|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/308/PESK
tat-28 ta' Mejju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-informazzjoni għal sbatax-il persuna u żewġ entitajiet elenkati taħt id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata. |
|
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali, l-indipendenza u s-sovranità tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p.16).
ANNESS
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin imniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.
Persuni:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
|
Vladimir Andreevich Konstantinov (Владимир Андреевич Константинов) |
d.t.t. 19.11.1956 Vladimirovca, Distrett ta' Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova |
Bħala spiker tal- Verkhovna Rada tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet minn Verkhovna Rada tal-Krimea li jikkonċernaw ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u talab lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
|
Pyotr Anatolyevich Zima (Пётр Анатольевич Зима) |
d.t.t. 29.3.1965 |
Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz ta' Intelligence Russa (SVR). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukraina jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz tas-Sigurtà indipendenti ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tal-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
|
Yuriy Gennadyevich Zherebtsov ( Юрий Геннадьевич Жеребцов) |
d.t.t. 19.11.1965 |
Kunsillier tal-iSpeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed minn dawk li mexxew l-organizzazzjoni tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
17.3.2014 |
|
|
Anatoliy Alekseevich Sidorov (Анатолий Алексеевич Сидоров) |
d.t.t. 2.7.1958 |
Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn “referendum” u l-inkorporazzjoni fir-Russja. |
17.3.2014 |
|
|
Aleksandr Viktorovich Galkin (Александр Викторович Галкин) |
d.t.t. 22.3.1958 |
Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi tal-SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett ta' Galkin: il-parti l-kbira tal-moviment ta' forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar. |
17.3.2014 |
|
|
Mikhail Grigoryevich Malyshev (Александр Викторович Галкин) |
d.t.t. 10.10.1955 |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”. |
21.3.2014 |
|
|
Valery Kirillovich Medvedev (Михаил Григорьевич Малышев) |
d.t.t. 21.8.1946 Ir-Russja |
Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”. |
21.3.2014 |
|
|
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich Turchenyuk (Валерий Кириллович Медведев) |
d.t.t. 5.12.1959 Kirghizia/Osh |
Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). |
21.3.2014 |
|
|
Elena Borisovna Mizulina (Елена Борисовна Мизулина) |
d.t.t. 9.12.1954 Buly, Kostroma Oblast |
Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom. |
21.3.2014 |
|
|
Valeriy Dmitrievich Bolotov (Валерий Дмитриевич Болотов) |
d.t.t. 13.2.1970 Stachanov, Lugansk Oblast, Ukrainian SSR |
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
|
|
Andriy Yevgenevich Purgin (Андрей Евгеньевич Пургин) |
d.t.t. 26. 1. 1972 |
Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbas għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. |
29.4.2014 |
|
|
Sergey Gennadevich Tsyplakov (Сергей Геннадьевич Цыплаков) |
d.t.t. 1.5.1983 Donetsk, SSR tal-Ukraina |
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk. |
29.4.2014 |
|
|
Igor Vsevolodovich Girkin a.k.a. Igor Strelkov (Игорь Всеволодович Гиркин) |
d.t.t. 17.12.1970 nru. tal-passaport 4506460961 |
Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
|
Viacheslav Ponomariov Vyacheslav Vladimirovich Ponomariov (Вячеслав Владимирович Пономарёв) |
d.t.t. 2.5.1965 Sloviansk |
Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalisti Ukraini Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati. Huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). |
12.5.2014 |
|
|
Igor Mykolaiovych Bezler Igor Nikolaevich Bezler, (Игорь Николаевич Безлер) |
d.t.t. 30.12.1965 Simferopol |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
|
|
Oleg Tsariov Oleg Anatolevich Tsariov (Олег Анатолійович Царьов) (Олег Анатольевич Царёв) |
d.t.t. 2.6.1970 Dnipropetrovsk |
Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk. |
12.5.2014 |
|
|
Roman Lyagin (Роман Лягин) |
d.t.t. 30.5.1980 Donetsk |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
Entitajiet:
|
|
PJSC Chernomorneftegaz magħruf bħala Chornomornaftogaz |
Prospekt Kirova/ per. Sovarkomovskji 52/1 Simferopol, Krimea |
Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |
|
|
Feodosia magħruf bħala Feodossyskoje Predprijatije po Obespetscheniju nefteproduktami |
98107, Krimea, Feodosiya, Geologicheskaya str.2 Kumpanija li tipprovdi servizzi ta' trasbord għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat u taż-żejt |
Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |