29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/309/PESK

tat-28 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK japplikaw sal-1 ta' Ġunju 2014. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2015.

(3)

Żewġ persuni u entità waħda ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(4)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2015. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(2)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  Deċiżjoni 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati, huma b'dan imneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

A.   Persuni

Nru 14. Asif Shawkat.

Nru 178. Sulieman Maarouf

B.   Entitajiet

Nru 45. Syrian International Islamic Bank.

II.

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

71.

Bushra (

Image 1

) Al-Assad (

Image 2

) (magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat)

Data tat-twelid: 24.10.1960

Oħt Bashar Al-Assad u armla ta' Asif Shawkat, Viċi Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

108.

Dr. Mohammad (

Image 3

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (

Image 4

)

Twieled: 1945;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru tal-Finanzi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

152.

Dr. Qadri (

Image 5

) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

Image 6

) (magħruf ukoll bħala Jameel)

 

Ex-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

156.

Eng. Hala (

Image 7

) Mohammad (

Image 8

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al Nasser (

Image 9

)

 

Ex-Ministru tat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

158.

Eng. Subhi (

Image 10

) Ahmad (

Image 11

) Al Abdallah (

Image 12

) (magħruf ukoll bħala Al-Abdullah)

 

Ex-Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

159.

Dr. Mohammad (

Image 13

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed) Yahiya (

Image 14

) (magħruf ukoll bħala Yehya, Yahya, Yihya, Yihia, Yahia) Moalla (

Image 15

) (magħruf ukoll bħala Mu'la, Ma'la, Muala, Maala, Mala)

 

Ex-Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

161.

Dr. Mohamad (

Image 16

) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammed, Mohammad) Zafer (

Image 17

) (magħruf ukoll bħala Dhafer) Mohabak (

Image 18

) (magħruf ukoll bħala Mohabbak, Muhabak, Muhabbak)

 

Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

163.

Dr. Safwan (

Image 19

) Al Assaf (

Image 20

)

 

Ex-Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

164.

Eng. Yasser (

Image 21

) (magħruf ukoll bħala Yaser) Al Siba'ii (

Image 22

) (magħruf ukoll bħala Al-Sibai, Al-Siba'i, Al Sibaei)

 

Ex-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

165.

Eng Sa'iid (

Image 23

) (magħruf ukoll bħala Sa'id, Sa'eed, Saeed) Ma'thi (

Image 24

) (magħruf ukoll bħala Mu'zi, Mu'dhi, Ma'dhi, Ma'zi, Maazi) Hneidi (

Image 25

)

 

Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

167.

Dr. Jassem (

Image 26

) (magħruf ukoll bħala Jasem) Mohammad (

Image 27

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Zakaria (

Image 28

)

Twieled fl-1968

Ex-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image 29

) Abdo (

Image 30

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image 31

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

 

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

174.

Mohammed (

Image 32

) Turki (

Image 33

) Al Sayed (

Image 34

)

 

Ex-Ministru tal-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175

Najm-eddin (

Image 35

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image 36

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

 

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012