12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/265/PESK
tat-12 ta’ Mejju 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1) |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom ġiet ittrasferita kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment. Il-benefiċjarji tat-trasferiment tas-sjieda entitajiet għandhom jinftiehmu li huma persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu saru proprjetarji ta' assi ttrasferiti kontra l-liġi tal-Ukraina wara l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.”. |
(2) |
L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma propjetà ta', huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ b'mod attiv jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”. |
(3) |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.”. |
Artikolu 2
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2.
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Vyacheslav Viktorovich VOLODIN |
Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov. |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
2. |
Vladimir SHAMANOV |
Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul. |
Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. |
12.5.2014 |
3. |
Vladimir Nikolaevich PLIGIN |
Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR. |
President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
4. |
Petr Grigorievich JAROSH |
|
Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea. |
12.5.2014 |
5. |
Oleg Grigorievich KOZYURA |
Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye |
Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea. |
12.5.2014 |
6. |
Viacheslav PONOMARIOV |
|
Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalist Ukrain Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati, huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). |
12.5.2014 |
7. |
Igor Mykolaiovych BEZLER |
Imwieled fl-1965 |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
8. |
Igor KAKIDZYANOV |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
9. |
Oleg TSARIOV |
|
Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk. |
12.5.2014 |
10. |
Roman LYAGIN |
|
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
11. |
Aleksandr MALYKHIN |
|
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”. |
12.5.2014 |
12. |
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA |
Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria. |
Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. |
12.5.2014 |
13. |
Igor Sergeievich SHEVCHENKO |
|
Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. |
12.5.2014 |
Entitajiet:
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
PJSC CHERNOMORNEFTEGAZ |
|
Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |
2. |
FEODOSIA |
|
Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |