3.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/81


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2014

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2013

(notifikata bid-dokument C(2014) 2785)

(2014/251/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 119(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2006 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif emendat mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013, li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (4), jipprovdi li l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 japplika għal approvazzjoni finanzjarja tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għas-sena finanzjarja agrikola 2013.

(2)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 119(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat bl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul u l-kundizzjonijiet tar-rifużjoni tan-nefqa skont il-FAEG u l-FAEŻR (5), is-sena finanzjarja għall-kontijiet tal-FAEG tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N — 1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Fil-qafas tal-approvazzjoni tal-kontijiet, sabiex jiġi alinjat il-perjodu ta' referenza għan-nefqa tal-FAEŻR ma' dak tal-FAEG, għandha titqies is-sena finanzjarja 2013 tan-nefqa imġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2012 u l-15 ta' Ottubru 2013.

(4)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew imħallsa lilhom, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu.

(5)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta' Marzu 2014, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(6)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istati Membri u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lilhom.

(7)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jeħtieġ aktar stħarriġ u l-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati.

(8)

Il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissospendi temporanjament il-pagamenti interim lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Din għandha tinforma lill-Istat Membru kif xieraq. Fit-teħid ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex jiġi evitat kull pagament mhux xieraq jew mhux f'waqtu, ir-rifużjoni ta' ammonti li iktar tard jistgħu jkunu l-oġġett ta' korrezzjoni finanzjarja. B'mod partikolari, it-tieni u t-tielet dikjarazzjonijiet trimestrali tal-2013 inklużi rispettivament l-ammonti ta' EUR 753 591,20 u EUR 532 237,50 għall-Programm tal-Iżvilupp Rurali Lazio (CCI 2007IT06RP0005). Dawn l-ammonti ġew inklużi wkoll fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2013. L-ammonti inkwistjoni kienu soġġetti għal tnaqqis skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)8989 abbażi ta' finanzjament irregolari u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)1278 abbażi li ma ġewx irrispettati l-limiti taż-żmien għal verifika obbligatorja. Billi l-proċedura skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għadha għaddejja, dan it-tnaqqis għandu jinżamm.

(9)

It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 jipprovdi li d-deċiżjoni tal-approvazzjoni finanzjarja tiddetermina l-ammonti li għandhom jintalbu mingħand l-UE u l-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-proċedura skont l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tkompli tapplika għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2013. Matul is-sena finanzjarja agrikola 2013, l-Artikoli 32 u 33 kienu fis-seħħ, u għalhekk l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni ta' approvazzjoni finanzjarja fir-rigward tas-sena finanzjarja 2013.

(10)

Skont l-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar qabel l-għeluq tal-programm tal-iżvilupp rurali fi żmien erba' snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, jew meta jingħalaq il-programm jekk dawk l-iskadenzi jkunu jagħlqu qabel jagħlaq il-programm stess. L-Artikolu 33(4) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex flimkien mal-kontijiet annwali jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b'reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jagħti t-tabella li kellha tingħata mill-Istati Membri fl-2014. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmienja, rispettivament. Għal dan l-għan, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(11)

Skont l-Artikolu 33(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u bis-saħħa tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 885/2006, wara l-għeluq tal-programm tal-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà jew li aktarx ikunu se jiġġarrbu, ikun jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex iddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u konsegwentement għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Għal dan l-għan, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 33(5) ta' dak ir-Regolament.

(12)

Skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), l-ammont totali ta' prefinanzjament u pagamenti intermedji ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull programm tal-iżvilupp rurali.

(13)

Skont l-Artikolu 26(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 36(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagamenti intermedji għandhom isiru mingħajr ma tinqabeż il-kontribuzzjoni programmata finanzjarja totali tal-FAEŻR għal kull prijorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, mingħajr preġudizzju għal-limitu stipulat fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn it-total tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż jaqbeż it-total ipprogrammat għal prijorità tal-programm ta' żvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas huwa limitat għall-ammont totali pprogrammat għal din it-tema. Il-pjan finanzjarju tal-Assi 2 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007PT06RP0001 inqabeż b'EUR 913 212,81 fid-dikjarazzjoni trimestrali għall-Q3 2013. Dan l-ammont ma kienx tħallas mill-Kummissjoni. Pjan finanzjarju ġdid ma ġiex approvat u adottat mill-Kummissjoni. L-ammont ta' EUR 913 212,81 inkluż fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2013 għandu għalhekk jiġi eskluż mid-deċiżjoni ta' approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja 2013. Dan ikun soġġett għal rimborż aktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju l-ġdid.

(14)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, għajr ta' dawk l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-sena finanzjarja 2013, huma b'dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru, jew imħallsa lilu, permez ta' kull programm tal-iżvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2013, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għan-nefqa ta' kull programm tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, huma diżassoċjati minn din id-Deċiżjoni u fil-futur għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' aktar deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 sabiex mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea teskludi nefqa li ma tkunx effettwat bir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865.

(5)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.


ANNESS I

In-nefqa tal-FAEŻR approvata mill-Programm ta' Żvilupp Rurali għas-sena finanzjarja 2013

Ammont għal kull programm li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu

Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR

F'Euro

Stat Membru

CCI

Nefqa 2013

Aġġustamenti

Total

Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2013

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lilu (*)

 

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii – iv

vi

vii = v – vi

AT

2007AT06RPO001

526 093 587,02

0,00

526 093 587,02

0,00

526 093 587,02

526 228 598,38

– 135 011,36

BE

2007BE06RPO001

17 530 612,03

0,00

17 530 612,03

0,00

17 530 612,03

17 530 604,51

7,52

BE

2007BE06RPO002

24 009 543,25

0,00

24 009 543,25

0,00

24 009 543,25

24 020 335,79

– 10 792,54

CY

2007CY06RPO001

22 911 162,41

0,00

22 911 162,41

0,00

22 911 162,41

22 911 162,05

0,36

CZ

2007CZ06RPO001

371 656 567,14

0,00

371 656 567,14

0,00

371 656 567,14

371 656 234,34

332,80

DE

2007DE06RAT001

502 729,46

0,00

502 729,46

0,00

502 729,46

502 729,47

– 0,01

DE

2007DE06RPO003

74 073 468,14

0,00

74 073 468,14

0,00

74 073 468,14

74 028 548,75

44 919,39

DE

2007DE06RPO004

189 496 395,12

0,00

189 496 395,12

0,00

189 496 395,12

189 496 395,12

0,00

DE

2007DE06RPO007

177 835 416,54

0,00

177 835 416,54

0,00

177 835 416,54

177 835 470,52

– 53,98

DE

2007DE06RPO009

3 098 847,36

0,00

3 098 847,36

0,00

3 098 847,36

3 098 852,43

– 5,07

DE

2007DE06RPO010

35 055 715,71

0,00

35 055 715,71

0,00

35 055 715,71

35 055 224,07

491,64

DE

2007DE06RPO011

120 203 444,24

0,00

120 203 444,24

0,00

120 203 444,24

120 203 444,24

0,00

DE

2007DE06RPO012

133 868 923,35

0,00

133 868 923,35

0,00

133 868 923,35

133 868 924,53

– 1,18

DE

2007DE06RPO015

51 957 366,10

0,00

51 957 366,10

0,00

51 957 366,10

51 957 366,11

– 0,01

DE

2007DE06RPO017

35 530 668,81

0,00

35 530 668,81

0,00

35 530 668,81

35 530 668,81

0,00

DE

2007DE06RPO018

4 837 457,91

0,00

4 837 457,91

0,00

4 837 457,91

4 837 457,91

0,00

DE

2007DE06RPO019

186 767 637,25

0,00

186 767 637,25

0,00

186 767 637,25

186 767 637,25

0,00

DE

2007DE06RPO020

126 784 016,99

0,00

126 784 016,99

0,00

126 784 016,99

126 784 016,99

0,00

DE

2007DE06RPO021

46 018 979,79

0,00

46 018 979,79

0,00

46 018 979,79

46 019 446,34

– 466,55

DE

2007DE06RPO023

107 488 779,90

0,00

107 488 779,90

0,00

107 488 779,90

107 488 779,93

– 0,03

EE

2007EE06RPO001

126 354 432,67

0,00

126 354 432,67

0,00

126 354 432,67

126 354 622,82

– 190,15

ES

2007ES06RAT001

2 699 506,08

0,00

2 699 506,08

0,00

2 699 506,08

2 699 506,08

0,00

ES

2007ES06RPO002

39 287 287,70

0,00

39 287 287,70

0,00

39 287 287,70

39 287 347,33

– 59,63

ES

2007ES06RPO004

9 948 454,64

0,00

9 948 454,64

0,00

9 948 454,64

10 278 838,70

– 330 384,06

ES

2007ES06RPO005

30 429 329,43

0,00

30 429 329,43

0,00

30 429 329,43

30 429 329,44

– 0,01

ES

2007ES06RPO006

12 276 812,82

0,00

12 276 812,82

0,00

12 276 812,82

12 276 812,82

0,00

ES

2007ES06RPO007

133 356 956,86

0,00

133 356 956,86

0,00

133 356 956,86

133 356 929,78

27,08

ES

2007ES06RPO008

120 063 594,07

0,00

120 063 594,07

0,00

120 063 594,07

120 063 595,49

– 1,42

ES

2007ES06RPO009

42 760 315,52

0,00

42 760 315,52

0,00

42 760 315,52

42 760 312,36

3,16

ES

2007ES06RPO010

93 302 082,46

0,00

93 302 082,46

0,00

93 302 082,46

93 415 736,90

– 113 654,44

ES

2007ES06RPO011

96 056 143,10

0,00

96 056 143,10

0,00

96 056 143,10

96 056 116,07

27,03

ES

2007ES06RPO012

9 605 181,55

0,00

9 605 181,55

0,00

9 605 181,55

9 605 181,33

0,22

ES

2007ES06RPO013

40 890 414,45

0,00

40 890 414,45

0,00

40 890 414,45

41 008 945,50

– 118 531,05

ES

2007ES06RPO014

18 968 083,85

0,00

18 968 083,85

0,00

18 968 083,85

18 968 084,47

– 0,62

ES

2007ES06RPO015

17 440 397,34

0,00

17 440 397,34

0,00

17 440 397,34

17 439 870,09

527,25

ES

2007ES06RPO016

7 378 938,80

0,00

7 378 938,80

0,00

7 378 938,80

7 378 941,52

– 2,72

ES

2007ES06RPO017

22 321 331,40

0,00

22 321 331,40

0,00

22 321 331,40

22 320 969,57

361,83

FI

2007FI06RPO001

331 806 407,76

0,00

331 806 407,76

0,00

331 806 407,76

331 853 661,89

– 47 254,13

FI

2007FI06RPO002

2 333 555,42

0,00

2 333 555,42

0,00

2 333 555,42

2 333 555,42

0,00

FR

2007FR06RPO001

870 561 273,84

0,00

870 561 273,84

0,00

870 561 273,84

871 240 472,64

– 679 198,80

FR

2007FR06RPO002

15 945 548,51

0,00

15 945 548,51

0,00

15 945 548,51

15 945 581,19

– 32,68

FR

2007FR06RPO003

16 566 211,10

0,00

16 566 211,10

0,00

16 566 211,10

16 566 211,15

– 0,05

FR

2007FR06RPO004

12 870 693,06

0,00

12 870 693,06

0,00

12 870 693,06

12 884 347,90

– 13 654,84

FR

2007FR06RPO005

23 716 944,57

0,00

23 716 944,57

0,00

23 716 944,57

23 716 945,03

– 0,46

FR

2007FR06RPO006

47 353 734,75

0,00

47 353 734,75

0,00

47 353 734,75

47 354 604,75

– 870,00

HU

2007HU06RPO001

488 440 120,46

0,00

488 440 120,46

0,00

488 440 120,46

488 367 811,52

72 308,94

IE

2007IE06RPO001

321 600 879,23

0,00

321 600 879,23

0,00

321 600 879,23

321 597 909,38

2 969,85

IT

2007IT06RAT001

5 739 453,45

0,00

5 739 453,45

0,00

5 739 453,45

5 739 453,45

0,00

IT

2007IT06RPO001

26 101 736,62

0,00

26 101 736,62

0,00

26 101 736,62

26 115 464,35

– 13 727,73

IT

2007IT06RPO002

13 934 964,22

0,00

13 934 964,22

0,00

13 934 964,22

13 934 964,04

0,18

IT

2007IT06RPO003

74 412 930,10

0,00

74 412 930,10

0,00

74 412 930,10

74 412 930,43

– 0,33

IT

2007IT06RPO004

20 028 568,61

0,00

20 028 568,61

0,00

20 028 568,61

20 036 023,32

– 7 454,71

IT

2007IT06RPO005

42 156 869,89

1 285 828,70

40 871 041,19

0,00

40 871 041,19

40 873 284,25

– 2 243,06

IT

2007IT06RPO006

15 828 545,98

0,00

15 828 545,98

0,00

15 828 545,98

15 842 357,78

– 13 811,80

IT

2007IT06RPO007

92.277 508,99

0,00

92 277 508,99

0,00

92 277 508,99

92 277 640,74

– 131,75

IT

2007IT06RPO008

19 576 025,89

0,00

19 576 025,89

0,00

19 576 025,89

19 577 291,91

– 1 266,02

IT

2007IT06RPO009

60 493 655,95

0,00

60 493 655,95

0,00

60 493 655,95

60 493 655,95

0,00

IT

2007IT06RPO010

53 571 538,99

0,00

53 571 538,99

0,00

53 571 538,99

52 847 443,99

724 095,00

IT

2007IT06RPO011

11 452 008,76

0,00

11 452 008,76

0,00

11 452 008,76

11 452 028,81

– 20,05

IT

2007IT06RPO012

44 748 298,33

0,00

44 748 298,33

0,00

44 748 298,33

44 845 581,90

– 97 283,57

IT

2007IT06RPO013

3 056 780,14

0,00

3 056 780,14

0,00

3 056 780,14

3 056 780,11

0,03

IT

2007IT06RPO014

77 784 956,83

0,00

77 784 956,83

0,00

77 784 956,83

77 784 953,83

3,00

IT

2007IT06RPO015

16 279 466,81

0,00

16 279 466,81

0,00

16 279 466,81

16 287 891,49

– 8 424,68

IT

2007IT06RPO016

72 589 147,74

0,00

72 589 147,74

0,00

72 589 147,74

72 678 747,80

– 89 600,06

IT

2007IT06RPO017

64 873 608,54

0,00

64 873 608,54

0,00

64 873 608,54

64 878 548,52

– 4 939,98

IT

2007IT06RPO018

104 574 776,80

0,00

104 574 776,80

0,00

104 574 776,80

104 574 775,63

1,17

IT

2007IT06RPO019

141 147 110,44

0,00

141 147 110,44

0,00

141 147 110,44

141 281 980,21

– 134 869,77

IT

2007IT06RPO020

140 867 300,26

0,00

140 867 300,26

0,00

140 867 300,26

141 031 688,43

– 164 388,17

IT

2007IT06RPO021

164 995 430,68

0,00

164 995 430,68

0,00

164 995 430,68

165 079 479,78

– 84 049,10

LT

2007LT06RPO001

251 014 977,59

0,00

251 014 977,59

0,00

251 014 977,59

251 016 471,02

– 1 493,43

LU

2007LU06RPO001

10 062 399,48

0,00

10 062 399,48

0,00

10 062 399,48

10 106 570,17

– 44 170,69

LV

2007LV06RPO001

182 447 017,03

0,00

182 447 017,03

0,00

182 447 017,03

182 447 017,03

0,00

MT

2007MT06RPO001

9 622 621,42

0,00

9 622 621,42

0,00

9 622 621,42

9 622 621,42

0,00

NL

2007NL06RPO001

99 472 352,79

0,00

99 472 352,79

0,00

99 472 352,79

99 726 051,61

– 253 698,82

PL

2007PL06RPO001

1 806 188 697,68

0,00

1 806 188 697,68

0,00

1 806 188 697,68

1 806 191 428,81

– 2 731,13

PT

2007PT06RAT001

4 131 731,46

0,00

4 131 731,46

0,00

4 131 731,46

4 131 731,31

0,15

PT

2007PT06RPO001

44 696 408,92

913 212,81

43 783 196,11

0,00

43 783 196,11

43 783 186,91

9,20

PT

2007PT06RPO002

586 470 491,24

0,00

586 470 491,24

0,00

586 470 491,24

586 462 206,07

8 285,17

PT

2007PT06RPO003

22 073 226,85

0,00

22 073 226,85

0,00

22 073 226,85

22 073 205,64

21,21

SE

2007SE06RPO001

181 801 899,32

0,00

181 801 899,32

0,00

181 801 899,32

181 801 843,62

55,70

SI

2007SI06RPO001

125 941 693,50

0,00

125 941 693,50

0,00

125 941 693,50

126 090 950,22

– 149 256,72

SK

2007SK06RPO001

195 379 480,69

0,00

195 379 480,69

0,00

195 379 480,69

195 379 530,67

– 49,98

Ir-Renju Unit

2007UK06RPO001

531 265 484,57

0,00

531 265 484,57

0,00

531 265 484,57

531 374 046,06

– 108 561,49

Ir-Renju Unit

2007UK06RPO002

58 821 232,49

0,00

58 821 232,49

0,00

58 821 232,49

58 821 401,09

– 168,60

Ir-Renju Unit

2007UK06RPO003

112 691 696,58

0,00

112 691 696,58

0,00

112 691 696,58

123 600 128,53

– 10 908 431,95

Ir-Renju Unit

2007UK06RPO004

47 804 760,73

0,00

47 804 760,73

0,00

47 804 760,73

47 807 176,80

– 2 416,07


(*)  F'każ li l-pagamenti jkunu laħqu 95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal Programm għall-Iżvilupp Rurali — l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat bl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), il-bilanċ jitħallas matul l-għeluq tal-programm.


ANNESS II

Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Is-sena finanzjarja 2013 — FAEŻR

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u l-programmi li l-kontijiet tagħhom diżassoċjati u għalhekk huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagamenti

Programm

Il-Bulgarija

State Fund Agriculture (SFA)

2007BG06RPO001

Id-Danimarka

Danish AgriFish Agency (DAFA)

2007DK06RPO001

Spanja

Dirección General de Fondos Agrarios de la Consejería de Agricultura, Pesca y Medio Ambiente de la Junta de Andalucía

2007ES06RPO001

Organismo Pagador de la Comunidad Autónoma del Principado de Asturias

2007ES06RPO003

Il-Greċja

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community AIDS (OPEKEPE)

2007GR06RPO001

Ir-Rumanija

Paying Agency for Rural Development and Fishery (PARDF)

2007RO6RPO001