4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Novembru 2013
li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2014/317/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tal-istess Trattat,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). |
(2) |
Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie approvat mill-awtoritajiet Albaniżi, permezz ta' skambju ta' ittri fl-1 ta' Awwissu 2013. |
(3) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward tal-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(4) |
L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hija b'dan approvata.
It-test tal-Protokol huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS