7.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/112


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ġunju 2014

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE, 2011/331/UE u 2011/337/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument C(2014) 3674)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/336/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (4) tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2014.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE (6) tiskadi fis-6 ta' Ġunju 2014.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE (7) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE (8) tiskadi fid-9 ta' Ġunju 2014.

(8)

Saret valutazzjoni tar-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE, 2011/331/UE u 2011/337/UE. Billi għadu għaddej rieżami tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika stipulati f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2015.

(9)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE, 2011/331/UE u 2011/337/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/799/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 6

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘materjali li jtejbu l-ħamrija’u r-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/64/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘midja tat-tkabbir’u r-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 3

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘televiżjonijiet’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/894/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘għamara tal-injam’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 5

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/330/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-kategorija ta' prodotti '‘kompjuters notebook’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 6

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/331/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘sorsi tad-dawl’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 7

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/337/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters personali’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sat-31 ta' Diċembru 2015.”

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta' Novembru 2006li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta' eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta' Diċembru 2006li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti ta' stima u verifikazzjoni relatati għall-għoti ta' ekotikketta tal-Komunità għall-midja tat-tkabbir (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tal-12 ta' Marzu 2009li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta' Novembru 2009li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tat-6 ta' Ġunju 2011dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebook (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tat-6 ta' Ġunju 2011dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5).