|
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/105 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Mejju 2014
dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(2014/335/UE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni għandha tiżgura li jkun hemm riżorsi adegwati għall-iżvilupp xieraq tal-politiki tal-Unjoni, suġġett għall-ħtieġa ta' dixxiplina baġitarja stretta. L-iżvilupp tas-sistema tar-riżorsi proprji jista' u jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għal sforzi usa' favur il-konsolidazzjoni baġitarja magħmulin fl-Istati Membri u jipparteċipa, kemm jista' jkun, fl-iżvilupp tal-politiki tal-Unjoni. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss ladarba tkun ġiet approvata mill-Istati Membri kollha skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, u b'hekk tiġi rrispettata b'mod sħiħ is-sovranità nazzjonali. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 ikkonkluda, fost l-oħrajn, li l-arranġamenti tar-riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi ġenerali tas-simpliċità, it-trasparenza u l-ekwità. Għaldaqstant dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw, f'konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew ta' Fontainebleau tal-1984, li l-ebda Stat Membru ma jġorr piż baġitarju li jkun eċċessiv relattivament għall-prosperità relattiva tiegħu. Hija għalhekk meħtieġa l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet li jkopru Stati Membri speċifiċi. |
|
(4) |
Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 ikkonkluda li l-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandhom jibbenefikaw minn rati mnaqqsa ta' ġbir għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-perijodu 2014-2020 biss. Ikkonkluda wkoll li d-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-perijodu 2014-2020 biss u li l-Awstrija għandha tibbenefika minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali tagħha bbażati fuq l-ING għall-perijodu 2014-2016 biss. Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 ikkonkluda li l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni eżistenti favur ir-Renju Unit għandu jkompli japplika. |
|
(5) |
Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 ikkonkluda li s-sistema għall-ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali m'għandhiex tinbidel. Madanakollu, mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom iżommu, bħala spejjeż tal-ġbir, 20 % tal-ammonti miġburin minnhom. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata d-dixxiplina baġitarja stretta, u b'kont meħud tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2010 dwar l-adattament tal-livell massimu tar-riżorsi proprji u tal-livell massimu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji wara d-deċiżjoni li l-FISIM jiġu applikati għall-finijiet tar-riżorsi proprji, jeħtieġ li l-livell massimu tar-riżorsi proprji jkun ta' 1,23 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri bil-prezzijiet tas-suq għall-approprjazzjonijiet għall-pagamenti u jeħtieġ li jiġi ffissat il-livell massimu ta' 1,29 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri għall-approprjazzjonijiet għal impenji. Dawk il-livelli massimi huma bbażati fuq l-ESA 95 inklużi servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja kkalkulati indirettament (FISIM) minħabba li d-data bbażata fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet riveduta stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“ESA 2010”) ma kinetx disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Sabiex l-ammont ta' riżorsi finanzjarji mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Unjoni jibqa' mhux mibdul, huwa xieraq li dawn il-livelli massimi espressi f'perċentwali tal-ING. Dawk il-livelli massimi għandhom jiġu adattati hekk kif l-Istati Membri jkunu bagħtu d-data tagħhom abbażi tal-ESA 2010. Fil-każ li jkun hemm xi emendi għall-ESA 2010 li jinvolvu bidla sinifikanti fil-livell tal-ING, il-livelli massimi għar-riżorsi proprji u għal approprjazzjonijiet għall-impenji għandhom jiġu adattati mill-ġdid. |
|
(7) |
Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 appella lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq il-VAT biex tkun kemm jista' jkun sempliċi u trasparenti, biex tissaħħaħ ir-rabta mal-politika tal-UE dwar il-VAT u l-irċevuti reali tal-VAT, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali ta' dawk li jħallsu t-taxxa fl-Istati Membri kollha. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li r-riżorsa proprja l-ġdida mill-VAT tista' tieħu post ir-riżorsa proprja eżistenti bbażata fuq il-VAT. Il-Kunsill Ewropew innota wkoll li fit-22 ta' Jannar 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (2). Huwa stieden lill-Istati Membri parteċipanti jeżaminaw jekk din tkunx tista' ssir il-bażi għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE. Huwa kkonkluda li dan mhux ser ikollu impatt fuq Stati Membri mhux parteċipanti u mhux ser ikollu impatt fuq il-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. |
|
(8) |
Il-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 ikkonkluda li ser jiġi stabbilit Regolament tal-Kunsill li jistipula miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, kif jinsab fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għaldaqstant, f'dak ir-Regolament għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet ta' natura ġenerali, applikabbli għat-tipi kollha ta' riżorsi proprji u li għalihom tinħtieġ, kif stabbilit fit-Trattati, superviżjoni parlamentari adegwata, bħal, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi kkalkulat u bbaġittjat il-bilanċ baġitarju annwali u aspetti tal-kontroll u tas-superviżjoni tal-introjti. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, kontinwità u ċertezza legali, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex tiġi koperta t-tranżizzjoni mis-sistema introdotta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (3) għal dik derivanti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom titħassar. |
|
(11) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, jeħtieġ li l-ammonti monetarji kollha jiġu espressi f'euro. |
|
(12) |
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ġew ikkonsultati u adottew opinjonijiet (4). |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni għas-sistema riveduta tar-riżorsi proprji u sabiex din tkun koinċidenti mas-sena finanzjarja, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat, f'konformità mal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni.
Artikolu 2
Kategoriji ta' riżorsi proprji u metodi speċifiċi għall-kalkolu tagħhom
1. Id-dħul minn dawn li ġejjin għandu jikkostitwixxi riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni:
|
(a) |
riżorsi proprji tradizzjonali li jikkonsistu minn imposti, primjums, ammonti addizzjonali jew kompensatorji, ammonti jew fatturi addizzjonali, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħrajn stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi, dazji doganali fuq prodotti taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li skada kif ukoll kontribuzzjonijiet u dazji oħrajn previsti fi ħdan il-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq taz-zokkor; |
|
(b) |
mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, l-applikazzjoni ta' rata uniformi valida għall-Istati Membri kollha għall-bażijiet ta' valutazzjoni tal-VAT armonizzati ddeterminati skont ir-regoli tal-Unjoni. Għal kull Stat Membru, il-bażi ta' valutazzjoni li għandha titqies għal dan l-għan m'għandhiex taqbeż il-50 % tal- introjtu nazzjonali gross (ING), kif definit fil-paragrafu 7. |
|
(c) |
mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, l-applikazzjoni ta' rata uniformi, li għandha tiġi determinata f'konformità mal-proċedura baġitarja fid-dawl tat-total tad-dħul l-ieħor kollu, għas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha. |
2. Id-dħul li jiġi minn kwalunkwe imposti ġodda imdaħħla fil-qafas ta' politika komuni, skont it-TFUE, sakemm il-proċedura stipulata fl-Artikolu 311 tat-TFUE tkun ġiet segwita, għandu wkoll jikkostitwixxi riżors proprju mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom iżommu, bħala spejjeż tal-ġbir, 20 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
4. Ir-rata uniformi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tkun iffissata bħala 0,30 %.
Għall-perijodu 2014-2020 biss, ir-rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT għall-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandha tiġi ffissata bħala 0,15 %.
5. Ir-rata uniformi msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tapplika għall-ING ta' kull Stat Membru.
Għall-perijodu 2014-2020 biss, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja ser jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tagħhom bbażata fuq l-ING ta' EUR 130 miljun, EUR 695 miljun u EUR 185 miljun rispettivament. L-Awstrija ser tibbenefika minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tagħha bbażata fuq l-ING ta' EUR 30 miljun fl-2014, EUR 20 miljun fl-2015 u EUR 10 miljuni fl-2016. Dawn l-ammonti kollha għandhom jitkejlu bil-prezzijiet tal-2011 u jiġu aġġustati għall-prezzijiet attwali billi jiġi applikat l-aktar deflatur riċenti tal-PDG għall-UE espress f'euro, kif ipprovdut mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta jitħejja l-abbozz tal-baġit. Dan it-tnaqqis gross għandu jingħata wara l-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit u l-finanzjament tagħha msemmi fl-Artikoli 4 u 5 ta' din id-Deċiżjoni, u m'għandux ikollu impatt fuq dan. Dan it-tnaqqis gross ser jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha.
6. Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, l-baġit ikun għadu ma ġiex adottat, għandhom jibqgħu japplikaw ir-rati eżistenti tal-ġbir tal-VAT u tal-ING sa meta jidħlu fis-seħħ ir-rati l-ġodda.
7. L-ING imsemmi fil-paragrafu 1(c) għandu jfisser ING annwali fil-prezz tas-suq, kif ipprovdut mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (“ESA 2010”).
F'każ li emendi fl-ESA 2010 jirriżultaw f'bidliet sinifikanti fl-ING imsemmi fil-paragrafu 1(c), il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi jekk dawn l-emendi għandhomx japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Limitu massimu tar-riżorsi proprji
1. L-ammont totali ta' riżorsi proprji allokat lill-Unjoni biex ikopri l-approprjazzjonijiet annwali għall-pagamenti ma għandux jaqbeż il-1,23 % tat-total tal-ING tal-Istati Membri kollha.
2. L-ammont totali annwali ta' approprjazzjonijiet għall-impenji mdaħħlin fil-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-1,29 % tat-total tal-ING tal-Istati Membri kollha.
Għandu jinżamm proporzjon ordnat bejn approprjazzjonijiet għall-impenji u approprjazzjonijiet għall-pagamenti biex jiggarantixxi l-kompatibbiltà tagħhom u biex jippermetti li jiġi rispettat il-limitu skont il-paragrafu 1 fi snin sussegwenti.
3. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, hekk kif l-Istati Membri jkunu bagħtu d-data tagħhom abbażi tal-ESA 2010, il-Kummissjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-livelli massimi li jinsabu fil-paragrafi 1 u 2 abbażi tal-formula li ġejja:
F'dik il-formula, “t” hija l-aħħar sena sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data għall-kalkolu tal-ING.
4. Fejn l-emendi għall-ESA 2010 jirriżultaw f'tibdil sinifikanti fil-livell ta' ING, il-Kummissjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-livelli massimi stipulati fil-paragrafi 1 u 2, kif ikkalkulat mill-ġdid f'konformità mal-paragrafu 3, abbażi tal-formula li ġejja:
F'dik il-formula, “t” hija l-aħħar sena sħiħa li għalija hija disponibbli d-data għall-kalkolu tal-ING.
F'dik il-formula, “x” u “y” rispettivament huma l-livelli massimi kif ikkalkulati mill-ġdid skont il-paragrafu 3.
Artikolu 4
Mekkaniżmu ta' korrezzjoni favur ir-Renju Unit
Ir-Renju Unit għandu jiġi permess korrezzjoni fir-rigward ta' żbilanċi baġitarji.
Din il-korrezzjoni għandha tiġi stabbilita billi:
|
(a) |
tiġi kkalkulata d-differenza, fis-sena finanzjarja preċedenti, bejn:
|
|
(b) |
il-multiplikazzjoni tad-differenza li b'hekk tirriżulta mit-total tan-nefqa allokata; |
|
(c) |
il-multiplikazzjoni tar-riżultat fil-punt (b) b'0,66; |
|
(d) |
it-tnaqqis mir-riżultat fil-punt (c) tal-effetti li jirriżultaw għar-Renju Unit mit-tranżizzjoni għall-VAT mingħajr limitu u l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2(1)(c), jiġifieri d-differenza bejn:
|
|
(e) |
it-tnaqqis mir-riżultat fil-punt (d) tal-kisbiet netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda fil-perċentwal ta' riżorsi msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) miżmumin mill-Istati Membri biex ikopru spejjeż ta' ġbir u dawk relatati; |
|
(f) |
l-aġġustament tal-kalkolu, billi titnaqqas in-nefqa totali allokata bin-nefqa totali allokata fi Stati Membri li daħlu fl-Unjoni wara t-30 ta' April 2004, ħlief għall-ħlasijiet diretti tal-agrikoltura u nfiq relatat mas-suq kif ukoll dik il-parti tan-nefqa ta' żvilupp rurali li toriġina mis-Sezzjoni ta' Garanzija tal-FAEGG. |
Artikolu 5
Finanzjament tal-mekkaniżmu ta' korrezzjoni favur ir-Renju Unit
1. L-ispiża tal-korrezzjoni li itnsab fl-Artikolu 4 għandha titħallas mill-Istati Membri barra mir-Renju Unit f'konformità mal-arranġamenti li ġejjin:
|
(a) |
id-distribuzzjoni tan-nefqa għandha l-ewwel tiġi kkalkulata b'referenza għas-sehem ta' kull Stat Membru fil-pagamenti msemmija fl-Artikoli 2(1)(c), bir-Renju Unit jiġi eskluż u mingħajr ma jitqies it-tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING tad-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxx, l-Awstrija u l-Isvezja kif previst fl-Artikolu 2(5); |
|
(b) |
konsegwentement din għandha tiġi aġġustata b'mod li tirrestrinġi s-sehem ta' finanzjament tal-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxx, l-Awstrija u l-Isvezja għal kwart tas-sehem normali tagħhom li jirriżulta minn dan il-kalkolu. |
2. Il-korrezzjoni għandha tiġi permessa lir-Renju Unit permezz ta' tnaqqis fil-pagamenti tiegħu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(c). L-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri l-oħrajn għandhom jinżiedu mal-pagamenti tagħhom li jirriżultaw mill-applikazzjoni għal kull Stat Membru tal-Artikolu 2(1)(c).
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kalkoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5), l-Artikolu 4 u dan l-Artikolu.
4. Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-baġit ikun għadu ma ġiex adottat, għandhom jibqgħu japplikaw il-korrezzjoni permessa lir-Renju Unit u l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri l-oħra kif imdaħħla fl-aħħar baġit adottat b'mod definittiv.
Artikolu 6
Il-prinċipju tal-universalità
Id-dħul imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jintuża bla distinzjoni biex jiffinanzja n-nefqa kollha mdaħħla fil-baġit annwali tal-Unjoni.
Artikolu 7
Riporti tal-bilanċi pożittivi
Kull eċċess ta' dħul tal-Unjoni fuq in-nefqa attwali totali matul sena finanzjarja għandu jkun riportat għas-sena finanzjarja sussegwenti.
Artikolu 8
Il-ġbir tar-riżorsi proprji u t-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni
1. Ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(a) għandhom jinġabru mill-Istati Membri f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali imposti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva, li għandhom, fejn xieraq, jiġu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti kkomunikati lilha mill-Istati Membri, tgħaddi lill-Istati Membri l-aġġustamenti li jidhrilha meħtieġa biex tiżgura li dawn ikunu konformi mar-regoli tal-Unjoni u tirrapporta, jekk ikun meħtieġ, lill-awtorità baġitarja.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżorsi previsti fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c) disponibbli lill-Kummissjoni, f'konformità mar-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 322(2) tat-TFUE.
Artikolu 9
Miżuri ta' implimentazzjoni
Il-Kunsill għandu, skont il-proċedura stabbilita fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-TFUE, jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni rigward l-elementi li ġejjin tas-sistema tar-riżorsi proprji:
|
(a) |
il-proċedura għall-kalkolu u l-ibbaġittjar tal-bilanċ baġitarju annwali kif jinsab fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet u l-arranġamenti meħtieġa għall-kontroll u għas-superviżjoni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2, inklużi kwalunkwe rekwiżiti rilevanti dwar ir-rappurtar. |
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji
1. Soġġetta għall-paragrafu 2, id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom hija mħassra. Kwalunkwe referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom (5), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom (6), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom (7), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom (8), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom (9) jew għad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjonijiet li tinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjonijiet 94/728/KE, Euratom, 2000/597/KE, Euratom u 2007/436/KE, Euratom għandhom ikomplu japplikaw għall-kalkolu u l-aġġustament tad-dħul li jkun ġej mill-applikazzjoni ta' rata tal-ġbir għall-bażi tal-VAT iddeterminata b'mod uniformi u limitata bejn 50 % u 55 % tal-PNG jew tal-ING ta' kull Stat Membru, skont is-sena rilevanti, u għall-kalkolu tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji mogħtija lir-Renju Unit għas-snin 1995 sa 2013.
3. L-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu, bħala spejjeż tal-ġbir, 10 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) li kellhom isiru disponibbli mill-Istati Membri qabel it-28 ta' Frar 2001 f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu, bħala spejjeż tal-ġbir, 25 % tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) li kellhom isiru disponibbli mill-Istati Membri bejn l-1 ta' Marzu 2001 u t-28 ta' Frar 2014 f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
4. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-ammonti monetarji kollha għandhom jiġu espressi f'euro.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'din id-Deċiżjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill bit-tlestija tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara r-riċezzjoni tal-aħħar waħda min-notifiki msemmijin fit-tieni paragrafu.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 12
Pubblikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
Ch. VASILAKOS
(1) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(2) ĠU L 22, 25.1.2013, p. 11.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).
(4) Opinjoni N. 2/2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-20 ta' Marzu 2012 (ĠU C 112, 18.4.2012, p. 1) u Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 (ĠU C 181, 21.6.2012, p. 45).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom tal-21 ta' April 1970 dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri bir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 94, 28.4.1970, p. 19).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom tas-7 ta' Mejju 1985 dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 128, 14.5.1985, p. 15).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom tal-24 ta' Ġunju 1988 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 185, 15.7.1988, p. 24).
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta' Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 9).
(9) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42).
ANNESS
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
|
— |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (e) |
Artikolu 4, it-tieni paragrafu, il-punti (a) sa (e) |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (f) |
— |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g) |
Artikolu 4, it-tieni paragrafu, il-punt (f) |
|
Artikolu 4(2) |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 8(2) |
— |
|
— |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
— |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
— |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |