|
12.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Frar 2014
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
(2014/204/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u 2, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistipula, fl-Artikolu 49(1) tiegħu, li l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera bħala osservaturi. Minbarra dan, dak ir-Regolament jistipula li għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw b'mod partikolari n-natura, il-grad u l-manjiera li bihom dawn il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Jannar 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Arranġament fit-28 ta' Ġunju 2013. |
|
(3) |
L-Arranġament għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(4) |
Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bih. Huma għandhom għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qegħdin jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhux qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Arranġament imsemmi.
It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw l-Arranġament f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, l-Arranġament għandu jiġi applikat b'mod provviżorju skont l-Artikolu 13(3) tiegħu (2).
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(2) Id-data minn meta l-Arranġament ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.