3.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/74

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE biex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi

(notifikata bid-dokument C(2014) 3468)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/313/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata għal oġġetti li jkun fihom sustanzi jew preparazzjonijiet/taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew għall-oġġetti li fihom is-sustanzi msemmijin fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri biex tagħti d-derogi mill-Artikolu 6(6) ta' dan ir-Regolament għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti li fihom dawk is-sustanzi, fejn mhuwiex fattibbli teknikament li dawk l-oġġetti jiġu sostitwiti għal kollox jew permezz li jintużaw materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta' prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali ġeneralment aħjar minn oġġetti tal-istess kategorija.

(2)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/263/UE (4), 2011/264/UE (5), 2011/382/UE (6), 2011/383/UE (7), 2012/720/UE (8) u 2012/721/UE (9) stabbilixxew il-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, lid-deterġenti tat-tindif b'użi multipli u lid-deterġenti tat-tindif sanitarji, lid-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali. Wara l-adozzjoni ta' dawn id-Deċiżjonijiet, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġie emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 (10). L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 saru applikabbli għas-sustanzi mill-1 ta' Diċembru 2012 u se jsiru applikabbli għat-taħlitiet mill-1 ta' Ġunju 2015. Ir-Regolament (UE) Nru 286/2011 żied kriterji ġodda għall-klassifikazzjoni għall-periklu tal-ilma fuq tul ta' żmien abbażi tad-dejta dwar it-tossiċità akkwatika kronika u l-bijodegradabbiltà. Abbażi tal-kriterji l-ġodda, il-maġġoranza tal-aġenti tensjoattivi li jiddegradaw faċilment li kurrentement qed jintużaw fid-deterġenti u l-prodotti tat-tindif ġew ikklassifikati bħala kategorija Kronika 3 (H412) u f'ċerti każi, speċifikament rilevanti għad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn, bħala kategorija Kronika 2 (H411), u għaldaqstant huwa pprojbit li jintużaw f'prodotti li għandhom l-Ekotikketta tal-UE. Minħabba f'hekk ikun diffiċli li l-kriterji ekoloġiċi stabbiliti għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn, lid-deterġenti tat-tindif b'użi multipli u lid-deterġenti tat-tindif sanitarji, lid-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali, jikkorrispondu b'mod indikattivi mal-aħjar 10 sa 20 % tad-deterġenti u prodotti tat-tindif disponibbli fis-suq tal-Unjoni f'termini ta' prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, billi ma teżisti ebda evidenza li hemm disponibbli aġenti tensjoattivi alternattivi. It-test ta' valutazzjoni u verifika huwa aġġornat biex ikun ta' gwida għall-applikanti biex jippruvaw il-konformità mar-rekwiżit il-ġdid.

(3)

Il-konsegwenzi tal-introduzjoni ta' kriterji ġodda tal-klassifikazzjoni ma kinux magħrufa waqt ir-reviżjoni tal-kriterji għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, lid-deterġenti tal-ħwejjeġ, lid-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn, lid-deterġenti tat-tindif b'użi multipli u lid-deterġenti tat-tindif sanitarji, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE u waqt l-iżvilupp tal-kriterji għall-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lid-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u lid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2012/720/UE u 2012/721/UE.

(4)

Din l-emenda tapplika retroattivament mill-1 ta' Diċembru 2012, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, id-deterġenti tal-ħwejjeġ, id-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn, id-deterġenti tat-tindif b'użi multipli u d-deterġenti tat-tindif sanitarju, id-deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali u d-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/382/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/383/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għas-sustanzi mill-1 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).

(10)  Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta' Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 83, 30.3.2011, p. 1)

ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-ħames paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 2, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għal kull tip ta' ħajja akkwatika

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

H410: Tossiċi ħafna għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R50-53

H411: Tossiċi għall-kreaturi akkwatiċi b'effetti li jdumu

R51-53

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Fwejjaħ

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(2)

Fil-punt (b) tal-Kriterju 2 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test ta' Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(**)  Imsemmija fil-kriterju 2(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet ta' inqas minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali jkun ta' inqas minn 0,10 %”;

ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-ħames paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

H410: Tossiċi ħafna għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R50-53

H411: Tossiċi għall-kreaturi akkwatiċi b'effetti li jdumu

R51-53

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Fwejjaħ

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Luminanti (għad-deterġenti qawwijin tal-ħwejjeġ biss)

H413: Jista' jikkawża effetti fit-tul għall-ħajja akkwatika

R53

(2)

Fil-punt (b) tal-Kriterju 4 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test ta' Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(**)  Imsemmija fil-kriterju 4(e). Din id-deroga hija applikabbli sakemm il-potenzjalitajiet ta' bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi jkunu karatterizzati mil-log Pow (koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma) < 3,0 jew fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' ≤ 100 ddeterminat bl-esperimenti.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet ta' inqas minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali jkun ta' inqas minn 0,10 %.”;

ANNESS III

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/382/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fir-raba' paragrafu tal-punt (c) tal-Kriterju 3, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (**)

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 2,5 % (**)

H411: Tossiċi għall-kreaturi akkwatiċi b'effetti li jdumu

R51-53

Fwejjaħ

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(2)

Fil-punt (c) tal-Kriterju 3 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test ta' Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412 u/jew H411, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(**)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet ta' inqas minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali jkun ta' inqas minn 0,10 %.”;

ANNESS IV

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/383/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fir-raba' paragrafu tal-punt (c) tal-Kriterju 3, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (**)

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Fwejjaħ

H412: Ta' ħsara għal kull tip ta' ħajja akkwatika b'effetti li jdumu

R52-53

Enżimi (***)

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(2)

Fil-punt (c) tal-Kriterju 3 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test ta' Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(**)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm jiddegradaw malajr u jiddegradaw anaerobikament.

(***)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(****)  F'konċentrazzjonijiet ta' inqas minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali jkun ta' inqas minn 0,10 %.”;

ANNESS V

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/720/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 3, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 15 %

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 %

H412: Ta' ħsara għall-kreaturi akkwatiċi b'effetti li jdumu

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (*)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % ta' piż skont il-piż (w/w) ta' materjal attiv)

H331: Tossiku jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Enżimi (**)

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (***)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(2)

Fil-punt (b) tal-Kriterju 3 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test tal-Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Id-deroga hija biss għall-kriterju 3(b). Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(**)  Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.

(***)  F'konċentrazzjonijiet ta' inqas minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali jkun ta' inqas minn 0,10 %.”;

ANNESS VI

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/721/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-sitt paragrafu tal-punt (b) tal-Kriterju 4, it-tabella tad-derogi hija sostitwita bit-tabella ta' hawn taħt:

“Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 20 %

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Aġenti tensjoattivi fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet totali ta' < 25 % (*)

H412: Ta' ħsara għall-kreaturi akkwatiċi b'effetti li jdumu

R52-53

Bijoċidi li jintużaw għall-preservazzjoni (**)

(għal-likwidi biss b'pH ta' bejn 2 u 12 u massimu ta' 0,10 % ta' piż skont il-piż (w/w) ta' materjal attiv)

H331: Tossiku jekk jinxtamm

R23

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

H334: Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

R42

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Katalisti tal-bliċ (***)

H400: Tossiċi ħafna għall-kreaturi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

(2)

Fil-punt (b) tal-Kriterju 4 jinżied il-paragrafu li ġej mat-test ta' Valutazzjoni u verifika:

“Għall-aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-grupp ta' periklu H412, l-applikant għandu jagħti d-dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà tagħhom li tirreferi għal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti deterġenti (DID). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha ssir referenza għall-informazzjoni rilevanti mil-litteratura jew minn sorsi oħra jew minn riżultati ta' testijiet rilevanti kif deskritt fl-Appendiċi I.”.

(*)  Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mal-kriterju 3(a) u jkunu degradabbli anaerobikament.

(**)  Id-deroga hija biss għall-kriterju 4(b). Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 4(e).