
(53) |
Pjanijiet ta’ ristrutturar ippreżentati minn qabel ma urewx il-vijabbiltà indipendenti tal-HGAA. |
|
(54) |
Barra minn hekk, fis-sottomissjonijiet tal-Awstrija li fuqhom hija bbażata din id-Deċiżjoni (17) ix-xenarji tal-każ bażi tal-pjan ta’ ristrutturar juru li r-riżultat tal-grupp jkun negattiv matul il-perjodu 2013-2017, filwaqt li ġiet stabbilita l-ħtieġa ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR […]. Anki x-“xenarju ta’ immaniġġar”, li ma jinkludix miżuri adegwati biex jillimitaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, juri ritorn għal profitt żgħir (ta’ […]) biss fis-sena 2017, b’telf qabel dan. Barra minn hekk, il-kostijiet potenzjali għall-estensjonijiet tal-garanziji wara l-2013 mhumiex inklużi f’dawn il-previżjonijiet. |
2.6. KONFORMITÀ PARZJALI B’IMPENJI
|
(55) |
Fid-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012 il-Kummissjoni awtorizzat il-miżuri nnotifikati mill-Awstrija fid-dawl ta’ ċerti impenji magħmula mill-Istat Membru li kienu maħsuba li jiżguraw li kemm jista’ jkun id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiġu limitati. L-impenji kellhom il-għan li jillimitaw l-attivitajiet tal-operat tal-bank, pereż. f’termini ta’ livelli ta’ dħul, kategoriji ta’ riskju tal-konsumaturi u maturitajiet, b’hekk jikkontribwixxu biex jillimitaw l-imġiba riskjuża u għalhekk il-possibbiltà ta’ espansjoni tal-operat għad-detriment tal-kompetituri. |
|
(56) |
F’Jannar 2013 l-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ekonomiċi ma kienx fattibbli għall-bank li jikkonforma ma’ dawn l-impenji kollha għal xi uħud mis-sussidjarji tiegħu. Il-Kummissjoni semmiet b’mod partikolari r-restrizzjoni rigward self fil-munita barranija, ir-restrizzjoni li jiġu limitati l-finanzi pubbliċi u impenji ta’ kreditu korporattiv għall-klijenti bi klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ […] li l-Awstrija sostniet li ma setgħux jiġu implimentati fil-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk u, għall-HBA, ir-restrizzjoni li jiġu limitati l-impenji tal-finanzi pubbliċi biex […]. |
3. IL-PJAN TA’ LIKWIDAZZJONI
|
(57) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2013 l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ likwidazzjoni li taħtu l-HGAA jiġi likwidat b’mod xieraq bil-ħin meħtieġ disponibbli biex jinbiegħu l-assi potenzjalment vijabbli filwaqt li l-kumplament tal-partijiet jitnaqqsu maż-żmien. |
|
(58) |
Skont il-pjan ta’ likwidazzjoni, it-total tal-karta bilanċjali tal-HGAA jonqos b’85 % minn EUR 43,3 biljun fit-tmiem tal-2008 għal EUR 6,56 biljun fl-2017. Fl-istess perjodu l-RWA tiegħu jonqsu b’85 % għal EUR 4,75 biljun minn EUR 32,8 biljun fit-tmiem tal-2008. |
|
(59) |
Biex tiġi implimentata din il-likwidazzjoni, pjan ta’ likwidazzjoni jippreżenta strateġija għat-tliet pilastri tal-bank, jiġifieri (i) il-bank Awstrijak (HBA), (ii) in-netwerks tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk u (iii) l-parti fl-istralċ. |
|
(60) |
Il-proċess ta’ likwidazzjoni se jitmexxa mil-livell tal-grupp ċentrali, fejn sadanittant twettaq ċertu titjib fir-rigward – inter alia – tal-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar, il-valwazzjoni tal-kollateral u l-proċeduri relatati mal-klassifikazzjonijiet (18). |
|
(61) |
B’mod ġenerali, il-pjan ta’ likwidazzjoni jitfa’ l-attenzjoni fuq it-tlestija tal-bejgħ tal-HBA, li diġà ġie introdott, u jżid l-importanza tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk bil-għan li jsir bejgħ tal-entitajiet kollha tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015. Għal dan il-għan, l-Awstrija tat numru ta’ impenji għal kull operat ġdid bil-għan li jiġi żgurat bilanċ adegwat tar-riskju u l-profitabbiltà sakemm l-entitajiet tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk ma jkunux inbiegħu. |
|
(62) |
B’mod partikolari, l-HGAA fil-prinċipju jħallas self ipotekarju ġdid biss bi proporzjon tas-self għall-valur ta’ […] % jew ogħla, il-matriċi tal-kost tal-finanzjament intern tkun proporzjonata mas-sitwazzjoni ta’ finanzjament tal-fergħa jew sussidjarja rilevanti u […] minbarra ċerti eċċezzjonijiet, jingħata biss lill-klijenti li jkollhom […]. |
IL-BEJGĦ TAL-HBA
|
(63) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013 ġie ffirmat kuntratt ma’ Anadi Financial Holdings Pte Ltd għall-bejgħ tal-ishma kollha tal-HBA, u l-għeluq tat-tranżazzjoni ta’ dan il-bejgħ attwalment mistenni li jseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 (19). |
|
(64) |
Sal-għeluq tal-bejgħ, l-HBA jkompli jiffoka fuq il-pożizzjoni tiegħu bħala bank reġjonali f’Carinthia b’fergħat fi Vjenna u Salzburg. Id-daqs tal-bank diġà tnaqqas b’mod sinifikanti u l-portafoll problematiku li jammonta għal EUR 1,99 biljun ġie trasferit qabel il-31 ta’ Diċembru 2011. Il-karta bilanċjali tal-HBA mill-31 ta’ Diċembru 2012 kienet tammonta għal EUR 4,15 biljun (filwaqt li l-karta bilanċjali sal-31 ta’ Diċembru 2008 kienet jammonta għal EUR 7,05 biljun). |
IN-NETWERK TAL-PAJJIŻI EWROPEJ TAX-XLOKK (SEE)
|
(65) |
L-attività tal-operat tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk diġà tnaqqset b’mod sinifikanti billi ngħatat attenzjoni fuq is-swieq u l-kompetenzi ewlenin fis-Slovenja, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja u l-Montenegro. Barra minn hekk, l-entitajiet operattivi f’dawn il-pajjiżi nħelsu permezz ta’ portafoll ta’ EUR 2,4 biljun u fl-2013 trasferiment ulterjuri tal-portafoll fl-ammont ta’ EUR […] huwa ppjanat, li jrid jiġi approvat mill-awtoritajiet superviżorji lokali. It-total tal-karta bilanċjali tat-total tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk jammonta għal EUR 10,11 biljun mill-31 ta’ Diċembru 2012 u se jonqos aktar għal anqas minn EUR […] wara li t-trasferiment tal-portafoll addizzjonali previst ikun intemm, li jammonta għal madwar […] % tat-total tal-karta bilanċjali meta mqabbel mal-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR 14,8 biljun). |
|
(66) |
Barra minn hekk, kien hemm bidla fl-istrateġija tal-operat ta’ dawn l-entitajiet fil-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk, li jimmiraw għat-titjib tal-bejgħ tagħhom, b’enfasi fuq l-operat fuq skala żgħira u fuq bl-imnut u l-SME. L-istrateġija ta’ finanzjament tagħhom qed tinbidel ukoll, minħabba li l-entitajiet tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk lokali qed jiffukaw biex jiġu ffinanzjati aktar lokalment minflok jiddependu żżejjed fuq il-finanzjament ipprovdut mill-grupp. L-operat il-ġdid diġà qed jiġi ffinanzjat lokalment b’mod sħiħ. |
|
(67) |
Fis-Slovenja l-enfasi tal-attivitajiet bankarji hija fuq […] u […] l-klijenti […] bil-għan li […]. […] se jitnaqqas b’mod sinifikanti bi pjan ta’ ħruġ minn […] filwaqt li l-bank jibqa’ attiv fi […]. |
|
(68) |
Fil-Kroazja l-bank jipprova […] bil-għan li […]. Għal […], l-għan huwa li jkun hemm aktar enfasi fuq […]. L-enfasi ta’ […] hija fuq […]. |
|
(69) |
Fil-Bosnja-Ħerzegovina l-enfasi se tkun dejjem aktar fuq […] flimkien ma’ […] aktar stretti, […] aħjar u […]. […] se jitnaqqas b’ […] jibqa’ l-enfasi. |
|
(70) |
Fis-Serbja l-enfasi hija fuq […] bil-għan li […]. Fir-rigward […], l-enfasi hija fuq […] kif ukoll […]. Il-bank għandu l-għan li […], anki għat-twettiq ta’ portafolli. |
|
(71) |
Fil-Montenegro […] jiffoka fuq […], u fuq […]. |
|
(72) |
Il-bidla fl-enfasi u l-istrateġija tal-operat tal-banek tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk għandhom il-għan li jżidu l-opportunitajiet li l-entitajiet jistgħu jinbiegħu matul iż-żmien. Il-pjan ta’ likwidazzjoni jipprovdi li n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk ikunu jistgħu jinbiegħu b’mod sħiħ jew f’partijiet sat-30 ta’ Ġunju 2015. Kull bejgħ isir permezz ta’ proċeduri ta’ bejgħ miftuħa u trasparenti fejn ix-xerrejja jkollhom l-għażla li jiksbu n-netwerk kollu jew parti minnu. |
|
(73) |
Kull parti tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk mhux mibjugħa sat-30 ta’ Ġunju 2015 tieqaf immedjatament milli twettaq opera ġdid u tiġi trasferita għall-unità fl-istralċ (20). |
L-UNITÀ FL-ISTRALĊ
|
(74) |
L-għan tal-unità fl-istralċ huwa li jnaqqas l-entitajiet ta’ stralċ kollha u l-portafolli malajr kemm jista’ jkun. |
|
(75) |
L-attivitajiet fl-Italja diġà jinsabu fi stralċ. L-għan huwa li jitwettaq proċess ta’ stralċ ordnat filwaqt li jiġi evitat irtirar f’daqqa ta’ depożiti (21). |
|
(76) |
Barra minn hekk, il-parti fl-istralċ tinkludi kull portafoll ieħor li ġie identifikat biex jiġi stralċjat (inklużi l-entitajiet li waqqfu l-operat il-ġdid inklużi s-sussidjarji tal-Maċedonja, l-Ukraina, il-Bulgarija, il-Ġermanja u l-Ungerija), kif ukoll l-ishma f’kumpaniji industrijali u turistiċi. |
|
(77) |
Fil-qosor, il-parti fl-istralċ tinkludi b’mod partikolari:
|
|
(78) |
Sal-2017, il-ħtiġijiet kapitali kumulattivi stmati (l-aktar minħabba l-valwazzjoni negattiva tal-valur kontabilistiku tal-entitajiet li jridu jinbiegħu, minħabba aktar telf fuq portafolli differenti u minħabba l-ħtieġa ta’ rifinanzjament) jammontaw għal madwar EUR 2,6 biljun f’każ bażi u sa EUR 5,4 biljun f’każ pessimistiku ta’ stress negattiv. Il-pjan ta’ likwidazzjoni jassumi wkoll ħtiġijiet ta’ likwidità addizzjonali skont jekk il-kapital jiġix provdut fi flus jew permezz ta’ garanzija. Skont is-suppożizzjoni li l-kapital jiġi provdut f’forma likwida, il-ħtiġijiet ta’ likwidità addizzjonali meħtieġa tal-HGAA sal-2017 jammontaw għal EUR 2,5 biljun f’każ bażiku, u huwa stmat li jilħqu EUR 3,3 biljun f’każ pessimistiku ta’ stress (23). |
|
(79) |
Madankollu, minħabba li skont l-Awstrija għażliet differenti għadhom qed jiġu eżaminati għall-parti fl-istralċ, dawn l-estimi jistgħu jinbidlu. Pereżempju, l-Awstrija ddikjarat li qed tanalizza l-għażla li twaqqaf kumpanija maniġerjali tal-assi (“KMA”), li tippermetti lill-HGAA biex jittrasferixxi l-assi ta’ stralċ lil dik l-entità, li toperaw mingħajr liċenzja bankarja. Trasferiment bħal dan jaffettwa l-perjodu ta’ żmien li fih il-kapital ikunu meħtieġ. |
L-IMPENJI PPROVDUTI MILL-AWSTRIJA
|
(80) |
L-Awstrija ddeċidiet li tiżgura li pjan ta’ likwidazzjoni mressaq fid-29 ta’ Ġunju 2013, kif emendat l-aħħar mill-komunikazzjoni tal-Awstrija tas-27 ta’ Awwissu 2013, jiġi implimentat b’mod sħiħ, inklużi l-impenji stabbiliti fl-Anness, u skont l-iskeda stipulata f’dan l-Anness. |
4. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(81) |
Il-Kummissjoni tfakkar li tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward il-kumpatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar għall-HGAA mas-suq intern minħabba li kellha dubji serji, abbażi tal-pjanijiet għar-ristrutturar ippreżentati minn qabel, jekk l-HGAA jkunx jista’ jirrestawra mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tiegħu. Il-Kummissjoni kienet esprimiet ukoll dubji dwar jekk kienx hemm kondiviżjoni tal-piżijiet b’mod xieraq u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kinux limitati biżżejjed. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni ripetutament esprimiet tħassib dwar il-kapaċità tal-HGAA li jirrestawra mill-ġdid il-vijabbiltà tiegħu (24), u semmiet dubji serji b’mod ċar fir-rigward tal-mudell tal-operat (25). Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk l-HGAA jkunx kapaċi jħallas il-kapital tiegħu b’mod suffiċjenti, li huwa prerekwiżit għal bank biex jitqies li huwa vijabbli (26). Fid-deċiżjoni ta’ salvataġġ tagħha ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni diġà talbet lill-Istat Membru biex jikkunsidra l-għażla ta’ stralċ tal-bank b’mod ordnat (27). |
|
(83) |
Fil-valutazzjoni tal-vijabbiltà, il-Kummissjoni qajmet dubji relatati b’mod partikolari mal-istrateġija ta’ finanzjament (28), il-kwalità tal-assi (29) u l-istrutturi ta’ kontroll interni (30). Fil-premessa 37 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kwalità tal-operat il-ġdid tal-HGAA. |
|
(84) |
Rigward il-kondiviżjoni tal-piżijiet, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2009 (31) u d-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009 (32) jsemmu l-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet bejn BayernLB u l-proprjetarji preċedenti tal-HGAA (GRAWE u Land Carinthia). Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2009 fil-premessa 102 ssemmi nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet fost il-proprjetarji kapitali ibridi tal-HGAA. |
|
(85) |
Il-premessa 41 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010 tikkontesta jekk il-kapital injettat fl-HGAA mill-Awstrija skont il-kundizzjonijiet tal-iskema Awstrijaka huwiex imħallas b’mod suffiċjenti minħabba li l-bank kien ikkunsidrat bħala fundamentalment b’saħħtu mill-Awstrija u għalhekk ibbenefika minn rati ta’ rimunerazzjoni bi prezz aktar baxx milli kieku kien ikkunsidrat bħala bank f’diffikultà. |
|
(86) |
Dwar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni, abbażi tal-pjanijiet preċedenti mressqa mill-Awstrija, staqsiet jekk il-limitu tat-tnaqqis tad-daqs tal-bilanċ ikunx suffiċjenti (33) u ripetutament sejħet għal miżuri biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (34). Fid-dawl tal-ammont ta’ għajnuna li dejjem tiżdied il-Kummissjoni ripetutament sejħet għal miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (35). |
5. KUMMENTI MINGĦAND PARTIJIET INTERESSATI
|
(87) |
Ma waslu l-ebda kummenti mingħand partijiet interessati. |
6. IL-KUMMENTI TAL-AWSTRIJA
|
(88) |
Il-kummenti tal-Awstrija jiffokaw l-aktar dwar it-trattament tal-Kummissjoni tal-għajnuna mill-Istat lil BayernLB. Fid-Deċiżjoni tagħha tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża SA. 28487 (C16/2009) (36) dwar l-għajnuna għar-ristrutturar lil BayernLB, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-garanzija mir-Repubblika tal-Awstrija fuq il-likwidità tammonta għal EUR 2,638 biljun li BayernLB, fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ salvataġġ tal-2009, qabel li titħalla fl-HGAA, kienet tikkostitwixxi f’għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju ta’ BayernLB u sussegwentement awtorizzat il-miżura ta’ għajnuna minħabba li hija kompatibbli mas-suq intern. Fil-5 ta’ Ottubru 2012, l-Awstrija ressqet rikors għal annullament (37) kontra din id-deċiżjoni, bl-argument b’mod partikolari li l-Kummissjoni kienet naqset milli turi għaliex il-miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern u sosniet li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna għall-benefiċċju ta’ BayernLB. |
|
(89) |
L-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-impenji stabbiliti fl-Anness jiġu mħarsa b’mod sħiħ. |
7. VALUTAZZJONI
Il-valutazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar għandha tinkludi l-għajnuna kollha mogħtija lill-HGAA mill-2008.
7.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(90) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat f’kull forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tkun inkompatibbli mas-suq intern, jekk taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(91) |
Il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat tirrikjedi li dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati: (i) il-miżura trid tiġi ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) il-miżura għandha tagħti vantaġġ responsabbli biex tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet li huma kumulattivi, iridu jkunu kollha preżenti qabel ma l-miżura tiġi kkaratterizzata bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(92) |
Il-premessi minn 51 sa 56 tad-deċiżjoni li tapprova l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek jikkonfermaw li kull miżura mogħtija fil-kuntest ta’ din l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li hija diġà stabbilit fil-premessi minn 48 sa 53 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ tal-2009, il-premessa 25 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Lulju 2011 u l-premessa 16 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012 li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat jiġu ssodisfati għall-miżuri ta’ għajnuna elenkati f’a) u b) u li għalhekk dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna. Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha kif jiġi spjegat hawn taħt. |
(a) Il-miżuri pprovduti mill-Awstrija bl-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek
|
(93) |
Il-miżuri kollha mogħtija bl-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek, jiġifieri rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 900 miljun u l-garanziji ta’ EUR 1,35 biljun li ġew riċevuti fl-2008, jikkostitwixxu għajnuna kif stabbilit fil-premessi minn 51 sa 56 tad-deċiżjoni li japprovaw din l-iskema. |
(b) Aktar miżuri mogħtija mill-Awstrija
|
(94) |
Minbarra l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek, l-Awstrija awtorizzat rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 450 miljun, garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun (li sadanittant intemmet), garanzija tal-assi ta’ EUR 200 miljun, żieda tal-kapital ta’ EUR 500 miljun fil-forma ta’ ishma u garanzija fuq strumenti subordinati tal-kapital tal-Grad 2 b’valur nominali ta’ EUR 1 biljun. |
|
(95) |
Kemm l-injezzjoni tal-kapital u l-garanziji jingħataw minn riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dawn jingħataw lil impriża unika u, għaldaqstant, huma selettivi. Dawn jingħataw b’kundizzjonijiet li ma jkunux disponibbli għall-HGAA fis-swieq, li mhuwiex ikkontestat mill-Awstrija. Minħabba li l-HGAA huwa impriża attiva fis-settur finanzjarju, li hija miftuħa għal kompetizzjoni internazzjonali kbira, kull vantaġġ minn riżorsi tal-Istat lill-HGAA għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ intern tal-UE u jfixkel il-kompetizzjoni. Dawn is-sejbiet kienu diġà ġew stabbiliti fil-premessa 16 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012 u huma kkonfermati f’din id-Deċiżjoni. |
(c) Ir-rikapitalizzazzjoni minn BayernLB
|
(96) |
BayernLB stess ġie rikapitalizzat mill-Istat Liberu tal-Bavarja fl-2008 u uża parti mill-fondi biex jirrikapitalizza s-sussidjarja tiegħu l-HGAA. Skont il-premessa 124 tad-deċiżjoni ta’ BayernLB l-ammont sħiħ tar-rikapitalizzazzjoni mogħti mill-Istat Liberu tal-Bavarja jikkostitwixxi għajnuna lil BayernLB. Minħabba li l-ammont ta’ għajnuna f’miżura waħda ma jistax jingħadd darbtejn, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni tal-HGAA minn BayernLB ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tal-HGAA. Barra minn hekk, jidher li fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni tal-HGAA BayernLB kien qed jaġixxi biex jissalvagwardja l-investiment fis-sussidjarja tiegħu, skont kunsiderazzjonijiet tal-ekonomija tas-suq, u li d-deċiżjoni tiegħu biex jirrikapitalizza l-HGAA ma tistax tiġi imputata lil Stat Membru. |
(d) Il-miżuri ta’ kontinġenza
|
(97) |
L-Awstrija tfittex l-awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna biex tkopri l-kapital li jista’ potenzjalment jinħoloq u l-ħtiġijiet ta’ likwidità li f’xenarju ta’ stress jistgħu jammontaw għal EUR 5,4 biljun għall-kapital u sa EUR 3,3 biljun għall-likwidità. Dawn il-miżuri ta’ għajnuna potenzjali futuri għall-istalċ tal-HGAA se jingħataw minn riżorsi tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dawn jingħataw lil impriża unika u, għaldaqstant, huma selettivi. Minħabba li dawn jingħataw b’kundizzjonijiet li ma jkunux disponibbli għall-HGAA fis-swieq jikkostitwixxu vantaġġ. Minħabba li l-HGAA huwa impriża attiva fis-settur finanzjarju, li hija miftuħa għal kompetizzjoni internazzjonali kbira, kull vantaġġ minn riżorsi tal-Istat lill-HGAA għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ intern tal-UE u jfixkel il-kompetizzjoni. |
Konklużjoni rigward l-ammont totali tal-għajnuna
|
(98) |
L-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija mill-Awstrija lill-HGAA permezz tat-tisħiħ tal-kapital huwa ta’ EUR 3,15 biljun (li jinkludi EUR 300 miljun ta’ garanziji tal-assi li jkollhom l-istess effett bħal injezzjoni ta’ kapital). Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 9,6 % tal-RWA tal-HGAA fl-2008. Barra minn hekk, l-HGAA rċieva ammont totali ta’ EUR 1,35 biljun f’garanziji. Barra minn hekk, l-Awstrija talbet l-awtorizzazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna potenzjali li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-kapital futuri fl-istralċ tal-HGAA li f’każ ta’ stress jistgħu jiżdiedu sa EUR 5,4 biljun, li jwassal għal ammont totali ta’ għajnuna f’termini ta’ kapital u garanziji tal-assi ta’ EUR 8,55 biljun li jkun daqs 26 % tal-RWA. Barra minn hekk, l-Awstrija talbet l-awtorizzazzjoni ta’ miżuri ta’ likwidità li jammontaw għal EUR 3, 3 biljun. |
7.2. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
7.2.1. Applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE
|
(99) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jistipula li l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta tingħata “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(100) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat għajnuna mill-Istat tista’ tinstab kompatibbli mas-suq intern jekk tintuża biex “tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Minkejja l-irkupru ekonomiku bil-mod mill-bidu tal-2010, il-Kummissjoni xorta tikkunsidra li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-Istat li għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jibqgħu jiġu ssodisfati minħabba l-istress persistenti fis-swieq finanzjarji. F’lulju 2013 il-Kummissjoni kkonfermat dan billi adottat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (38). |
|
(101) |
F’okkażjoni preċedenti l-Bank Ċentrali Awstrijak diġà kkonferma li l-HGAA kien bank b’importanza sistemika għas-suq finanzjarju fl-Awstrija u fix-Xlokk tal-Ewropa u tenna dan permezz tal-ittra tat-3 ta’ Diċembru 2012. Mingħajr il-miżuri ta’ għajnuna l-awtoritajiet superviżorji setgħu għalqu l-HGAA minħabba l-ksur tar-rekwiżiti kapitali tiegħu. |
|
(102) |
L-għeluq f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ bank, bħall-għeluq tal-HGAA, li jitqies minn Stat Membru li jkun ta’ importanza sistemika, jista’ jaffettwa direttament is-swieq finanzjarji u b’hekk anki l-ekonomija globali ta’ Stat Membru. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġli kurrenti tas-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għalhekk tkompli tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju fuq l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
7.2.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(103) |
Il-miżuri kollha identifikati bħala għajnuna mill-Istat ġew ipprovduti fil-kuntest tar-ristrutturar u l-likwidazzjoni tal-HGAA. Il-Komunikazzjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (39) (“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturar u għal-likwidazzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali jkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, għandu (i) iwassal għal ritorn għall-vijabbiltà tal-bank, (ii) jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti mill-benefiċjarju stess (kondiviżjoni tal-piżijiet) u jiġi żgurat li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u (iii) jinkudi biżżejjed miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
Ir-restawr tal-vijabbiltà
|
(104) |
Kif indikat il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-Istat Membru għandu jipprovdi pjan ta’ ristrutturar komprensiv li juri kif l-vijabbiltà fit-tul tal-entità tiġi rrestawrata mill-ġdid mingħajr l-għajnuna mill-Istat fi żmien raġonevoli u fi żmien massimu ta’ ħames snin. Skont il-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital bil-kapaċitajiet tiegħu stess, b’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Biex bank jagħmel dan, għandu jkun kapaċi jkopri l-kostijiet kollha tiegħu u jipprovdi redditu xieraq għall-ekwità, filwaqt li jikkunsidra l-profil tar-riskju tal-bank. Il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistipula li l-vijabbiltà fit-tul teħtieġ li kull għajnuna mill-Istat jew tiġi riċevuta inkella tiġi mifdija maż-żmien jew titħallas skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq, b’hekk jiġi żgurat li kull forma ta’ għajnuna mill-Istat addizzjonali tintemm. |
|
(105) |
Il-pjanijiet ta’ ristrutturar mressqa minn qabel għall-HGAA ma wasslux għall-konklużjoni li restawr tal-vijabbiltà tal-grupp kollu huwa fattibbli. |
|
(106) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li finanzjament irħis li jirriżulta mill-garanziji offruti minn Carinthia se jintemm maż-żmien u li l-proċess ta’ rkupru rapidu tal-ekonomiji tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk waqaf. |
|
(107) |
Bħala riżultat, il-bank ma jistax iħallas adegwatament il-kapital tiegħu jew iħallas lura l-kapital tal-Istat u b’hekk jikseb restawr tal-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Għaldaqstant, ma jidhirx li huwa possibbli li tiġi rrestawrata mill-ġdid il-vijabbiltà għall-HGAA fuq bażi awtonoma. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li d-dubji tagħha fir-rigward tar-restawr tal-vijabbiltà ma ġewx solvuti. |
|
(108) |
Kif stabbilit fil-punt 9 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar kull pjan ta’ ristrutturar għandu jinkludi paragun mal-għażliet alternattivi, inkluża d-diviżjoni, jew l-assorbiment minn bank ieħor. F’każ li bank ma jkunx jista’ jirrestawra l-vijabbiltà, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jindika kif dan jista’ jiġi stralċjat b’mod ordnat. Il-punt 21 jistipula li stralċ ordnat jew l-irkant ta’ bank fallut għandhom dejjem jitqiesu f’każ li bank ma jkunx jista’ jirrestawra b’mod kredibbli l-vijabbiltà fit-tul. |
|
(109) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi ssottomettew pjan ta’ likwidazzjoni li jipprovdi għal din it-tip ta’ strateġija għal stralċ ordnat. Il-pjan imressaq jistabbilixxi l-bejgħ tal-entitajiet operattivi, l-HBA Awstrijak (li għalih diġà ġie ffirmat kuntratt ta’ bejgħ) u n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk, permezz ta’ proċedura miftuħa sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju 2015. Il-kumplament tal-partijiet kollha jiddaħħlu fi proċess ta’ stralċ ikkontrollat u ordnat. F’dan il-kuntest l-Awstrija timpenja ruħha li mill-1 ta’ Lulju 2013 l-entità Taljana HBI ma twettaqx operat ġdid. F’każ li l-bejgħ tal-unitajiet tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk operattivi ma jkunx fattibbli sat-30 ta’ Ġunju 2015, iwaqqfu wkoll l-operat il-ġdid u jiġu stralċjati. Għaldaqstant, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015 l-HGAA mhux se jibqa’ impriża attiva fis-settur finanzjarju. |
|
(110) |
Il-bejgħ tal-entitajiet operattivi se jsir permezz ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet, li se jippermettu lill-parteċipanti tas-suq kollha interessati biex jagħmlu offerta għall-entitajiet. Proċeduri kompetittivi bħal dawn jiżguraw li l-aħjar offerta tikkostitwixxi l-prezz tas-suq, u b’hekk teskludi għajnuna lix-xerrej (40). Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm għajnuna lil xerrej, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna b’mod separat. |
|
(111) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-entitajiet li se jinbiegħu jistgħux jikkostitwixxu kontinwità ekonomika tal-HGAA u l-miżuri ta’ għajnuna jistgħu għalhekk jikkostitwixxu għajnuna lil dawn l-entitajiet, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li għadu mhux ċar jekk in-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk humiex se jinbiegħu kollha kemm huma lil xerrej wieħed jew jekk ix-xerrejja diversi se jakkwistaw partijiet tan-netwerk attwali. |
|
(112) |
Biex tiġi żgurata kontinwità ekonomika, dawn il-fatturi li ġejjin fost oħrajn jistgħu jiġu kkunsidrati: is-suġġett tat-trasferiment, il-prezz tat-trasferiment, l-identità tal-azzjonisti jew il-proprjetarji tal-impriża l-ġdida u tal-impriża inizjali jew il-loġika ekonomika tal-operat (41). |
|
(113) |
L-ewwel nett il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna mogħtija ma kinitx assenjata biex jiġu indirizzati l-problemi tal-entitajiet operattivi individwali fl-Awstrija jew tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk iżda tal-HGAA bħala grupp. L-ebda mis-sussidjarji fil-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk jew l-HBA ma jirrappreżentaw il-qalba tal-operat tal-HGAA u l-entitajiet li se jinbiegħu jirrappreżentaw biss parti tal-assi tal-HGAA. Barra minn hekk, il-mudell tal-operat tal-entitajiet li se jinbiegħu huwa differenti mill-mudell tal-operat tal-HGAA, li kien grupp bankarju internazzjonali li jiddependi fuq finanzjament irħis fil-biċċa l-kbira bbażat fuq garanziji mill-Istat minn Carinthia u jenfasizza fuq l-espansjoni rapida li tibbenefika mill-potenzjali tal-irkupru tas-swieq emerġenti. Fil-futur, il-finanzjament tas-sussidjarji tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk mhux se jibqa’ dipendenti fuq garanziji mill-Istat iżda se jkun ibbażat fuq finanzjament lokali (u għalhekk aktar għali), li jkun jeħtieġ approċċ aktar prudenti fir-rigward tal-marġini u l-ġestjoni tar-riskju. Filwaqt li l-HGAA ffoka aktar fuq l-operat fuq skala kbira u l-klijenti ewlenin, l-entitajiet li se jinbiegħu se jiffokaw fuq l-operat tal-SMEs. Fil-prattika l-entitajiet li se jinbiegħu se jimmiraw lejn bażi ta’ klijenti differenti. |
|
(114) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-bejgħ tal-entitajiet operattivi huwa mfassal biex jiġi massimizzat il-valur tal-assi tal-HGAA qabel il-likwidazzjoni fl-interess tal-kredituri tiegħu. |
|
(115) |
Abbażi tal-fatt li l-azzjonisti tal-HGAA u l-entitajiet li se jinbiegħu mhux se jkunu identiċi, u tal-loġika ekonomika tal-operat tal-bejgħ, il-Kummissjoni tqis li ladarba l-entitajiet operattivi jinbiegħu u l-HGAA ma jibqax jiffunzjona, ma jkun hemm l-ebda kontinwazzjoni tal-attività ekonomika tal-HGAA. |
|
(116) |
Il-pjan ta’ likwidazzjoni jistabbilixxi li ċerti assi se jittieħdu mill-entitajiet operattivi li għandhom jinbiegħu. Din is-separazzjoni se ttejjeb il-kapaċità ta’ finanzjament tal-entitajiet u ttejjeb il-medja tal-kwalità tal-assi tal-kumplament tal-karta bilanċjali, b’hekk tikkontribwixxi għall-kummerċjabilità tal-entitajiet rispettivi. |
|
(117) |
Il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li l-ħolqien ta’ “bank tal-assi tajbin” awtonomu mill-assi “tajbin” flimkien mal-obbligazzjonijiet ta’ bank eżistenti jista’ jkun triq aċċettabbli lejn il-vijabbiltà, sakemm din l-entità l-ġdida ma tkunx f’pożizzjoni li twassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni mingħajr bżonn. F’dan ir-rigward, il-ħolqien ta’ parteċipazzjoni ta’ pajjiż Ewropew tax-Xlokk jew raggruppament ta’ ċerti assi mill-HBInt għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiż Ewropew tax-Xlokk bil-għan li tinħoloq unità bankarja vijabbli u kummerċjabbli tkun soluzzjoni aċċettabbli (42). |
|
(118) |
Il-problema tal-kwalità tal-assi, li tirriżulta minn kemm il-portafoll tal-legati kif ukoll impenji riskjużi aktar riċenti, ma kienx possibbli li tiġi solvuta fuq bażi ta’ operat avvjat minħabba ż-żieda tal-kostijiet marbuta ma’ riskji u indeboliment. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ likwidazzjoni ppreżentat mill-Awstrija li l-assi problematiċi jiġu trasferiti dejjem aktar għall-unità ta’ stralċ huwa l-istrateġija adatta. |
|
(119) |
F’dak li jirrigwarda l-finanzjament previst fil-pjan ta’ likwidazzjoni, l-entitajiet li se jinbiegħu se jikkonċentrataw aktar fuq il-finanzjament lokali u jfittxu li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-finanzjament tal-operaturi pprovdut mill-HGAA. Il-Kummissjoni tilqa’ din il-bidla fl-istrateġija ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni tinnota li se jkun hemm impenn ta’ finanzjament kontinwu mill-HGAA għall-entitajiet li se jinbiegħu. |
|
(120) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ likwidazzjoni jipprovdi għal tnaqqis sinifikanti fl-attivitajiet ta’ lokazzjoni tal-HGAA, li kienu sors ewlieni għall-problemi tiegħu fil-passat minħabba li attivitajiet ta’ lokazzjoni għandhom profitt relattivament baxx meta mqabbel mar-riskji tagħhom u r-rekwiżiti ta’ finanzjament. Dan it-tnaqqis se jikkontribwixxi b’mod pożittiv ukoll għall-kummerċjabilità tal-entitajiet operattivi. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vijabbiltà tal-HGAA ma tistax tiġi rrestawrata mill-ġdid u li l-istrateġija tal-istralċ ordnat għall-HGAA kif imressqa mill-Awstrija hija mezz xieraq biex jiġi trattat l-HGAA minħabba li mhuwiex possibbli li tiġi rrestawrata mill-ġdid il-vijabbiltà tal-bank. |
Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(122) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li kontribuzzjoni adegwata mill-benefiċjarju hija meħtieġa biex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu u biex tiġi indirizzata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll il-periklu morali. Għal dan il-għan, din tipprovdi li (i) kemm il-kostijiet tar-ristrutturar kif ukoll l-ammont ta’ għajnuna għandhom jiġu limitati u (ii) kontribuzzjoni proprja sinifikanti hija meħtieġa. |
|
(123) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tipprovdi wkoll li, sabiex l-għajnuna tinżamm limitata għall-minimu, il-bank għandu l-ewwel juża r-riżorsi proprji tiegħu biex jiffinanzja r-ristrutturar. Il-kostijiet assoċjati mar-ristrutturar għandhom mhux biss jitħallsu mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fil-bank. Dan l-objettiv jinkiseb b’mod partikolari billi jiġi assorbit it-telf b’kapital disponibbli. |
|
(124) |
L-ewwel nett, l-azzjonisti preċedenti kollha tal-HGAA biegħu l-ishma tagħhom lir-Repubblika tal-Awstrija għal prezz simboliku ta’ EUR 1, li naqqas ir-riskju li l-azzjonisti preċedenti jibbenefikaw mill-miżuri ta’ għajnuna. Il-proprjetarji preċedenti pprovdew ukoll lill-HGAA b’kapital jew likwidità, li ntużaw biex jiġi kopert it-telf u tittejjeb is-sitwazzjon tal-likwidita. |
|
(125) |
Fil-perjodu ta’ żmien ta’ dan il-bejgħ l-azzjonist ewlieni tal-HGAA kien BayernLB. B’kollox, BayernLB ikkontribwixxa madwar EUR 1,5 biljun f’kapital filwaqt li rrinunzja għal aktar drittijiet tas-sjieda, anki għal possibbiltà ta’ rimunerazzjoni addizzjonali. BayernLB ikkontribwixxa wkoll madwar EUR 4,3 biljun f’likwidità lill-HGAA. Barra minn hekk, BayernLB iffaċċa telf fil-valur sinifikanti meta biegħ l-ishma tal-HGAA li jikkontribwixxi biex jiġi indirizzat il-periklu morali b’konformità mal-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-ammont ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet mill-proprjetarju preċedenti BayernLB huwa sinifikanti u xieraq. |
|
(127) |
Din il-konklużjoni mhux se tkun effettwata bl-eżitu finali tal-kawża għaddejja dwar ir-rimborż tas-self pendenti lil BayernLB. Jekk BayernLB jitlef il-kawża, l-ammont ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet kien ikun saħansitra ogħla. Jekk BayernLB kellu jirbaħ il-kawża, l-ammont ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet kif ivvalutat f’din id-Deċiżjoni ma jinbidilx. |
|
(128) |
Il-kontribuzzjoni ta’ GRAWE tikkonsisti kemm f’kapital kif ukoll miżuri ta’ likwidità. L-injezzjoni ta’ kapital inizjali ta’ GRAWE fl-HGAA li tammonta għal EUR 30 miljun, sadanittant tnaqqset għal madwar EUR 9 miljun permezz ta’ deċiżjoni mir-Repubblika tal-Awstrija bħala l-uniku azzjonist tal-bank li jalloka l-kapitali għal assorbiment ta’ telf (tnaqqis tal-kapital). Grawe pprovdiet ukoll likwidità lill-HGAA. |
|
(129) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kondiviżjoni tal-piżijiet ta’ GRAWE hija suffiċjenti. |
|
(130) |
Fir-rigward ta’ Land Carinthia, il-Kummissjoni tosserva li Land Carinthia kkontribwixxa għal kondiviżjoni tal-piżijiet bl-injezzjoni ta’ kapital li sadanittant tnaqqset b’mod sinifikanti permezz ta’ tnaqqis tal-kapital. |
|
(131) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kondiviżjoni tal-piżijiet ta’ GRAWE hija suffiċjenti. |
|
(132) |
Il-fatt li r-remunerazzjoni fuq il-kapital ta’ parteċipazzjoni għal GRAWE u Land Carinthia hija ogħla mir-remunerazzjoni għall-kapital injettat minn BayernLB huwa ġustifikat minħabba li BayernLB pprovda tip differenti ta’ strument kapitali. B’kuntrast ma’ GRAWE u Land Carinthia, BayernLB ma pprovda l-ebda kapital ta’ parteċipazzjoni, iżda sempliċement irrinunzja għad-drittijiet kollha li rriżultaw minn strumenti kapitali u xi likwidità. Għalhekk BayernLB ipprovda livell ogħla ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet li jidher li huwa adegwat minħabba li BayernLB kien il-proprjetarju ewlieni tal-HGAA qabel l-akkwiżizzjoni tal-bank mill-Awstrija. |
|
(133) |
Kwistjoni oħra hija jekk għall-kapital ta’ parteċipazzjoni fl-HGAA mill-Awstrija skont il-kundizzjonijiet tal-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek titħallasx rimunerazzjoni b’mod suffiċjenti. Għandu jitfakkar li skont l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek kien hemm żewġ rati differenti ta’ interessi li għandhom jitħallsu skont jekk il-bank li ngħata l-għajnuna kienx f’diffikultà jew fundamentalment b’saħħtu. L-HGAA kien ikkunsidrat bħala fundamentalment b’saħħtu mill-Awstrija u għalhekk ħallas rati ta’ rimunerazzjoni aktar baxxi milli kieku kien meqjus bħala bank f’diffikultà. |
|
(134) |
Dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li l-kumplament tal-kapital ta’ parteċipazzzjoni jibqa’ fl-HBInt, u b’hekk anki mal-parti fl-istralċ tal-HGAA. Minħabba li l-parti fl-istralċ ma għadhiex iżjed attiva fis-suq u l-vijabilità tal-HGAA ma tistax tiġi rrestawrata (sabiex l-HGAA jiġi likwidat), il-Kummissjoni tikkunsidra li rimunerazzjoni baxxa tista’ tiġi aċċettata fil-każ preżenti. |
|
(135) |
Alpe Adria Mitarbeiterstiftung kien l-iżgħar proprjetarju tal-HGAA b’sehem ta’ 0,02 %. Is-sehem tiegħu kien inbiegħ ukoll għal EUR 1 meta r-Repubblika tal-Awstrija kisbet HGAA f’Diċembru 2009. Minħabba t-telf komplet ta’ kull dritt tal-azzjonisti mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet huwa suffiċjenti, b’mod partikolari meta jitqies id-daqs relattivament żgħir meta mqabbel mal-proprjetarji l-oħra. |
|
(136) |
Fir-rigward tad-detenturi ta’ kapital ibridu, l-HGAA ħa għadd ta’ passi biex jiżgura kondiviżjoni tal-piżijiet tagħhom billi reġa’ xtara dawn l-istrumenti taħt il-valur nominali jew ikkanċellahom għal kollox, li ġġenera effett ta’ kapital sinifikanti. |
|
(137) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ħafna strumenti kapitali ibridi kif ukoll l-istrumenti tal-kapital ta’ parteċipazzjoni jrendu biss dividendi jew ħlas tal-kupuni f’każ ta’ qligħ. Minħabba n-nuqqas ta’ profitabilità tal-bank f’dawn l-aħħar snin, id-detenturi ta’ dawn l-istrumenti ma rċevewx pagamenti bħal dawn. Barra minn hekk, fil-ġejjieni se jkun hemm restrizzjonijiet fuq dividendi u ħlas tal-kupuni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm kondiviżjoni tal-piżijiet suffiċjenti mid-detenturi ta’ dawn l-istrumenti. |
|
(138) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan tal-likwidazzjoni tal-HGAA jipprovdi sistema xierqa ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. |
Limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(139) |
Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar titlob li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi l-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Miżuri bħal dawn għandhom jitfasslu b’mod speċifiku sabiex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-swieq fejn il-benefiċjarju jopera wara r-ristrutturar. F’dan il-każ jeħtieġ li jiġi żgurat li l-entitajiet li jibqgħu attivi fis-suq qabel ma finalment jinbiegħu ma jużawx riżorsi tal-Istat riċevuti b’mod li jkun detrimentali għall-kompetituri u ma jaġixxux b’mod li jfixkel. |
|
(140) |
Għal dan il-għan, l-Awstrija tikkonforma mar-restrizzjonijiet tal-operat stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness li jiżgura li sal-bejgħ id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-eżistenza u l-attivitajiet tal-entitajiet operattivi jinżammu kemm jista’ jkun għal minimu. |
|
(141) |
In-natura u l-forma tal-miżuri tal-kompetizzjoni jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwel nett, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-swieq li fihom il-benefiċjarju jopera. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-HGAA rċieva għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 3,15 biljun f’kapital u garanziji tal-assi u EUR 1,35 biljun f’garanziji ta’ likwidità u, għal skopijiet tal-proċess tal-istralċ, fil-futur jista’ jirċievi għajnuna addizzjonali mill-Istat sa EUR 5,4 biljun f’kapital u EUR 3,3 biljun f’likwidità. |
|
(143) |
L-ammont totali tal-għajnuna f’kapital u garanziji tal-assi jammonta għal EUR 8,55 biljun, li huwa ekwivalenti għal madwar 26 % tal-RWA tal-HGAA ta’ EUR 32,8 biljun mill-31 ta’ Diċembru 2008. L-ammont ta’ għajnuna mogħtija huwa għalhekk kbir ħafna, li jeħtieġ miżuri xierqa. |
|
(144) |
Il-punt 35 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-miżuri strutturali bħalma huma żvestimenti għandhom jiffavorixxu d-dħul ta’ kompetituri filwaqt li jippermettu li l-proċess ta’ ħruġ iseħħ f’perjodu xieraq li jippreżerva l-istabbiltà finanzjarja. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ likwidazzjoni jipprovdi għal stralċ ordnat li sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015 l-HGAA ma jibqax jiffunzjona bħala attur ekonomiku attiv fis-swieq u jtemm l-attivitajiet li ma jkunux inbiegħu sa dak iż-żmien. |
|
(146) |
Fir-rigward tal-attività kontinwa tal-entitajiet tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk sal-bejgħ tagħhom, l-Awstrija ressqet numru ta’ impenji fir-rigward tal-operat il-ġdid li għandu jiġi segwit minn dawn l-entitajiet, biex tiġi evitata kull distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni fil-perjodu ta’ żmien sal-bejgħ. |
|
(147) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni partikolarment b’mod pożittiv tieħu nota tar-restrizzjonijiet tal-operat il-ġdid li l-Awstrija u l-HGAA huma impenjati fih: Wara li jitqiesu l-kostijiet tar-riskji kif ukoll tal-finanzjament redditu minimu ta’ […] % fis-sena għandu jitħallas għall-operat il-ġdid. Redittu minimu għall-operat il-ġdid jiżgura li l-entitajiet operattivi ma jidħlux fi prattiki ta’ prezzijiet kontra l-kompetizzjoni filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-profittabbiltà fit-tul tagħhom. F’dan is-sens, il-bank jimpenja ruħu għal-limitazzjonijiet fuq il-maturitajiet tal-operat il-ġdid sabiex it-trasformazzjoni tal-maturità tikkontribwixxi biss b’mod limitat għall-profittabilità. […] (43) […]. Fir-rigward […], l-Awstrija pprovdiet impenn addizzjonali li jillimita […] lill-klijenti tal-operat bir-rata ta’ […] jew aħjar u volum totali ta’ mhux aktar minn EUR […]. Dan l-impenn itaffi r-riskji assoċjati mal-iżvalutazzjoni tal-munita u jillimita l-volum li fih il-bank jista’ jkun attiv f’dan is-segment tas-suq. Fil-qosor, dawn ir-restrizzjonijiet iservu kemm biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul kif ukoll tiġi llimitata l-kapaċità kompetittiva tal-entitajiet rispettivi. |
|
(148) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva b’mod pożittiv l-impenji rigward ġestjoni tar-riskju msaħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-gradazzjoni mill-ġdid annwali tal-iskoperturi kollha ogħla minn EUR […] u l-impenn li fil-finanzi bl-imnut u pubbliċi l-bank jopera ma’ klijenti bir-rata ta’ […] (44). Dawn l-impenji jiżguraw li l-kondotta tal-operat tkun prudenti u l-entitajiet li ġew affettwati jevitaw strateġija ta’ operat riskjuża. L-operat isir b’mod li l-ħteġijiet tal-profitabbiltà jkunu bbilanċjati mal-kunsiderazzjonijiet ta’ kontroll tar-riskju meħtieġa. Fl-istess ħin, l-impenji jipprekludu wkoll strateġija ta’ espansjoni aggressiva fis-suq. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni tosserva b’mod pożittiv l-iskop doppju tal-impenji stabbiliti fil-premessi 147 u 148. L-ewwel nett, dawn jikkontribwixxu biex iżidu l-bejgħ tal-operat minħabba li l-ebda operat riskjuż ma jitwettaq, u t-tieni nett, dawn inaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni billi jirrestrinġu mġiba aggressiva, u b’hekk jillimitaw operat ġdid. |
|
(150) |
Skont il-pjan ta’ likwidazzjoni l-partijiet operattivi kollha tal-HGAA se jkunu fi stralċ jew mibjugħa. L-Awstrija pprovdiet impenn sod rigward il-bejgħ tal-HBA u n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk (f’partijiet jew kollha flimkien) li l-bejgħ isir sat-30 ta’ Ġunju 2014 rispettivament u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015. Wara din id-data, kull operat ġdid irid jieqaf u l-HGAA joħroġ mis-suq, jew għax l-attivitajiet kollha jkunu fi proċess ta’ stralċ inkella minħabba li jkunu nbiegħu lil parti terza b’mod trasparenti. Għalhekk il-bejgħ/proċess ta’ stralċ tal-HGAA jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jillimita d-distorsjonijiet l-kompetizzjoni fil-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna, minħabba li l-HGAA se joħroġ mis-swieq. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni fraġli fis-swieq finanzjarji b’mod partikolari fil-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk tiġġustifika d-data tal-għeluq fit-tul tat-30 ta’ Ġunju 2015 għall-bejgħ tal-entitajiet f’dawn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni tinnota li l-attivitajiet Awstrijaċi diġà nbiegħu u li jekk il-bejgħ ma jkunx kompletat sat-30 ta’ Ġunju 2014 dawn l-attivitajiet se jiġu stralċjati. |
|
(152) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tinnota li sal-2017, il-kumplament tat-total tal-karta bilanċjali u l-RWA tal-HGAA se jonqsu b’madwar 85 % (sakemm il-bejgħ ikun suċċess kif ippjanat). |
|
(153) |
Flimkien ma’ dawn il-miżuri b’ambitu wiesa’, l-Awstrija impenjat ruħha fi projbizzjoni fuq reklamar tal-għajnuna mill-Istat u projbizzjoni fuq prattiki tal-operat aggressivi. Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet, li tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jittieħed il-kontroll tal-kompetituri, imma għandha sservi l-iskop maħsub tagħha, jiġifieri l-finanzjament tal-proċess ta’ likwidazzjoni. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni tilmenta dwar in-nuqqas tal-konformità kompleta tal-Awstrija mal-impenji li saru fil-qafas tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012. Il-Kummissjoni tqis, madankollu, li ksur ta’ uħud minn dawn l-impenji li dam għal perjodu ta’ żmien limitat jiġi bbilanċjat bid-diviżjoni u l-likwidazzjoni tal-bank. |
|
(155) |
Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-impenji u fid-dawl tal-konformità tal-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet kif stabbilit fil-premessi minn 122 sa 138, il-Kummissjoni tqis li hemm salvagwardji biżżejjed biex tiġi llimitata d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni minkejja l-ammont kbir ta’ għajnuna mogħtija lill-HGAA. |
KONKLUŻJONIJIET
|
(156) |
Fid-dawl tal-impenji meħuda mill-Awstrija jiġi konkluż li l-istrateġija ta’ stralċ hija f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għal-likwidazzjoni hija limitata għall-minimu neċessarju u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiġu indirizzati b’mod suffiċjenti. L-għajnuna għal-likwidazzjoni hija għalhekk kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat:
|
(a) |
ir-rikapitalizzazzjoni fl-ammont ta’ EUR 900 miljun skont l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek; |
|
(b) |
ir-rikapitalizzazzjoni fl-ammont ta’ EUR 450 miljun skont l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek; |
|
(c) |
il-garanziji ta’ EUR 1,35 biljun skont l-iskema ta’ appoġġ finanzjarju għall-banek; |
|
(d) |
il-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun; |
|
(e) |
il-garanzija tal-assi ta’ EUR 200 miljun; |
|
(f) |
ir-rikapitalizzazzjoni fl-ammont ta’ EUR 500 miljun; |
|
(g) |
il-garanzija tal-Istat fuq strumenti subordinat tal-kapital tal-Grad 2 b’valur nominali ta’ EUR 1 biljun; |
|
(h) |
kapital kontinġenti għall-istralċ tal-HGAA ta’ ammont massimu sa EUR 5,4 biljun; |
|
(i) |
Appoġġ ta’ likwidità kontinġenti ta’ ammont massimu sa EUR 3,3 biljun. |
2. L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-impenji stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
L-Awstrija tiżgura li l-pjan ta’ likwidazzjoni li tressaq fid-29 ta’ Ġunju 2013 u kkumplimentat permezz tas-sottomissjoni tas-27 ta Awwissu 2013 jiġi implimentat b’mod sħiħ, inklużi l-impenji stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 116, 23.4.2013, p. 13.
(2) Id-detenturi tal-kapital ta’ parteċipazzjoni ma għandhom l-ebda dritt għall-vot.
(3) Dik l-iskema kienet ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża N 557/2008, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2, Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und DEM Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich.
(4) ĠU C 134, 13.6.2009, p. 31.
(6) ĠU C 85, 31.3.2010, p. 21.
(7) ĠU C 266, 1.10.2010, p. 5.
(9) Minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala SA.32554 (2009/C) “ Għajnuna għar-Ristrutturar għal Hypo Group Alpe Adria ”.
(10) ĠU C 59, 28.2.2013, p. 34.
(11) Għadha ma ġietx ippubblikata.
(12) Għadha ma ġietx ippubblikata.
(13) Ara l-premessa (4) u d-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009.
(14) Il-kumpaniji Norica u HBInt Credit Managment (CM), li kull waħda minnhom għandha investituri barranin li għandhom 49 %, qegħdin ukoll f’sitwazzjoni ta’ stralċ.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(15) Is-salvataġġ tal-HGAA mill-Awstrija b’dawn il-kundizzjonijiet jimplika li BayernLB kellu jnaqqas il-valur kontabilistiku sħiħ tal-HGAA, li jammonta għal EUR 2,3 biljun u jirrinunzja għal riċevibbli mingħand l-HGAA għal finanzjament diġà provdut li jammonta għal EUR 825 miljun.
(16) Sadanittant, l-HGAA waqqaf l-imgħax u l-pagamenti ewlenin marbutin ma’ ċertu self minn BayernLB skont l-interpretazzjoni tiegħu tal-liġi ta’ sostituzzjoni ta’ fondi proprji Awstrijaka (Eigenkapitalersatzgesetz). BayernLB ikkontesta din id-deċiżjoni u fetaħ kawża bil-għan li jikseb lura s-self flimkien mal-pagamenti tal-imgħax kif kien miftiehem oriġinarjament. […].
(17) Kommunikation zur UE - Überarbeiteter Umstrukturierungsplan, Klagenfurt am Wörthersee, 29.6.2013.
(18) Il-pjan jispjega li tista’ tinħoloq parteċipazzjoni legalment indipendenti tal-pajjiżi Ewropei tax-Xlokk jew li partijiet minn HBInt jistgħu jiġu sseparati (inklużi linji ta’ rifinanzjamenti) sabiex jippermettu l-entitajiet tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk li jsiru entitajiet li joperaw indipendentement minn xulxin.
(19) Jekk l-għeluq tat-tranżazzjoni ta’ dan il-bejgħ ma jseħħx kif attwalment mistenni, l-HGAA jkompli jipprova jbigħ l-HBA sat-30 ta’ Ġunju 2014. Jekk dan il-bejgħ ma jkunx possibbli sa din id-data, l-HBA jiġi trasferit għall-unità fl-istralċ.
(20) Ara t-Taqsima IV tal-Anness, punt 3.2.2.
(21) […] għandu jiġi implimentat skont […] stabbilit fit-tabella li tinsab fit-taqsima V. punt 3.4 tal-katalgu tal-impenn fl-Anness. Sabiex jiġi żgurat rifinanzjament […] tiegħu stess L-HBI jista’ […] jekk ikun meħtieġ biex jipprevjeni li d-depożiti jaqgħu taħt […] jew sabiex jikkumpensa għal kull tnaqqis bħal dan.
(22) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 14.
(23) Kif spjegat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 […].
(24) Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-ftuħ 2009, premessa 92; id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009, premessa 66; d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010, il-premessi minn 31 sa 39; id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2011, il-premessi minn 39 sa 43; d-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012, il-premessa 37.
(25) Ara pereżempju d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010, il-premessa 31; id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2011, premessa 40.
(26) Ara pereżempju d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010, il-premessa 39.
(27) Ara l-premessa 65 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009.
(28) Ara pereżempju l-premessi 34 u 38 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010.
(29) Ara pereżempju l-premessa 66 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru tal-2009, il-premessi 35 u 37 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010 u l-premessa 43 tad-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Lulju 2011.
(30) Ara pereżempju l-premessi 36 u 38 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2010.
(31) Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2009, il-premessa 102.
(32) Ara d-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2009, il-premessa 67.
(33) Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2009, il-premessa 98.
(34) Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ 2009, il-premessa 98; id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2010, il-premessa 42.
(35) Ara d-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2011, il-premessa 44; id-deċiżjoni ta’ salvataġġ ta’ Diċembru 2012, il-premessa 38.
(36) Sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2013 bl-istess numru tal-kawża; għadha ma ġietx ippubblikata.
(37) Irreġistrata bħala l-Kawża T-427/12.
(38) ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1, ara b’mod partikolari punt 6.
(39) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(40) Ara l-punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u 49 tal-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-miżuri meħuda fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali (“ il-Komunikazzjoni Bankarja ”), ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(41) Ara l-Kawżi Konġunti T-415/05, T-416/05 u T-423/05 Il-Greċja u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2010] Ġabra I-4749, paragrafu 135.
(42) Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv li l-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-proporzjon self-depożitu tal-entitajiet mhux allokat għall-istralċ ikun imfassal għal bejgħ ta’ suċċess jew billi jitmexxa l-proċess ta’ kreditu inkella permezz ta’ miżuri biex b’mod sintetiku jew effettiv jitnaqqas il-proporzjon self-depożitu, ara l-impenji, it-Taqsima III, punt 4.1.8.
(43) […].
(44) Dan jirrigwarda probabilità tal-inadempjenza ta’ sena ta’ […] % jew anqas.
ANNESS
Rimarki preliminari
L-impenji li ġejjin huma pprovduti mill-Awtrija esklussivament lill-Kummissjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem: “il-Kummissjoni” ) bħala l-unika destinatarja u għall-finijiet tal-Kawża SA.32554 (ex C 16/2009) biss. Partijiet terzi ma jistgħux jiddependu fuq dawn l-impenji biex joħorġu pretensjonijiet għal ċerta kondotta mill-Awstrija u/jew il-grupp Hypo Alpe Adria ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (minn hawn ’il quddiem: “HGAA”).
L-impenji pprovduti lill-Kummissjoni mill-Awstrija fl-ittra ta’ impenji tat-30 Novembru 2012, li huma stabbiliti fl-Anness għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, C(2012) 9255 final, jiġu sostitwiti bl-impenji stabbiliti fit-Taqsimiet B.III. 3. u B.III. 4.
Ħlief kif ipprovdut mod ieħor hawn taħt, l-impenji kollha japplikaw għal kull entità operattiva elenkata fit-Taqsima B.II. 1. biss sakemm l-entità rilevanti tiġi privatizzata mill-ġdid skont it-Taqsima B.IV. 3.
Impenji
I. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar; Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
L-Awstrija tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar jiġi implimentat b’mod sħiħ fi żmien l-iskadenzi relevanti. L-Awstrija timpenja ruħha li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u t-twettiq tal-impenji jkunu ssorveljati minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Il-ħatra, id-dmirijiet, l-obbligi u l-kwittanza tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ iridu jsegwu l-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima C.
II. Definizzjonijiet
1.
L- “entitajiet operattivi” li se jiġu pprivatizzati mill-ġdid skont it-Taqsima B.IV.3 huma l-kumpaniji li ġejjin (inkluż, f’kull każ, il-kumpaniji kkontrollati minnhom biss, direttament jew indirettament):
1.1. HBA
Il-Bank Hypo Alpe-Adria AG, Klagenfurt, l-Awstrija (“HBA”).
1.2. Il-Pajjiżi Ewropej tax-Xlokk/In-netwerk tal-Pajjiżi Ewropej tax-Xlokk
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria d.d., Ljubljana, is-Slovenja (“HBS”), |
|
— |
Il-kumpanija ta’ lokazzjoni Hypo Leasing d.o.o., Ljubljana, is-Slovenja (“HLS”) jew is-suċċessur legali tagħha stabbilit taħt ir-ristrutturar intern tal-HGAA, sakemm din tkun għall-bejgħ. L-attività tal-kumpanija hija limitata għal […] u […] lokazzjoni, |
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria d.d., Żagreb, il-Kroazja (“HBC”) u s-sussidjarja tiegħu Hypo Alpe-Adria-Leasing d.o.o., il-Kroazja (“HAALC”), li l-attività tal-operat tagħhom hija limitata għal […], |
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria d.d., Mostar, mill-Bosnja-Ħerzegovina (“HBFBiH”), |
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria a.d., Banja Luka, ir-Repubblika tas-Serbja (“HBRS”) u s-sussidjarja tiegħu Hypo Alpe-Adria-Leasing d.o.o., Banja Luka, ir-Repubblika tas-Serbja (“HLRS”), li l-attività tal-operat tagħha hija limitata għal lokazzjoni ta’ […], |
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria a.d., Podgorica, il-Montenegro (“HBM”), |
|
— |
Il-Bank Hypo Alpe-Adria a.d., Belgrad, is-Serbja (“HBSE”). |
2.
Fil-parti tal-istralċ, il-linji operatorji mhux strateġiċi u l-portafolli tal-HGAA u l-Bank Hypo-Alpe-Adria S.p.A. li l-uffiċċju prinċipali tiegħu jinsab f’Udine, l-Italja (“HBI”), għandhom jiġu stralċjati skont il-pjan ta’ ristrutturar, filwaqt li jżommu l-kapital u jimminimizzaw it-telf ta’ valur. Il-kumpaniji/l-entitajiet kollha preċedenti mhux elenkati b’mod espliċitu fit-Taqsima II.1 għandhom jiġu inklużi fil-parti li tinsab fl-istralċ. Il-parti fl-istralċ għandha tinkludi, inter alia:
2.1. Wind-down participations
Ishma mhux strateġiċi
2.2. Wind-down financials
|
— |
Il-portafoll tal-HBInt. u l-linji tar-rifinanzjament lis-sussidjarji (b’mod partikolari l-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk, HBI) jibqgħu fl-HGAA. |
|
— |
Is-subportfolli li jappartjenu għal banek sussidjarji individwali (HBA, HBI, il-banek tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk) u għall-HLS trasferiti biex jiġi stralċjati. |
|
— |
Il-kumpaniji ta’ lokazzjoni fl-istralċ (HLHU, HLUA, HLBG, HLG, HLC, HLMK, HLA, HLM, HETA, HLI, HRSE u HLSE). |
|
— |
Kumpaniji li fihom sehem minoritarju (Credit Management, Norica). |
2.3. HBI
Il-Bank Hypo Alpe-Adria S.p.A., Udine, l-Italja (“HBI”).
III. Impenji ġenerali
1.
L-Awstrija tiżgura li, filwaqt li l-pjan ta’ ristrutturar qed jiġi implimentat, l-HGAA jwettaq politika tal-operat prudenti, b’saħħitha u sostenibbli, jagħmel rieżamijiet tal-adegwatezza tal-iskemi interni ta’ inċentivi tiegħu skont ir-regoli statutorji u regolatorji tiegħu, u jiżgura li l-iskemi ta’ inċentivi ma jirriżultawx f’inċentivi biex jittieħdu riskji mingħajr bżonn.
2.
L-Awstrija tiżgura li kull entità operattiva (jiġifieri l-HBA u n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk), sal-privatizzazzjoni mill-ġdid rispettiva tagħha, tittrasferixxi kull profitt annwali lill-proprjetarji rispettivi tagħha biss sa fejn dan huwa permess skont il-liġi u ma jirriżultax f’nuqqas ta’ konformità mal-proporzjonijiet kapitali proprji regolatorji tal-entità operattiva kkonċernata applikabbli fiż-żmien tat-trasferiment tal-profitt, jew f’xi żvantaġġ ekonomiku għall-kumpanija. Dan l-impenn japplika wkoll mutatis mutandis għal xi kumpaniji (parteċipazzjoni) intermedji, l-HBI sakemm ikun kompletament stralċjat, u l-HBInt. sakemm ikun ikkontrollat mill-Awstrija.
3.
Il-projbizzjoni tal-kupuni stabbilita fl-ittra ta’ impenji tal-Awstrija tat-30 ta’ Novembru 2012 u f’Nru 11 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, C(2012) 9255 final, tiġi sostitwita bl-impenn li ġej:
3.1. L-ebda dividend jew ħlas tal-kupuni li mhumiex meħtieġa bil-liġi
|
3.1.1. |
L-Awstrija tiżgura li l-HGAA, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, ma tagħmilx kull dividend jew ħlas tal-kupuni fuq strumenti kapitali tal-Grad 1 u l-Grad 2 (inklużi ishma, parteċipazzjoni azzjonarja, kapital ibridu u kapital addizzjonali) maħruġa qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finali, sakemm l-HGAA huwa legalment obbligat li jagħmel dan, anki mingħajr il-ħruġ ta’ riżervi, jew bi ftehim minn qabel mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
3.1.2. |
Strumenti kapitali msemmija hawn fuq ma jinkludux dawk l-istrumenti kapitali, ishma u/jew parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-Awstrija, sakemm dividend jew ħlas ta’ kupuni fuq strumenti kapitali miżmum mill-Awstrija jirriżulta wkoll f’xi obbligu ta’ ħlas lil partijiet terzi. |
|
3.1.3. |
Il-projbizzjoni tad-dividendi fil-punt 3.1.1 ma tapplikax għal pagamenti ta’ dividendi minn “kumpaniji b’sehem minoritarju” temporanji li ma jinvolvux ruħhom f’reklamar,[…] u[…], (jiġifieri żewġ entitjiet bi skop speċjali (SPVs) li fihom investituri esterni jkollhom sehem ta’ 49 %; l-attività tal-SPVs hija limitata biex jinżammu ċerti titoli u jitħallas introjtu mit-titoli lill-HBInt u l-kumpaniji b’sehem minoritarju f’forma ta’ dividendi, ara t-Taqsima 5.3.4 tal-pjan ta’ ristrutturar) fejn nuqqas li jsiru dawn il-pagamenti jirriżulta fl-istralċ ta’ waħda minn dawn il-kumpaniji, li jwassal għal impatt negattiv fuq il-kapitalizzazzjoni totali ta’ HGAA. |
3.2. L-ebda eżerċitar jew riakkwist ta’ strumenti kapitali li mhuwiex meħtieġ bil-liġi
|
3.2.1. |
L-Awstrija tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, l-HGAA ma jeżerċitax, jakkwista mill-ġdid jew itemm strumenti kapitali qabel il-maturità fis-sens tal-punt 3.1.1. hawn fuq, sakemm l-HGAA mhuwiex legalment obbligat li jagħmel dan, anki mingħajr il-ħruġ ta’ riżervi, jew bi ftehim minn qabel mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
3.2.2. |
Bi ftehim minn qabel mis-servizzi tal-Kummissjoni, dan jeskludi sejħiet, riakkwist, u modi oħra ta’ terminazzjoni bikrija ta’ strumenti kapitali, jekk:
|
|
3.2.3. |
Bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, id-determinazzjoni speċifika tal-valur tas-suq fit-tifsira ta’ li ssemma hawn fuq se tikkorrispondi għal:
|
4.
4.1. Sostituzzjoni tal-impenji tat-30 ta’ Novembru 2013 (Anness għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, C(2012) 9255 final)
L-impenji pprovduti lill-Kummissjoni mill-Awstrija fl-ittra ta’ impenji tat-30 Novembru 2012, li huma stabbiliti fl-Anness għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, C(2012) 9255 final, jiġu sostitwiti bl-impenji li ġejjin.
|
4.1.1. |
L-HGAA jillimita l-operat ġdid fis-segment tal-finanzi pubbliċi għal […] u impenji ta’ kreditu korporattivi għal […] jew anqas, b’sena ta’ probabilità tal-inadempjenza ta’ […] jew anqas għal kemm il-pubbliku kif ukoll finanzi korporattivi. Barra minn hekk, l-impenji kollha ta’ hawn fuq […] fis-segment korporattiv iridu jkunu […] % kollateralizzat f’konformità mal-parametri ta’ politika kreditizja interna tal-HGAA. Eċċezzjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma permissibbli jekk regolatur lokali jeħtieġ ċerti strumenti finanzjarji li għandhom isiru. Barra minn hekk, Kambjali tat-Teżor maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja u l-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina b’maturità massima ta’ […] se jkunu eżenti mir-restrizzjonijiet ta’ hawn fuq, jekk l-akkwist ta’ dawn it-titoli […]. |
|
4.1.2. |
L-HGAA se jħallas ipoteki bl-imnut ġodda biss bi proporzjon bejn is-self u l-valur tas-self (LTV) ta’ […] % jew anqas. Ipoteki bl-imnut ġodda bi proporzjon massimu ta’ LTV ta’ […] % huma permissibbli jekk il-proporzjon tal-introjtu mad-dejn tal-klijent rispettiv — iddefinit bħala obbligi totali ta’ kull xahar mal-HGAA u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (stabbiliti permezz ta’ uffiċċji ta’ kreditu lokali) diviż bl-introjtu nett ta’ kull xahar — huwa anqas minn jew ugwali għal […] %. Barra minn hekk, kull self ipotekarju ġdid mogħti jrid ikun eliġibbli għall-inklużjoni f’aggregazzjoni koperta bil-leġiżlazzjoni lokali dwar bonds/titolizzazzjoni ipotekarji meta tkun teżisti leġiżlazzjoni bħal din. |
|
4.1.3. |
Il-matriċi tal-kost ta’ finanzjament intern għal kull impenn ġdid (fit-tifsira tat-Taqsima 4.2) trid tkun proporzjonata mas-sitwazzjoni ta’ finanzjament tal-fergħa/sussidjarja għall-istruttura tat-terminu kollu. Tal-anqas, dan għandu jkun:
li jiżdiedu għal pajjiżi b’mod partikolari li jkollhom pożizzjoni dgħajfa ta’ kreditu […]. Minbarra r-restrizzjonijiet ta’ maturità għall-grupp kollu fil-finanzi pubbliċi u l-finanzi korporattivi (ara l-punt 4.1.1), l-ebda impenn aktar minn […] snin ma jista’ jsir f’dawn il-pajjiżi. Iż-żidiet ta’ finanzjament jistgħu jitnaqqsu f’każijiet fejn l-assi jissodisfaw il-kriterji tal-assi legali għat-titolizzazzjoni u huma maħsuba biex jintużaw direttament għat-titolizzazzjoni (pereżempju, l-ipoteki, kuntratti ta’ lokazzjoni, self lill-SMEs, u l-finanzi pubbliċi) bbażati fuq kollateral kif ivverifikat mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (bejn […] u […] punt bażi skont l-ammont ta’ kollateralizzazzjoni, […] pb għal kollateralizzazzjoni eċċessiva). |
|
4.1.4. |
Wara kalkolu korrett tal-kost ta’ finanzjament (skont il-punt 4.1.3) u l-kost tar-riskju (it-total tat-telf mistenni fuq l-ammont skopert, wara li jiġi applikat telf impost addizzjonali ta’ […] % fuq il-kollateral), redittu annwali fuq l-ekwità ta’ mill-anqas […] % għal impenji ta’ kreditu ġodda jridu jiġu assigurati (tariffi jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu). Permezz ta’ service letter, il-Kummissjoni tista’, tneħħi r-rekwiżit għal telf impost addizzjonali ta’ […] % għall-finijiet tal-kalkolu tal-kostijiet tar-riskji ladarba l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jipprovdi opinjoni motivata li s-sistema ta’ valutazzjoni tal-kollateral eżistenti tal-bank kollha kemm hi hija adegwata u diġà tinkludi telf impost xieraq. |
|
4.1.5. |
Ir-redditu fuq l-ekwità fit-tifsira tal-paragrafu ta’ hawn fuq, fil-prinċipju, irid ikun ikkalkolat fuq il-bażi ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji allokati għal self speċifiku. Madankollu, il-metodoloġija applikata attwalment mill-HGAA għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal self speċifiku hija bbażata fuq approċċ ekonomiku, skont il-kalkolu tal-kost tar-riskju. Permezz ta’ service letter, il-Kummissjoni Ewropea tista’, tippermetti lill-HGAA jkompli juża l-approċċ ekonomiku għall-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali għal self speċifiku fuq verifika mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li (i) il-metodoloġija hija adegwata, u (ii) sakemm l-HGAA jkun stabbilixxa redditu ekwivalenti fuq rekwiżit ta’ kapital regolatorju ta’ […] % japplika kemm għal portafoll immirat kif ukoll għal livell ta’ portafoll effettiv. |
|
4.1.6. |
[…] jistgħu jingħataw lil klijenti biss jekk dawn […]. L-eċċezzjonijiet għal dan huma:
|
|
4.1.7. |
L-HGAA jiżgura klassifikazzjoni mill-ġdid annwali u segwitu dokumentat komplet dwar il-finanzjament ta’ kull klijent bi skopertura ta’ aktar minn ekwivalenti ta’ EUR […], li għandhom jiġu vverifikati mill-immaniġġar tar-riskju fl-uffiċċju prinċipali tal-grupp. |
|
4.1.8. |
Ir-Repubblika tal-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-proporzjon self-depożitu (LtD) tal-entitajiet operattivi jkun immirat lejn bejgħ ta’ suċċess, jew bit-tmexxija tal-proċess tal-kreditu inkella b’miżuri oħra biex jitnaqqas il-proporzjon self-depożitu (artifiċjalment jew effettivament). Ir-Repubblika tal-Awstrija hija konxja li proporzjonijiet self-depożitu ogħla minn 100 % jistgħu jaġixxu bħala impediment għall-bejgħ b’suċċess ta’ entità. |
|
4.1.9. |
L-HGAA se jissostitwixxi jew iħarreġ mill-ġdid uffiċjali għall-kreditu u maniġers li jiħdu ħsieb il-klijenti fejn instabu nuqqasijiet fil-proċess ta’ kreditu jew fejn il-krediti tħallsu f’livelli ta’ profittabbiltà inferjuri. |
|
4.1.10. |
L-HGAA ma jikseb l-ebda parteċipazzjoni azzjonarja f’kumpaniji jew partijiet ta’ kumpaniji (minn hawn ’il quddiem: “parteċipazzjoni azzjonarja”), ħlief kif previst mod ieħor hawn taħt. Bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, l-HGAA jista’ jakkwista parteċipazzjoni azzjonarja fejn ċirkostanzi speċjali jirrikjeduh li jagħmel dan sabiex iżomm jew jiżgura l-istabbiltà finanzjarja jew kompetizzjoni effettiva. L-HAA jista’ jakkwista parteċipazzjoni azzjonarja mingħajr il-qbil minn qabel tal-Kummissjoni fil-każ li: (i) il-prezz tal-akkwiżizzjoni rispettiv huwa anqas minn […] % tat-total tal-karta bilanċjali tal-HGAA fil-mument tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u (ii) is-somma tal-prezzijiet ta’ akkwiżizzjoni kollha mħallsa mill-HGAA matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar (jiġifieri sakemm il-bejgħ tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk ikun komplut ara IV) tkun anqas minn […] % tat-total tal-karta bilanċjali tal-HGAA fil-mument tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Eskluża mill-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet hija parteċipazzjoni azzjonarja ġestita jew akkwistata matul l-operat normali tal-HGAA marbuta ma’ ma’ self improduttiv jew operazzjonijiet simili bankarji. |
|
4.1.11. |
L-HGAA ma jużax l-għajnuna għall-finijiet ta’ promozzjoni. |
|
4.1.12. |
L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ hawn fuq se tkun issorveljata fuq bażi ta’ tliet xhur minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ estern (ara t-Taqsima C hawn taħt) li jirrapporta lill-Kummissjoni. |
4.2. L-ambitu tal-impenji (“Restrizzjonijiet fuq operat ġdid”) skont 4.1.1–4.1.6
Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-4.1.1–4.1.6 japplikaw biss għal operat ġdid kif definit hawn taħt:
4.2.1. Definizzjoni tas-segmenti Corporate, Public Finance and Retail
Is-segmenti tal-attivitajiet Corporate, u Public Finance jikkorrispondu fil-prinċipju mad-definizzjonijiet kurrenti tas-segment operatorju tal-HGAA, bil-bidliet li ġejjin:
|
4.2.1.1. |
Is-segment tal-attività Corporate huwa definit bħala: kumpaniji li huma proprjetà privata (bl-eċċezzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji) li jissodisfaw dawn il-kriterji tad-daqs f’termini ta’ fatturat u/jew skopertura:
|
|
4.2.1.2. |
Is-Segment Public Finance: Is-segment tal-attività Public Finance huwa definit bħala:
Kull entità jew aġenzija li mhijiex awtorità pubblika nazzjonali jew lokali kif definit hawn fuq u li ma jkollhiex garanzija minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jew lokali għandha tiġi ttrattata bħala klijent Corporate (istituzzjonali) skont ir-regoli dwar is-segment (istituzzjonali) Corporate. |
|
4.2.1.3. |
Is-Segment Retail: Is-segment tal-attività Corporate huwa definit bħala:
|
4.2.2. Operat ġdid fis-segmenti Corporate u Public Finance
4.2.2.1. Definizzjonijiet Ġenerali
Fil-prinċipju “operat ġdid” fit-tifsira tar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid fil-punti minn 4.1.1 sa 4.1.6 huwa definit skont l-istandards ta’ rapportar tar-riskju eżistenti tal-HGAA u għalhekk jinkludi jew:
|
— |
tranżazzjonijiet ta’ kreditu/lokazzjoni rilevanti għar-riskju (2) bi klijent kompletament ġdid (jew ma’ grupp ta’ klijenti konnessi) jiġifieri “klijent tal-operat ġdid” (new client business, NCB), u |
|
— |
żidiet fl-iskopertura ta’ kreditu/lokazzjoni lill-klijenti eżistenti (fuq bażi ta’ prodott) - jiġifieri “operat ta’ żieda fl-iskopertura” (exposure-increasing business, ExIB), u |
|
— |
tiġdid ta’ skopertura ta’ kreditu/lokazzjoni (estensjonijiet) mal-klijenti eżistenti (fuq bażi ta’ prodott) li jmur lil hinn minn maturità ta’ […] — jiġifieri “operat ta’ estensjoni fl-iskopertura” — (exposure-prolonging business, ExPB) (3). |
4.2.2.2. Kriterji addizzjonali
|
— |
Fil-kuntest tal-ExIB, operat ġdid irid jiġi kkunsidrat fil-livell ta’ tranżazzjonijiet individwali. Għaldaqstant jekk klijent jkun beħsiebu jżid l-iskopertura ta’ flus kontanti tiegħu, u dan inaqqas l-iskopertura ta’ garanzija tiegħu bl-istess ammont, iż-żieda fl-iskopertura ta’ flus kontanti tibqa’ tgħodd bħala operat ġdid, |
|
— |
Il-finanzjament ta’ lokazzjoni jrid jiġi trattat bħala finanzjament ta’ kreditu. Operat ġdid (NCB u ExIB) għalhekk irid ikun kompletament konformi mar-rekwiżiti ġodda tal-operat fil-punti minn 4.1.1 sa 4.16 ta’ hawn fuq, |
|
— |
Il-Lokazzjoni operatorju jrid ikun ittrattat bħala operat ġdid fit-tifsira tal-punti 4.1.1. - 4.1.6., wara li jiġu kkunsidrati dawn il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
Kull impenn ta’ kreditu li jinvolvi linji ta’ kreditu ħielsa għandu jsegwu l-istandards ta’ self ġodda skont il-punti 4.1.1–4.1.6, |
|
— |
Tranżazzjonijiet intragrupp (pereż. rifinanzjament ta’ banek lokali, lokazzjoni u parteċipazzjonijiet oħra) u operat li jirriżulta minn rekwiżiti tal-immaniġġar tal-likwidità tal-HGAA jitqiesu fis-segment tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji. |
4.2.2.3. Limitazzjonijiet
It-tranżazzjonijiet rilevanti għar-riskju li ġejjin mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid skont l- 4.1.1. - 4.1.6.:
|
— |
Tranżazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-ktieb ta’ likwidità tal-HGAA, jiġifieri
L-HGAA għandu jiżgura li l-livell limitu ta’ kontroparti individwali għall-operat tal-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi approvat mill-uffiċċju ewlieni tal-immaniġġar tar-riskju tal-grupp, b’maturità massimu ta’ […]. |
|
— |
Finanzjament ġdid u estensjonijiet, rifinanzjamenti, ristrutturar u progammar mill-ġdid mogħtija lil klijenti improduttivi (u l-konsumaturi kollha taħt ir-responsabbiltà tal-Grupp/Local Task Force Rehabilitation and/or Credit Rehabilitation) bil-għan u l-prospett dokumentat b’mod ċar li jerġa’ jkollhom l-istatus u/jew il-kapaċità ta’ rkupru finali tal-iskopertura, sakemm il-maturità tal-finanzjament ġdid f’dan il-kuntest tkun limitata għal […]. Kull tranżazzjoni bħal din għandha tkun dokumentata b’mod adegwat, inkluż b’evidenza kwantitattiva li hija l-aħjar mezz biex jinżamm il-valur għall-HGAA aktar milli jkun hemm sempliċiment dewmien fir-rikonoxximent ta’ telf. Il-parametri għall-valutazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konservattivi biżżejjed, |
|
— |
Estensjonijiet, rifinanzjamenti, ristrutturar jew programmar mill-ġdid ta’ skoperturi produttivi eżistenti (4) jew klijenti produttivi eżistenti (grupp ta’ klijenti assoċjati), li huma ġustifikati b’mod oġġettiv, fl-interess tal-HGAA, u mhux mogħtija maturità ta’ aktar minn […]. Kull tranżazzjoni bħal din għandha tkun dokumentata b’mod adegwat, inkluż b’evidenza kwantitattiva li hija l-aħjar mezz biex jinżamm il-valur għall-HGAA aktar milli jkun hemm sempliċiment dewmien fir-rikonoxximent ta’ telf. Il-parametri għall-valutazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konservattivi biżżejjed, |
|
— |
Finanzjament addizzjonali provdut lill-klijenti li jinsabu fil-lista ta’ sorveljanza tal-grupp HGAA jew tal-unitajiet lokal bil-għan u bi prospett ċar u dokumentat li tiġi stabbilizzata l-qagħda finanzjarja tagħhom (inkluż iħħeġġjar fir-rata tal-imgħax u r-riskji tal-kambju), biex b’hekk jiġi evitat każ ta’ inadempjenza u jkunu jistgħu jirritornaw għall-istatus produttiv sakemm il-maturità għal dan it-tip ta’ finanzjament ma tkunx aktar minn […]. Kull tranżazzjoni bħal din għandha tkun dokumentata b’mod adegwat, inkluż b’evidenza kwantitattiva li hija l-aħjar mezz biex jinżamm il-valur għall-HGAA aktar milli jkun hemm sempliċiment dewmien fir-rikonoxximent ta’ telf. Il-parametri għall-valutazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konservattivi biżżejjed. |
|
— |
Tranżazzjonijiet
|
|
— |
Żidiet tal-iskoperturi minħabba ċaqliq fir-rati tal-kambju, il-valuri tas-suq tad-derivattivi u l-ipprezzar ta’ bonds, |
|
— |
Konverżjoni ta’ self f’munita barranija eżistenti għal self f’EUR, jekk il-munita tal-kontabilità tal-klijent hija ta’ EUR, HRK jew Mark Konvertibbli, l-iskopertura totali hija konvertita fir-rata tal-kambju prevalenti, u t-termini tal-kollateral għall-HGAA huma l-istess jew aħjar. |
|
— |
Operat li għalih offerta (term sheet) miftiehma b’mod reċiproku mill-unità lokali responsabbli għar-riskju u l-bejgħ kienet mibgħuta u aċċettata mill-klijenti tal-HGAA qabel l-1 ta’ Jannar 2013 , bil-kundizzjoni li l-HGAA jkun marbut legalment li jħallas lura u dan jista’ jiġi dokumentat kif xieraq, |
|
— |
Operat imwettaq permezz ta’ fondi minn banek għall-iżvilupp li jużaw minn istituzzjonijiet finanzjarji sovranazzjonali (pereż. l-BEI, il-BERŻ, l-HBOR, is-SID, eċċ.) kif ukoll programmi ta’ self issussidjat offruti minn aġenziji pubbliċi nazzjonali/lokali, bil-kundizzjoni li fir-rigward tal-kollateralizzazzjoni, il-limitu tal-klassifikazzjoni […] u maturità massima ta’ […] jridu jiġu osservati. Programmi ta’ self issussidjat bħal dawn irid ikollhom karatteristiċi ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ […], li għandhom jiġu kkonfermati minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ qabel il-parteċipazzjoni tal-HGAA, |
|
— |
Finanzjament intern (jiġifieri linji ta’ rifinanzjament) provdut għal entitajiet oħra tal-HGAA għal pussess mill-ġdid tal-kollaterali u l-assi fil-proċess tal-l-irkantijiet tal-Qorti jew tal-bejgħ, |
|
— |
Ir-riklassifikazzjoni ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni, jiġifieri minn kuntratti ta’ lokazzjoni operatorju għal lokazzjoni finanzjarju, jekk ir-riskju tal-assi tal-lokazzjoni operatorju tista’ tinbidel kompletament f’riskju tal-kontroparti (fi kliem ieħor, ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess tal-assi mogħti b’lokazzjoni jiġu ttrasferiti mill-lokatur għal-lokatarju), |
|
— |
Twettiq tal-impenji kuntrattwali eżistenti (pereż. proprjetà immobbli f’kostruzzjoni, attivazzjoni ta’ kuntratti ta’ propretajiet li għadhom ma ġewx mikrija - leases to go), sakemm il-kuntratt jew il-leġiżlazzjoni lokali ma jippermettux il-possibbiltà li jiġi kkanċellat parti mill-impenn jew kollu kemm hu, (pereżempju f’kundizzjoni kuntrattwali partikolari (covenant). |
4.2.3. Operat ġdid fis-segment Retail
Skont il-punt 4.2.2.1 u f’konformità mal-prinċipji ta’ rappurtar tar-riskju dovuti u prudenti, “operat ġdid” għas-segment Retail huwa definit kif ġej:
|
(i) |
Tranżazzjoni ta’ kreditu jew lokazzjoni rilevanti għar-riskju (pereż. self jew linja ta’ kreditu) li hija meqjusa bħala self Retail jew prodott ta’ lokazzjoni u li għadha kif ingħatat lil xi klijent eżistenti jew ġdid (jew prinċipji ta’ kontabbiltà), JEW |
|
(ii) |
Għal-linji ta’ kreditu ġodda jew prodotti Retail għall-konsumatur (limited-based) diġà miżmuma minn klijent mhux professjonali, bħal self kurrenti, karti ta’ kreditu u linji ta’ kreditu ta’ SME bl-imnut (kapital operatorju), id-differenza bejn il-limitu l-ġdid (ogħla) mogħti u l-limitu preċedenti (aktar baxx), JEW |
|
(iii) |
Għal prodotti Retail amortizzati diġà miżmuma minn klijent, bħal kull forma ta’ self ta’ ħlas bin-nifs, id-differenza bejn l-ammont ta’ self ġdid (ogħla) mogħti u l-ammont ta’ self preċedenti (aktar baxx). |
4.2.3.1. Aktar definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet
|
(i) |
Sakemm l-HGAA jkun f’pożizzjoni li jirrapporta dwar iż-żidiet parzjali tal-iskopertura kif stipulat fil-punt 4.2.3 (ii) u (iii), iż-żidiet tal-iskopertura mal-klijenti eżistenti (fuq bażi ta’ prodott) huma meqjusa bħala operat ġdid. Għal kjarifika: tnaqqis fil-frekwenza tar-rimborż (pereż. minn kull xahar għal kull tliet xhur) huwa meqjus bħala operat ġdid. |
|
(ii) |
Żidiet tal-iskopertura marġinali/insinifikanti (sa EUR […]) ikkawżati minn imposti fuq tranżazzjonijiet, imgħax/tariffi kapitalizzati, eċċ., b’mod partikolari marbutin mat-tranżazzjonijiet elenkati f’4.2.3.2. (pereż. konverżjonijiet tal-kambju, ristrutturar, konsolidazzjonijiet, estensjonijiet, eċċ.) fl-ebda ħin ma jitqiesu bħala operat ġdid.. |
|
(iii) |
Fil-kuntest tal-operat Retail taż-żidiet fl-iskopertura, l-eżistenza jew f’każ mod ieħor ta’ operat ġdid trid tiġi determinata fil-livell tat-tranżazzjonijiet individwali, biex b’hekk iż-żidiet fl-iskopertura fuq prodott wieħed (miżmum mill-klijent) ma jiġux ikkunsidrati kontra tnaqqis fl-iskopertura fuq prodott ieħor. Kalkolazzjoni tal-valur nett tas-self tal-klijenti mqabbel mad-depożiti tal-klijenti mhuwiex permess lanqas. |
|
(iv) |
Il-lokazzjoni finanzjarju jiġi ttrattat bħala finanzjament ta’ kreditu, u għalhekk jitqies bħala operat ġdid skont 4.2.3., u jkun soġġett għal restrizzjonijiet fuq operat ġdid. |
|
(v) |
Il-lokazzjoni operatorju jiġi ttrattat bħala operat ġdid jekk jaqa’ f’4.2.3., u għaldaqstant ikun soġġett għar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid. |
|
(vi) |
Ir-riklassifikazzjoni ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni (pereż. minn lokazzjoni operatorja għal lokazzjoni finanzjarja) mhijiex ikkunsidrata bħala operat ġdid, sakemm dan ma jżidx l-iskopertura tar-riskju tal-bank f’termini regolatorji jew ekonomiċi. |
4.2.3.2 Limitazzjonijei/Esklużjonijiet
It-tranżazzjonijiet rilevanti għar-riskju li ġejjin għandu jkollhom trattament speċifiku:
|
— |
L-offerti kollha fuq self Retail lill-klijenti qabel l-1 ta’ Jannar 2013 mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid, sakemm dawn ikunu aċċettati mill-klijent fil-perjodu ta’ aċċettazzjoni kif stabbilit mil-liġijiet fil-pajjiż relevanti. Offerti magħmula wara l-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jikkonformaw mal-obbligi skont il-punt 4.1, |
|
— |
Is-self Retail bl-użu ta’ fondi minn banek ta’ żvilupp u minn istituzzjonijiet finanzjarji sovranazzjonali (pereż. l-BEI, il-BERŻ, l-HBOR, is-SID, eċċ.) u programmi ta’ self issusidjat appoġġati minn aġenziji ta’ kreditu jew assigurazzjoni statali/parastatali jew fondi pubbliċi mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid, |
|
— |
Fir-rigward tar-ristrutturar ta’ self Retail jew kuntratti ta’ lokazzjoni, jekk ikunu pprovduti lil persuni fiżiċi (klijenti privati) b’ammont massimu ta’ EUR […], mhumiex ikkunsidrati bħala operat ġdid, sakemm l-iskopertura ma tiżdidx. Il-prinċipji li ġejjin iridu jiġu osservati:
Jekk il-klijent mhuwiex persuna fiżika (klijent privat) iżda SME (klijent ta’ operat) u għalhekk mhux soġġett għall-kriterju ta’ eliġibbiltà ta’ hawn fuq, japplikaw ir-regoli ta’ ristrutturar (massimizzazzjoni tal-irkupru) u l-limitazzjonijiet tal-maturità għall-klijenti Corporate. |
|
— |
Migrazzjoni ta’ skopertura eżistenti mingħand segment ieħor ta’ attività ta’ klijent mingħajr l-ebda żieda fl-iskopertura mhijiex meqjusa bħala operat ġdid. Dan jaffettwa b’mod partikolari l-iskopertura fuq finanzjament ta’ proġetti (pereż. il-kostruzzjoni ta’ appartamenti) mis-segment Corporate li fl-aħħar mill-aħħar hija koperta/imħallsa lura minn klijenti Retail, pereżempju meta dawn jissellfu għax-xiri tal-appartamenti. F’dan il-każ, l-iskopertura tkun effettivament għaddiet minn segment Corporate għas-segment Retail. Madankollu, il-limitazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
|
|
— |
Żidiet fl-iskopertura totali ta’ self Retail minħabba interessi, tariffi jew forom oħra ta’ kapitalizzazzjoni tad-dejn (l-aktar fil-kuntest ta’ self improduttiv jew ristrutturar) mhumiex meqjusa bħala operat ġdid, |
|
— |
Il-konsolidament tad-dejn għal klijenti Retail (fl-entitajiet tal-kontabbiltà tal-HGAA jew kontijiet eżistenti) huwa kkunsidrat bħala parti mir-ristrutturar jekk l-iskopertura relatata hija limitata għal EUR […] (EUR […] fil-Kroazja, jekk jiġi aċċettat mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, ara l-punt 4.2.1.3). Jekk l-iskopertura hija akbar, japplikaw il-limitazzjonijiet tal-maturità għall-klijenti Corporate, Madankollu, jekk self konsolidat ġdid jingħata fil-forma ta’ self Retail, u l-iskopertura hija (sostanzjalment) ogħla mit-total ta’ skoperturi ta’ self konsolidat, id-differenza fl-iskopertura titqies bħala operat ġdid, skont il-punt 4.2.3 (ii) u (iii). Sakemm il-kapaċitajiet ta’ rappurtaġġ ikunu fis-seħħ, madankollu, japplika l-punt 4.2.3.1 (i), |
|
— |
“Irkupru ta’ self” (Loan Top-Ups) ta’ self Retailma jitqisx bħala operat ġdid, jekk l-għażla għall-irkupru li kienet espliċitament ingħatat fl-ewwel ftehim tas-self, ma setgħetx tiġi annullata mill-HGAA u kienet soġġetta biss għall-klijent li jilħaq ċerti kundizzjonijiet ta’ self, madankollu mingħajr ma l-klijent kellu jgħaddi minn evalwazzjoni ta’ self standard. Fil-każ ta’ forom oħra ta’ miżura ta’ rkupru fuq self Retail, id-differenza bejn l-ammont ta’ self ta’ qabel u l-ammont ta’ self ġdid jitqies bħala operat ġdidskont il-punt.2.3 (ii) u (iii). Sakemm il-kapaċitajiet ta’ rappurtaġġ ikunu fis-seħħ, madankollu, japplika l-punt 4.2.3.1 (i), |
|
— |
Il-“Konverżjonijiet tal-kambju” (Currency switches), jiġifieri klijent Retail jibdel minn self denominat f’munita barranija (jew self ta’ indiċi ta’ munita barranija) għal self denominat fil-munita domestika, mingħajr żieda sostanzjali fl-iskopertura (sa EUR […]), mhumiex ikkunsidrati bħala operat ġdid. Fil-każ ta’ żieda sostanzjali fl-iskopertura, id-differenza bejn l-ammont ta’ self ta’ qabel u l-ammont ta’ self ġdid jitqies bħala operat ġdidskont il-punt 4.2.3 (ii) u (iii). Sakemm il-kapaċitajiet ta’ rappurtaġġ ikunu fis-seħħ, madankollu, japplika l-punt 4.2.3.1 (i), |
|
— |
Self Retail mogħti għat-tqegħid mill-ġdid fis-suq jew lokazzjoni mill-ġdid ta’ assi/kollaterali mhuwiex meqjus bħala operat ġdid, għalkemm il-limitazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
|
|
— |
It-twettiq tal-kuntratti u l-impenji eżistenti (pereż. proprjetà immobbli taħt kostruzzjoni, l-attivazzjoni ta’ kuntratti ta’ propretajiet li għadhom ma ġewx mikrija) ma jitqisx bħala operat ġdid. |
IV. Ir-riprivatizzazzjoni tal-entitajiet operattivi
1.
|
1.1. |
Fil-31 ta’ Diċembru 2008 l-HGAA kien attiv bħala grupp finanzjarju internazzjonali bi 384 fergħa fi 12-il pajjiż (l-Awstrija, l-Italja, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnja u l-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Bulgarija, il-Ġermanja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ukraina, l-Ungerija) fil-qasam bankarju (segmenti Retail, Corporate u Public Finance), ta’ lokazzjoni (segmenti Retail, Corporate, proprjetà immobbli, vetturi, tagħmir) u parteċipazzjoni azzjonarja b’total tal-karta bilanċjali ta’ EUR 43,34 biljun u assi ppeżati għar-riskju — RWA) ta’ EUR 32,83 biljun. |
|
1.2. |
Ftit wara li l-HGAA ġie nazzjonalizzat, huwa rtira minn kull opera ġdid fil-Bulgarija, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Ukraina, fl-Ungerija u fil-Ġermanja u waqqaf l-attivitajiet mhux strateġiċi kollha. Is-sussidjarji f’dawn il-pajjiżi kienu mqiegħda fi stralċ u issa qed jiġu riżolvuti b’mod ordnat. Il-pożizzjoni strateġika ġdida rriżultat fl-għeluq ta’ tnax-il fergħa mit-total ta’ 18-il fergħa preċedenti fil-“pajjiżi fi stralċ” tal-Bulgarija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ukraina, l-Ungerija u l-Ġermanja. |
|
1.3. |
Il-kumplament tal-attivitajiet fis-suq tal-HGAA fil-31 ta’ Diċembru 2012, jiġifieri l-“entitajiet operattivi” fit-tifsira tat-Taqsima B.II.1, u HBI, kellhom total tal-karta bilanċjali ta’ madwar EUR 17,54 biljun u r-RWA ta’ EUR 11,02 biljun, li jikkorrispondu għal madwar 40,5 % biss tat-total tal-karta bilanċjali tal-grupp tal-HGAA u 33,6 % tar-RWA fil-31 ta’ Diċembru 2008. Minn dawn l-ammonti,
Il-klassifikazzjoni tal-HBI bħala entità fl-istralċ fit-tieni nofs tal-2013 tnaqqas it-total tal-karta bilanċjali tal-entitajiet operattivi (l-HBA u n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk) b’19 % addizzjonali mqabbla mad-dejta eżistenti, li jikkorrispondu għal madwar 33 % biss totali tal-karta bilanċjali tal-grupp tal-HGAA u 26 % tar-RWA fil-31 ta’ Diċembru 2008. |
|
1.4. |
Il-kumplament tal-entitajiet operattivi għandhom jiġu privatizzati malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun skont it-Taqsima B.IV.3. Wara li l-entitajiet operattivi ġew kompletament privatizzati, il-karta bilanċjali tal-HGAA xorta se tinkludi operat li għandu jiġi stralċjat. |
2.
L-Awstrija timpenja ruħha li l-HGAA jmexxi l-operat tal-entitajiet operattivi bil-għan li tiġi rrestawrata u tinżamm il-vijabbiltà fit-tul tagħhom skont il-provvedimenti tal-pjan ta’ ristrutturar u fl-annessi tiegħu (inkluża din il-lista ta’ impenji). Dan l-impenn ma jfixkilx ir-ristrutturar tal-entitajiet operattivi u/jew it-trasferiment ta’ assi individwali jew portafolli tal-parti fl-istralċ, sakemm dan huwa meħtieġ biex jiġu rrestawrati, jinżammu jew jittejbu l-prospetti ta’ riprivatizzazzjoni.
3.
L-Awstrija timpenja ruħha li l-entitajiet operattivi jiġu pprivatizzati mal-ewwel opportunità possibbli possibbli f’konformità ma’ din it-Taqsima. Ir-referenzi f’din it-Taqsima B.IV.3. għar-riprivatizzazzjoni tal-entitajiet operattivi jinkludu, jekk ikun meħtieġ ir-riprivatizzazzjoni awtorizzati ta’ partijiet mill-entitajiet operattivi.
3.1. Ir-riprivatizzazzjoni
Ir-riprivatizzazzjoni ta’ entità operattiva titqies li seħħet jekk ir-Repubblika tal-Awstrija tkun biegħet 100 % mill-ishma jew l-assi kollha tal-entità operattiva kkonċernata lil xerrej wieħed jew aktar mhux ikkontrollati mir-Repubblika tal-Awstrija. Ir-riprivatizzazzjoni tinkludi wkoll il-bejgħ tal-ishma kollha miżmuma direttament jew indirettament mill-Awstrija fl-entitajiet operattivi bħala parti minn OPI (offerta inizjali lill-pubbliku) f’kundizzjonijiet normali tas-suq.
3.2. Data ta’ riprivatizzazzjoni
Ir-riprivatizzazzjoni titqies li seħħet fil-jum li fih il-kuntratt ta’ xiri vinkolanti għall-akkwiżizzjoni tal-entità operattiva rregolata mil-liġi tal-obbligi (“kuntratt ta’ xiri”) jiġi ffirmat. Fejn partijiet ta’ entità operattiva jinbiegħu lil diversi xerrejja, id-data effettiva ta’ privatizzazzjoni hija l-jum li fih jiġi konkluż l-aħħar l-kuntratt ta’ xiri. Fil-każ ta’ OPI, id-data effettiva ta’ privatizzazzjoni f’waqtha hija d-data li fiha l-aħħar sehem miżmum direttament jew indirettament mill-Awstrija jitqiegħed fis-suq. Madankollu, l-entitajiet mibjugħa permezz ta’ OPI ma jibqgħux marbuta bl-impenji fit-Taqsima B.III b’effett mill-jum li fih […] ishma jkunu tqiegħdu fis-suq.
3.3. Il-limitu ta’ żmien tar-riprivatizzazzjoni
L-HBA jrid jiġi pprivatizzat sal-31 ta’ Diċembru 2013 u n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk sat-30 ta’ Ġunju 2015.
3.4. Il-limitu ta’ żmien tal-eżekuzzjoni
Il-bejgħ ta’ HBA, irid isir sal-[…]. L-eżekuzzjoni tal-kuntratti għall-bejgħ ta’ n-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk irid isir minn […].
3.5. Estensjoni tal-limitu ta’ żmien tal-eżekuzzjoni
Fil-każ ta’ dewmien minħabba n-nuqqas tal-awtorizzazzjonijiet ta’ bejgħ neċessarji minn awtorità ta’ sorveljanza jew tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista’ taqbel li testendi l-limitu ta’ żmien tal-eżekuzzjoni għall-bejgħ tan-netwerk tal-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk skont il-punt 3.4. b’ […] aktar. L-Awstrija tissottometti applikazzjoni fi żmien adattat, f’kull każ mill-anqas ġimagħtejn qabel id-data ta’ skadenza tal-eżekuzzjoni oriġinali, u tipprovdi lill-Kummissjoni b’konferma minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li d-dewmien huwa dovut kompletament mill-awtorità(jiet) awtorizzata(i) u konferma li l-HGAA ħa l-passi kollha raġonevoli sabiex iwettaq il-kuntratt tal-bejgħ fil-limitu ta’ żmien oriġinali.
3.6. Il-bidla ta’ xerrej
Jekk jinstab, wara r-riprivatizzazzjoni f’waqtha iżda qabel l-iskadenza tal-eżekuzzjoni, li x-xerrej ta’ entità ma jkunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni jew ma jkunx jista jilħaqhom sad-data ta’ skadenza tal-eżekuzzjoni, il-bejgħ jista’ jsir lil parti terza bil-qbil tal-Kummissjoni, sakemm il-bejgħ ikun jista’ jsir sad-data ta’ skadenza tal-eżekuzzjoni tal-ewwel bejgħ.
3.7. Nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi tar-riprivatizzazzjoni jew l-eżekuzzjoni
Jekk id-data ta’ skadenza tar-riprivatizzazzjoni skont il-punt 3.3 jew id-data ta’ skadenza tal-eżekuzzjoni skont il-punt 3.4 kif ukoll il-punt 3.5 ma jintlaħqux, l-entità interessata trid twaqqaf l-operat ġdid mill-jum ta’ wara d-data ta’ skadenza. Minn din id-data, il-provvedimenti ta’ din il-lista ta’ impenji li japplikaw għall-parti fl-istralċ japplikaw għall-entità kkonċernata.
4.
|
4.1. |
L-Awstrija timpenja ruħha li l-HGAA se jibda l-proċeduri tal-bejgħ meħtieġa biex jipprivatizza mill-ġdid l-entitajiet operattivi fiż-żmien stipulat u jwettaqhom malajr sabiex tippermetti li r-riprivatizzazzjoni ssir mill-aktar fis possibbli. |
|
4.2. |
Ir-riprivatizzazzjoni tal-entitajiet operattivi sseħħ jew bħala parti ta’ OPI f’kundizzjonijiet normali tas-suq inkella, meta permessa mil-liġi u possibbli mingħajr ma jinkisru s-sigrieti kummerċjali, bħala parti minn proċedura ta’ bejgħ miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet li tinvolvi l-garanziji tax-xerrej tas-suq stabbiliti (representations u warrants). Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta’ negozjati ma’ partijiet interessati identifikati speċifikament qabel jew matul proċedura bħal din. |
V. Il-parti fl-istralċ
1.
|
1.1. |
L-Awstrija timpenja ruħha li l-HGAA, b’effett mid-data tal-adozzjoni tal-approvazzjoni finali, se jistralċja esklussivament l-operat fil-parti li tinsab fl-istralċ f’dik id-data biex jissalvagwardja l-kapital u l-valur. |
|
1.2. |
L-assi fil-parti li tinsab fl-istralċ jinbiegħu b’mod attiv u effettiv, jiġu llikwidati jew stralċjati. |
|
1.3. |
Fil-prinċipju l-assi jridu jinbiegħu malajr kemm jista’ jkun. L-HGAA jimpenja ruħu li jbigħ dawn l-assi hekk kif ikun possibbli li jinkiseb mill-anqas il-valur kontabilistiku tal-assi waqt il-bejgħ, sakemm il-prezz tal-bejgħ jiġi kkunsidrat b’mod ċar li mhuwiex xierqa fuq il-bażi ta’ valutazzjoni inkontestabbli u oġġettiva. |
|
1.4. |
L-assi kollha li ma jistgħux jinbiegħu skont il-punt 1.3 jintemmu fid-data ta’ skadenza tagħhom. |
2.
|
2.1. |
L-Awstrija timpenja ruħha li, b’effett mid-data tal-adozzjoni tal-approvazzjoni finali, ebda operat ġdid ma jkun konkluż fil-parti li tinsab fl-istralċ. Jekk ma jkunx provdut mod ieħor minbarra l-punt 2.2 u 2.3 ta’ hawn taħt, minn dik id-data l-kumpaniji kollha tal-HGAA, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet operattivi, jiistralċjaw biss l-operat eżistenti tagħhom f’dik id-data. |
|
2.2. |
Estensjonijiet ma’ klijenti eżistenti jibqgħu permessi għax-xoljiment parti wisq jekk ikun hemm prospett realistiku u plawżibbli, appoġġati b’evidenza, li estensjoni se jtejbu l-użu ta’ funzjonalità jew futuri ta’ finanzjament futuri. Estensjonijiet ma jingħatawx għal aktar minn […]; eċċezzjonijiet ġustifikati b’perjodi ta’ estensjoni itwal għandhom jiġu żvelati lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u ġġustifikati b’mod adegwat f’kull każ individwali. Anki fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar l-attivitajiet kollha tal-istralċ iridu jiġu riżolti malajr kemm jista’ jkun.
Dawn il-provvedimenti li ġejjin ikomplu japplikaw:
Barra minn hekk, tranżazzjonijiet ma’ kumpaniji tal-grupp HGAA jibqgħu awtorizzati (bil-kundizzjoni li l-iskop tagħhom ikun l-estensjoni tal-linji ta’ rifinanzjament) u tranżazzjonijiet max-xerrejja tal-assi tal-HGAA (parteċipazzjoni azzjonarja, portafolli, eċċ.), li jitwettqu b’rabta mar-riprivatizzazzjoni u huma meħtieġa għal bejgħ b’suċċess tal-entitajiet/assi kkonċernati (pereż. finanzjament mill-bejjiegħ, estensjoni mill-HGAA tal-kollateral mogħti — bħal garanziji — favur ix-xerrej, eċċ.). |
|
2.3. |
Fil-każ ta’ impenji li l-prestazzjoni tagħhom tiġi affettwata, l-entità fl-istralċ tista’, bħala parti mill-irkupru u r-riżoluzzjoni tagħmel aġġustamenti fit-tranżazzjoni mad-debitur rispettiv tal-impenn ta’ referenza kkonċernat, bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri jistgħu jitqiesu li jissalvagwardjaw il-valur jew inaqqsu r-riskju mingħajr ma jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, li jrid jiġi sostanzjat bil-miktub lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ f’kull każ. Aġġustamenti fit-tranżazzjoni huma bidliet fl-impenn, pereżempju aġġustamenti fuq ir-rati ta’ interess, differimenti, skedar mill-ġdid tal-maturità, suppożizzjoni ta’ obbligu, estensjonijiet u konverżjoni ta’ dejn, pereż. permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu ġdid għall-istess ammont, bidliet fil-kollateral jew bidliet fi proporzjonijiet finanzjarji jew rinunzja għall-effetti ġuridiċi tal-proporzjonijiet finanzjarji. L-aġġustamenti msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jkollhom estenzjoni tal-maturità ta’ […]; aġġustamenti li jkunu aktar minn dan jistgħu jsiru biss bl-approvazzjoni tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. |
|
2.4. |
Barra minn hekk, (finanzjament ta’) nefqa fuq titjib dirett tal-assi għall-bejgħ huwa awtorizzat, jekk permezz ta’ dan ikun possibbli li jiżdiedu l-possibbiltajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni b’mod sinifikanti. Dan jikkonċerna b’mod partikolari drittijiet legali u spejjeż amministrattivi (pereż. għal korrezzjonijiet fir-reġistru lokali tal-artijiet) u, f’każijiet individwali, tibdiliet strutturali/tekniċi fl-assi individwali, li għalihom huwa meħtieġ ftehim mill-fiduċjarju tal-monitoraġġ. |
3.
Sabiex tiġi evitata distorsjoni fis-suq matul r-riżoluzzjoni tal-Bank Retail HBI u l-ħruġ ta’ depożiti, u biex jittaffew ir-rekwiżiti ta’ likwidità addizzjonali tal-HBI li jirriżultaw minn dan, il-provvedimenti li ġejjin japplikaw għall-HBI:
|
3.1. |
L-HBI mhux se jagħmel tranżazzjonijiet ta’ operat ġdid, ħlief kif provdut mod ieħor hawn taħt. |
|
3.2. |
L-assi tal-HBI jitnaqqsu gradwalment permezz tal-bejgħ ta’ portafolli jew assi individwali, aktar tranżazzjonijiet ta’ ristrutturar (jiġifieri trasferimenti ta’ portfolli u/jew assi tal-entità fl-istralċ), kif ukoll mill-amortizzazzjoni tal-assi eżistenti. |
|
3.3. |
L-istralċ tal-obbligazzjonijiet fuq il-karta bilanċjali tal-HBI jsegwu stralċ tal-assi fil-karta bilanċjali tiegħu u se jiġi stabbilit minn dan tal-aħħar. L-obbligazzjonijiett tal-HbI għalhekk jitnaqqsu b’mod proporzjonali mat-tnaqqis fuq in-naħa tal-attiv. |
|
3.4. |
Fil-preżent, huma ppjanati dawn il-passi importanti għall-istralċ ta’ HBI:
|
|
3.5. |
Sabiex jiġi żgurat […] ta’ rifinanzjament proprju minn naħa ta’ HBI fl-istadju tal-istralċ u tiġi evitata l-ħtieġa ta’ likwidità addizzjonali, HBI jista’ […], sakemm dan ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat tnaqqis ta’ […] eżistenti jew biex jiġi kkumpensat tnaqqis bħal dan. |
|
3.6. |
L-HBI joffri/jieħu depożiti biss b’rati nominali ta’ interessi taħt il-medja tal-aħjar rati referenzjarji offruti għall-istess perjodu mill-ħames kompetituri ewlenin mhux assititi tal-HBI […] għal prodotti komparabbli. |
|
3.7. |
[…]. |
|
3.8. |
Ħlief kif provdut mod ieħor hawn fuq, il-provvedimenti dwar il-parti fl-istralċ f’V.1 u V.2 japplikaw mutatis mutandis għall-istralċ tal-HBI. |
2. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
I. Ħatra
|
1. |
L-Awstrija tiżgura li l-HGAA jaħtar, skont il-provvedimenti li ġejjin, Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (minn issa ’l quddiem: “Fiduċjarju”) li jrid iwettaq il-kompiti u d-dmirijiet imsemmija fit-Taqsima C.II. |
|
2. |
Il-Fiduċjarju jrid ikun indipendenti mill-HGAA, fl-ebda ħin ma jkun f’kunflitt ta’ interess, u jkollu l-għarfien speċjalizzat meħtieġ biex iwettaq il-mandat tiegħu. Il-Fiduċjarju għandu jitħallas mill-HGAA b’mod li ma jfixkilx il-prestazzjoni indipendenti u effettiva tal-mandat tiegħu. Il-kost tal-Fiduċjarju, sa fejn ikun legalment permissibbli, ikun taħt ir-responsabbiltà tal-HGAA, jew inkella l-Awstrija. |
|
3. |
Bil-ftehim tal-Kummissjoni, il-Fiduċjarju diġà maħtur skont l-impenji fil-punt 12 tal-Anness għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, C(2012) 9255 final, […], ikompli jaġixxi bħala Fiduċjarju. Fil-każ li l-Kummissjoni minflok titlob li jinħatar Fiduċjarju ieħor, japplika dan li ġej:
|
II. Id-dmirijiet u l-obbligi tal-Fiduċjarju
|
1. |
Id-dmir tal-Fiduċjarju huwa li jimmonitorja l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tal-pjan ta’ ristrutturar tal-HGAA u l-konformità mal-impenji, u jwettaq id-dmirijiet speċifiċi tal-Fiduċjarju stipulati fil-lista ta’ impenji (pereżempju fit-Taqsima D.I). Il-Kummissjoni tista’ titlob spjegazzjonijiet jew kjarifiki mingħand il-Fiduċjarju. |
|
2. |
Il-Fiduċjarju jirrapporta kull tliet xhur lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u l-konformità mal-impenji. Għal dan l-għan, il-Fiduċjarju jissottometti abbozz ta’ rapport bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u l-konformità mal-impenji lill-Kummissjoni, l-Awstrija u l-HGAA kull tliet xhur. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-ambitu tar-rapport f’aktar dettall. |
|
3. |
Il-Kummissjoni, l-Awstrija u l-HGAA jistgħu jissottomettu l-kummenti dwar l-abbozz fi żmien ġimgħatejn minn meta jirċevuh, (“data ta’ skadenza għall-kummenti”). Fi żmien erba’ ġimgħat wara d-data ta’ skadenza għall-kummenti, il-Fiduċjarju jibgħat rapport finali lill-Kummissjoni, li jinkludi l-kummenti. Il-Fiduċjarju għandu wkoll jibgħat kopja tar-rapport finali lill-Awstrija u lill-HGAA. |
III. Id-dmirijiet u l-obbligi tal-Awstrija u tal-HGAA
L-Awstrija tiżgura li, matul l-implimentazzjoni tal-approvazzjoni finali, il-Kummissjoni u l-Fiduċjarju għandu jkollhom aċċess mhux ristrett għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni l-approvazzjoni finali. L-HGAA jappoġġa lill-Fiduċjarju billi jħejji l-informazzjoni u jagħmilha disponibbli malajr. Il-Kummissjoni u l-Fiduċjarju jistgħu jitolbu lill-HGAA u lill-Awstrija għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. L-Awstrija u l-HGAA jikkooperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni u l-Fiduċjarju fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approvazzjoni finali.
IV. Sostituzzjoni u tkeċċija tal-Fiduċjarju
|
1. |
Jekk il-Fiduċjarju ma jissodisfax id-dmirijiet u l-obbligi tiegħu jew ma (jkomplix) jissodisfa l-kriterji tal-adattabilità (it-Taqsima C.I.2.), il-Fiduċjarju jista’ jitkeċċa mill-HGAA bi ftehim tal-Kummissjoni jew, f’każ ta’ talba ġġustifikata korrispondenti mill-Kummissjoni, wara li tisma’ lill-Fiduċjarju, il-Fiduċjarju jrid jitkeċċa mill-HGAA. Jekk il-Fiduċjarju jitkeċċa, għandu jiġi sostitwit minn Fiduċjarju ġdid. Fiduċjarju ġdid għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fit-Taqsima C.I. |
|
2. |
Jekk il-Fiduċjarju jitneħħa, jista’ jintalab biex ikompli l-funzjonijiet tiegħu sakemm jinħatar Fiduċjarju ġdid. Il-Fiduċjarju li tkeċċa jrid jgħaddi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Fiduċjarju ġdid. L-attività tal-Fiduċjarju li tkeċċa tintemm biss ladarba jkun ġie rilaxxat mid-dmirijiet tiegħu mill-HGAA bi qbil mal-Kummissjoni. |
2. Provvedimenti finali
I. Rappurtar dwar għajnuna ulterjuri
|
1. |
Ir-Repubblika tal-Awstrija tintrabat li ma tagħtix għajnuna ulterjuri lill-kumpaniji fil-Grupp HGAA li mhumiex inklużi fil-parti li jinsabu fl-istralċ bil-kundizzjoni li l-għajnuna sservi għar-rekwiżiti regolatorji u dan jiġi kkonfermat mir-regolatur. Ir-Repubblika tal-Awstrija tkompli timpenja ruħha billi tinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kull miżura ta’ għajnuna addizzjonali favur l-HGAA sakemm il-pjan ta’ ristrutturar ikun ġie implimentata b’mod sħiħ. |
II. Soluzzjoni għal tilwim legali
|
1. |
Fil-każ ta’ kunflitt bejn l-impenji tal-Awstrija u l-obbligi legali tal-HGAA, l-Awstrija tiżgura li l-HGAA jinnotifika lill-Fiduċjarju mingħajr dewmien u jipproponi alternattiva għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt. |
|
2. |
Wara li jirċievi proposta alternattiva dokumentata b’mod suffiċjenti mingħand l-HGAA, il-Fiduċjarju jeżamina kemm jista’ jkun malajr, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jekk il-proposta alternattiva hijiex xierqa, wara li tiġi kkunsidrata l-approvazzjoni finali u l-obbligu legali speċifiku tal-HGAA inkwistjoni. Jekk il-proposta tkun adattata, is-servizzi tal-Kummissjoni jieħdu l-passi ulterjuri meħtieġa skont il-proċeduri rilevanti. |
III. Klawżola ta’ konsultazzjoni
Bi tweġiba għal applikazzjoni dokumentata b’mod suffiċjenti mill-Awstrija, il-Kummissjoni tista’, f’konsultazzjoni mal-Fiduċjarju, tagħti estensjoni għad-dati ta’ skadenza stabbiliti fl-impenji, bil-kundizzjoni li jitwiegħed ċertu riżultat f’dan il-limitu ta’ żmien, jew telimina, tibdel, jew tissostitwixxi wieħed jew aktar mid-dmirijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn l-impenji.
(1) Entitajiet ikkontrollati direttament minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jew lokali jew ekonomikament marbutin ma’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jew lokali.
(2) It-terminu “operat rilevanti għar-riskju” huwa definit f’konformità mal-prinċipji ta’ kreditu tal-grupp (Group Credit Principles) u għalhekk jinkludi kull operat ta’ kreditu/lokazzjoni li jinvolvi kontroparti u/jew riskji del credere.
(3) Minkejja li estensjonijiet b’massimu ta’ maturità ta’ […] mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq operat ġdid fil-punti 4.1.1–4.1.6, transazzjonijiet bħal dawn iridu xorta jikkonformaw strettament mal-politiki tar-riskju tal-HGAA u regolamenti oħra rilevanti.
(4) Skont il-metodoloġija tal-kejl tal-iskopertura tal-HGAA, dan ifisser li l-parti mhux użata tas-self qafas impenjat eżistenti mhux se tkun ikkunsidrata bħala operat ġdid.