|
12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Mejju 2014
li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2014/263/UE)
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Yves VANSCHUEREN, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Dominique MICHEL, Administrateur délégué de COMEOS (Fédération belge du Commerce et des Services) huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS