21.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/294/PESK

tal-20 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya). Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiskadi fil-21 ta' Mejju 2015. L-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit hemm ikopri l-perijodu mit-22 ta' Mejju 2013 sal-21 ta' Mejju 2014.

(2)

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-21 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. (*)

(*)  ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1.”;"

(2)

L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2013 sal-21 ta' Mejju 2014 għandu jkun ta' EUR 30 300 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2014 sal-21 ta' Mejju 2015 għandu jkun ta' EUR 26 200 000.”;

(3)

Fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 15, ir-referenzi għad-“Deċiżjoni 2011/292/UE” huma sostitwiti b'referenzi għad-“Deċiżjoni 2013/488/UE”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill,

Il-President

A. KYRIAZIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).