|
17.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/88 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Mejju 2014
fir-rigward tar-rekwiżiti standard ta' rapportaġġ għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Unjoni u li jirrevokaw d-Deċiżjoni 2008/940/KE
(notifikata bid-dokument C(2014) 2976)
(2014/288/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 27(10) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' mard u mard żoonotiku fl-annimali. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, qed tiġi introdotta miżura finanzjarja tal-Unjoni biex jiġu rimborsati l-ispejjeż li ġarrbu l-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' mard u mard żoonotiku tal-annimali elenkat fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jissottomettu, għal kull programm approvat, rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji u, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, rapport tekniku annwali dettaljat li jinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tal-ispejjeż għas-sena ta' qabel. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/940/KE (2) tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ambitu tar-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji u finali mill-Istati Membri li għandhom programmi għall-eradikazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali approvati għal kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni. |
|
(5) |
Minn meta seħħet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/940/KE u fil-qafas tas-simplifikazzjoni u t-titjib tar-rekwiżiti u l-proċeduri f'dak li jikkonċerna l-programmi, ġie introdott tibdil fir-rigward tal-miżuri li ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u l-metodu tal-kalkolu tar-rimborż kif stipulati fid-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar li japprovaw il-programmi għal kull sena kalendarja. |
|
(6) |
Barra minn hekk, sabiex jittejjeb aktar il-proċess ta' sottomissjoni ta' rapporti, l-ipproċessar u l-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-progress matul is-snin, rapporti intermedji u finali għall-implimentazzjoni tal-programmi għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri onlajn mill-1 ta' Lulju 2015 'il quddiem billi jintużaw mudelli elettroniċi żviluppati mill-Kummissjoni għal dan l-għan. L-istruttura tar-rapporti rilevanti għandha għalhekk tiġi adattata għas-sottomissjoni elettronika u għall-ipproċessar tad-dejta b'mezzi elettroniċi. |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-rekwiżiti standard għas-sottomissjoni mill-Istati Membri ta' applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni għal programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u mard żoonotiku għandhom jiġu emendati u jiġu magħmula konsistenti mal-emendi li saru għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u kompatibbli mas-sistema tas-sottomissjoni onlajn. |
|
(8) |
Fit-tieni nofs ta' kull sena, il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-użu ta' fondi għal miżuri eliġibbli skont il-programmi tagħhom mill-bidu tas-sena, u l-istimi għall-baġit totali meħtieġ għas-sena kollha. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, u sabiex jittejjeb l-użu tal-fondi disponibbli, il-Kummissjoni ta' kull sena tipprepara Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' finanzjament għal dik is-sena għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn il-programmi li huma mistennija li ma jużawx l-allokazzjoni inizjali tagħhom ta' fondi u l-programmi li jkun irrappurtat li jkollhom bżonn ta' fondi addizzjonali. |
|
(9) |
Sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-eżerċizzju ta' allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn il-programmi, huwa xieraq li l-Istati Membri jippreżentaw ukoll informazzjoni kwantitattiva dwar l-attivitajiet li twettqu u dawk mistennija li jiġu mwettqa, kif ukoll dejta dwar il-kost unitarju. Barra minn hekk, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-preżentazzjoni ta' tagħrif għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi għandha tiġi integrata mas-sottomissjoni tar-rapporti intermedji. |
|
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2008/940/KE tiġi rrevokata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom, skont din id-Deċiżjoni, jissottomettu rapport intermedju u finali dwar il-programmi approvati skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“rapporti intermedji” tfisser rapporti tekniċi (3) u finanzjarji intermedji dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu għaddejjin, li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE; |
|
(b) |
“rapporti finali” tfisser rapporti tekniċi u finanzjarji dettaljati li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena għas-sena sħiħa preċedenti tal-applikazzjoni ta' kull programm approvat, kif previst fl-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE; |
|
(c) |
“applikazzjonijiet ta' ħlas” tfisser applikazzjonijiet ta' ħlas relatati mal-ispejjeż imġarrba minn Stat Membru, li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 27(8) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. |
Artikolu 3
1. Fir-rigward tal-programmi li jkunu għaddejjin approvati għall-kofinanzjament mill-Unjoni skont l-Artikolu 27(5) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu ta' kull sena għandu jiġi sottomess rapport intermedjarju lill-Kummissjoni.
2. Ir-rapporti intermedji għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha skont l-Anness I.
Artikolu 4
Ir-rapporti finali u l-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti b'konformità mal-Anness II, kif ukoll:
|
(a) |
informazzjoni teknika skont-:
|
|
(b) |
informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż, skont il-Parti I tal-Anness X u dikjarazzjoni ffirmata għal kull programm, skont il-Parti II tal-Anness X. |
Artikolu 5
1. Mill-1 ta' Lulju 2015, ir-rapporti intermedji previsti fl-Artikolu 3 u r-rapporti finali u l-applikazzjonijiet għall-ħlas previsti fl-Artikolu 4 għandhom jiġu sottomessi onlajn mill-Istati Membri billi jintużaw il-mudelli elettroniċi standard korrispondenti pprovduti mill-Kummissjoni, ħlief għall-programmi għall-mard imsemmi fl-Artikolu 4(a)(vii).
2. Apparti r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, verżjoni ffirmata tal-parti tar-rapporti finali u tal-applikazzjonijiet għall-ħlas imsemmija fl- Artikolu 4(b) għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2008/940/KE hija rrevokata.
Artikolu 7
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali li jridu jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/940/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 li tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Komunità (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 61).
(3) Sal-2015 huwa previst biss rapport finanzjarju intermedju.
ANNESS III
Rapport tekniku finali dwar programmi tal-mard tar-ruminanti
ANNESS V
Rapport tekniku finali dwar il-programmi tal-mard tal-ħnieżer
ANNESS VI
Rapport tekniku finali dwar il-programmi kontra l-idrofobija
ANNESS VII
Rapport tekniku finali dwar il-programmi ta' monitoraġġ u ta' eradikazzjoni tat-tse
ANNESS VIII
Rapport tekniku finali dwar programmi ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur
ANNESS X
PART I
Rapport dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż
PART I II
Dikjarazzjoni ffirmata li takkumpanja r-rapport finali/l-applikazzjoni għall-ħlas
Stat Membru:
Programm:
Sena ta' implimentazzjoni:
Niċċertifikaw li
|
— |
l-informazzjoni pprovduta fir-rapport finali u fl-applikazzjoni għall-ħlas hija kompluta, kredibbli u vera; l-attivitajiet iddikkjarati twettqu verament u li l-kosti ddikjarati tqiesu b'eżattezza u huma eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni …/Regolament (KE) Nru ……. (semmi d-deċiżjoni speċifika tal-finanzjament); …. |
|
— |
id-dokumenti ta' sostenn kollha relatati mal-attivitajiet u l-infiq huma disponibbli għall-ispezzjoni, jiġifieri biex jiġġustifikaw il-livell ta' kumpens għall-annimali; |
|
— |
il-programm twettaq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari skont ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-aġġudikazzjoni ta' kuntratti pubbliċi u l-għajnuna mill-Istat; |
|
— |
ma ntalbet ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni għal dan il-programm, u d-dħul kollu mill-operazzjonijiet tal-programm ġie ddikjarat lill-Kummissjoni, |
|
— |
il-proċeduri ta' verifika japplikaw, b'mod partikolari għall-verifika tal-akkuratezza tal-ammont tal-attivitajiet u l-kost iddikjarat, għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni tal- irregolaritajiet. |
Data
Isem u firma tad-direttur tal-operazzjoni