26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ottubru 2009

dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

(2014/229/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 u 181 flimkien mal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim Qafas Individwali ta' Sħubija u Kooperazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, mar-Repubblika tal-Indoneżja.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat suġġett għall-konkluzjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina persuni mogħtija s-setgħa jiffirmaw il-Ftehim, f'isem il-Komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu, is-27 ta' Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT