14.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg

(2014/275/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/51 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banque centrale du Luxembourg skada wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni ġodda għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.

(3)

Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil DELOITTE AUDIT SARL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.

(4)

Huwa adatt li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   DELOITTE AUDIT SARL huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data meta tiġi nnotifikata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)   ĠU C 378, 24.12.2013, p. 15.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).