16.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Lulju 2013

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni

(notifikata bid-dokument C(2013) 4426)

(It-test bil-lingwa Spanjola biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/200/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn (1) fuq u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Skont diversi lmenti reġistrati mill-Kummissjoni minn Mejju 2006, ir-reġim Spanjol applikabbli għall-kumpaniji tat-tbaħħir mill-2002 (is-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni) kien jippermetti lill-kumpaniji tat-trasport marittimu jixtru bastimenti fi Spanja bi tnaqqis ta’ bejn 20 % u 30 %. B’mod partikolari, żewġ federazzjonijiet nazzjonali tat-tarzni u tarzna individwali lmentaw li dan ir-reġim ikkawża t-telf ta’ kuntratti ta’ bini ta’ bastimenti għall-membri tagħhom, u minflokk ħaduhom tarzni Spanjoli. Fit-13 ta’ Lulju 2010, assoċjazzjonijiet tal-bini ta’ bastimenti ta’ seba’ pajjiżi Ewropej iffirmaw petizzjoni kontra l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (Spanish Tax Lease System, minn hawn ‘il quddiem l-“STL”). Mill-inqas kumpanija tat-tbaħħir waħda sostniet dawn l-ilmenti. F’Awwissu 2010, Membru tal-Parlament Ewropew qajjem mistoqsija dwar l-istess kwistjoni (2).

(2)

Bl-ittri tal-15 ta’ Settembru 2006, it-30 ta’ Jannar 2007, is-6 ta’ Novembru 2007 u t-3 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lil Spanja. Spanja wieġbet permezz ta’ ittri fis-16 ta’ Ottubru 2006, it-23 u s-27 ta’ Frar 2007, il-11 ta’ Jannar u s-27 ta’ Marzu 2008. Waqt laqgħa li saret fid-29 ta’ April 2008, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali li Spanja pprovdiet permezz ta’ ittra fis-17 ta’ Ġunju 2008. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri fis-23 ta’ Settembru 2008, li Spanja pprovdiet permezz ta’ ittra fl-24 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Wara li rċeviet informazzjoni ġdida mingħand l-ilmentaturi, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tal-11 ta’ Jannar u tal-25 ta’ Mejju 2010. Spanja wieġbet b’ittri fl-10 ta’ Marzu u s-26 ta’ Lulju 2010. Fl-24 ta’ Jannar 2011 saret laqgħa mal-awtoritajiet Spanjoli.

(4)

Permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni informat lil Spanja dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward tal-għajnuna.

(5)

Spanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2011.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni C(2011) 4494 finali”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn diversi partijiet interessati. Bl-ittri tat-23 ta’ Frar, is-7 ta’ Marzu, il-11 ta’ Lulju u d-29 ta’ Ottubru 2012, u t-12 u l-25 ta’ Frar u t-22 ta’ April 2013, hija bagħtithom lil Spanja, li b’hekk ingħatat l-opportunità biex tirreaġixxi. Il-kummenti tagħha waslu bl-itrri tat-30 ta’ April, l-24 ta’ Mejju, id-9 u t-23 ta’ Lulju u l-14 ta’ Novembru 2012, u l-25 ta’ Frar, it-12 ta’ Marzu u l-21 ta’ Mejju 2013. Spanja ppreżentat ukoll osservazzjonijiet ulterjuri fl-ittri tat-3 u tad-9 ta’ Ottubru 2012. Fuq talba tagħhom il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ Pequeños y Medianos Astilleros en Reconversión (PYMAR) (4) fit-13 ta’ Novembru 2012 u fl-4 ta’ Frar 2013, u mal-awtoriatjiet Spanjoli fis-6 ta’ Marzu 2013.

2.   DESKRIZZJONI TAS-SISTEMA SPANJOLA TAT-TAXXA TAL-LOKAZZJONI

(8)

Is-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni tintuża fi tranżazzjonijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni mit-tarzni (il-bejjiegħa) u l-akkwist minn kumpaniji tat-tbaħħir marittimu (ix-xerrejja) ta’ bastimenti tal-baħar, u l-finanzjament ta’ dawn it-tranżazzjonijiet peremzz ta’ struttura legali u finanzjarja ad hoc.

(9)

L-STL hija bbażat fuq:

struttura legali u finanzjarja ad hoc organizzata minn bank u interposta bejn il-kumpanija tat-tbaħħir u t-tarzna, rispettivament ix-xerrejj u l-bejjiegħ ta’ bastiment;

netwerk kumpless ta’ kuntratti bejn il-partijiet differenti;

l-applikazzjoni ta’ diversi miżuri tat-taxxa Spanjoli.

(10)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-STL intużat f’273 tranżazzjoni ta’ bini u akkwist ta’ bastimenti bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u t-30 ta’ Ġunju 2010, għal valur totali ta’ EUR 8 727 997 332. L-iskema kompliet tapplika sad-29 ta’ Ġunju 2011, id-data li fiha nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ix-xerrejja huma kumpaniji tat-tbaħħir mill-Ewropa kollha u lil hinn. B’eċċezzjoni waħda biss (kuntratt ta’ EUR 6 148 969), fit-tranżazzjonijiet kollha kienu involuti tarzni Spanjoli.

2.1.   STRUTTURA LEGALI U FINANZJARJA TAL-STL–

(11)

Kif diġà imsemmi, operazzjoni STL tippermetti lil sid ta’ bastiment jibni bastiment ġdid bi tnaqqis ta’ bejn 20 % u 30 % fuq il-prezz mitlub mit-tarzna. Sabiex jinkiseb il-prezz imnaqqas (qabel it-tnaqqis tar-ribass), kumpanija tat-tbaħħir trid taqbel li ma tixtrix il-bastiment direttament mit-tarzna iżda minn grupp ta’ interess ekonomiku (GIE) inkorporat taħt il-liġi Spanjola u maħluq minn bank.

(12)

L-istruttura tal-STL hija skema ta’ ppjanar tat-taxxa, ġeneralment organizzata minn bank biex tiġġenera benefiċċji tat-taxxa għal investituri fi GIE trasparenti fir-rigward tat-taxxa u tittrasferixxi parti minn dawn il-benefiċċji tat-taxxa lill-kumpanija tat-tbaħħir fil-forma ta’ tnaqqis fuq il-prezz tal-bastiment. L-investituri tal-GIE jżommu l-benefiċċji li jibqa’ bħala remunerazzjoni għall-investiment tagħhom. Flimkien mal-GIE, operazzjoni STL tinvolvi wkoll intermedjarji oħra, bħal bank u kumpanija tal-lokazzjoni (ara d-dijagramma hawn taħt).

Image 1

Tarzna

Kuntratt novat ta' bini ta' bastiment

Kumpanija tal-lokazzjoni

Kuntratt ta' lokazzjoni

GIE

Trasferiment ta' telf

Ekwità

Investituri

Kuntratt inizjali ta' bini ta' bastiment

prezz nett

Kuntratt mingħajr ekwipaġġ

Opzjoni put u eżerċitabbli

Sid il-bastiment

(13)

Fil-prattika, il-GIE jikri l-bastiment minn kumpanija tal-lokazzjoni mid-data li fiha tinbeda l-kostruzzjoni tiegħu. Meta jkun lest, il-GIE jilloka l-bastiment lill-kumpanija tat-tbaħħir, mingħajr ekwipaġġ, u l-kumpanija tat-tbaħħir tibda topera l-bastiment. Fi kwalunkwe każ, il-GIE jimpenja ruħu li jixtri l-bastiment fit-tmiem tal-kuntratt tal-lokazzjoni u l-kumpanija tat-tbaħħir timpenja ruħha li tixtri l-bastiment fit-tmiem tal-kuntratt tal-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ, permezz ta’ kuntratti reċiproċi bl-opzjoni ta’ xiri u bejgħ (5). Id-data tal-eżerċitar tal-opzjoni stipulata fil-kuntratt tal-lokazzjoni tkun stabbilita għal ftit ġimgħat qabel id-data tal-eżerċitar tal-opzjoni stipulata fil-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ. Iż-żewġ opzjonijiet jiġu eżerċitati ladarba l-GIE jgħaddi taħt is-sistema ta’ tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ (għal deskrizzjoni aktar dettaljata, ara t-Taqsima 2.2.4 Miżura 4: Sistema ta’ taxxa). Il-partijiet involuti jiffirmaw ftehim qafas sabiex jiżguraw li huma kollha jaqblu mal-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-istruttura STL.

(14)

It-tranżazzjonijiet li jseħħu bejn il-parteċipanti differenti fl-operazzjoni STL huma deskritti f’aktar dettall fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 final (it-Taqsima 2.2) (6), abbażi tal-eżempji provduti minn Spanja (7).

2.2.   ASPETTI TAT-TAXXA TAL-STL–

(15)

L-għan tal-iskema STL deskritt fit-Taqsima 2.1 above huwa, l-ewwel nett, li tiġġenera l-benefiċċji ta’ ċerti miżuri tat-taxxa għall-benefiċċju tal-GIE u l-investituri parteċipanti fih, li mbagħad jittrasferixxu parti minn dawn il-benefiċċji lill-kumpanija tat-tbaħħir li tixtri bastiment ġdid.

(16)

Il-ġbir tal-vantaġġi tat-taxxa mill-GIE iseħħ f’żewġ fażijiet skont żewġ settijiet differenti ta’ regoli tat-taxxa. Fl-ewwel fażi, jiġi applikat deprezzament antiċipat u aċċellerat tal-bastiment lokat skont l-iskema “normali” tat-taxxa korporattiva. Dan jiġġenera telf kbir għall-GIE. Bis-saħħa tat-trasparenza fit-taxxa tal-GIE, dan it-telf mit-taxxa jista’ jitnaqqas mid-dħul tal-investituri stess fi proporzjon mal-parteċipazzjonijiet tagħhom fil-GIE.

(17)

Normalment, l-iffrankar mit-taxxa li jsir minn dan id-deprezzament antiċipat u aċċellerat tal-valur tal-bastiment għandu jitpaċċa aktar tard permezz ta’ żieda fil-pagamenti tat-taxxa, jew meta l-bastiment jiġi deprezzat għal kollox u ma jkunux jistgħu jitnaqqsu aktar kostijiet tad-deprezzament jew meta l-bastiment jinbiegħ u jsir qligħ kapitali mill-bejgħ (8). Bis-saħħa tat-trasparenza tat-taxxa tal-GIE, iż-żieda fil-profitti tiegħu fis-snin sussegwenti normalment jiżdiedu mad-dħul tal-investituri stess u jkun taxxabbli.

(18)

Madankollu, f’operazzjoni STL, il-GIE ma jżommux il-bastimenti wara li dawn jiġu ddeprezzati kompletament. Fit-tieni fażi, l-iffrankar mit-taxxa li jirriżulta mit-trasferiment tat-telf inizjali lill-investituri jiġi ppreservat billi l-GIE jaqleb għas-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (TT) tat-tassazzjoni fuq id-dħul u l-eżenzjoni sħiħa tal-qligħ kapitali li jirriżulta mill-bejgħ tal-bastiment – ftit wara li tinbidel is-sistema tat-taxxa– lill-kumpanija tat-tbaħħir (9). Għal aktar informazzjoni dwar dawn iż-żewġ fażijiet, ara d-Deċiżjoni C(2011) 4494 final (it-Taqsima 2.3.1).

(19)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni (10), l-effett flimkien tal-miżuri tat-taxxa użati fl-STL jippermetti lill-GIE u lill-investituri tiegħu jiksbu benefiċċju mit-taxxa ta’ madwar 30 % tal-prezz gross inizjali tal-bastiment. Parti minn dan il-benefiċċju tat-taxxa– li oriġinarjament jiksbu l-GIE/l-investituri tiegħu–jiħduh l-investituri (10 %-15 %), u parti minnu (85 %-90 %) tiġi ttrasferita lill-kumpanija tat-tbaħħir, li eventwalment issir is-sid tal-bastiment, bi tnaqqis ta’ 20 % sa 30 % tal-prezz gross inizjali tal-bastiment.

(20)

Kif issemma diġà, l-operazzjonijiet STL jikkombinaw miżuri fiskali individwali differenti –iżda interrelatati–, biex jiġġeneraw benefiċċju tat-taxxa. Dawn il-miżuri huma deskritti fil-qosor fit-taqsima li ġejja. Għal deskrizzjoni aktar dettaljata, ara d-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali (it-Taqsima 2.4).

2.2.1.   Miżura nru 1 - Deprezzament aċċellerat (11) tal-assi lokati

(l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS)

(21)

Fi Spanja, it-trattament tat-taxxa ta’ tranżazzjoni ta’ kirja huwa differenti mit-trattament tal-kontabilità tagħha. Il-Kapitolu XIII tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 4/2004 tal-5 ta’ Marzu, li japprova l-verżjoni konsolidata tal-Liġi tat-Taxxa Korporattiva (TRLIS) (12) u l-Artikolu (13) 49 tad-Digriet Irjali 1777/2004 tat-30 ta’ Lulju, li japprova r-Regolament tat-Taxxa Korporattiva (RIS) japplikaw għall-kuntratti ta’ lokazzjoni finanzjarja b’tul ta’ żmien minimu ta’ sentejn jekk ikunu marbuta ma’ assi mobbli, u ta’ għaxar snin jekk ikunu marbuta ma’ assi mhux mobbli jew stabbilimenti industrijali.

(22)

Għal skopijiet ta’ taxxa biss, il-porzjon tal-pagamenti li jippermetti lil-lokator jirkupra l-ispiża tal-assi (14) huwa meqjus bħala nefqa li tista’ titnaqqas mit-taxxa, sa ċertu limiti, jiġifieri: l-ammont imnaqqas ma jistax jaqbeż l-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ispiża tal-assi bid-doppju jew it-triplu tal-koeffiċjenti uffiċjali tad-deprezzament lineari massimu għat-tip ta’ assi-.

(23)

Fil-każ tal-bastimenti, id-deprezzament lineari normali huwa mifrux— għal skopijiet ta’ taxxa, fuq għaxar snin (10 % kull sena). Ir-rata massima ta’ deprezzament aċċellerat għal assi lokati tvarja bejn 20 % u 30 % kull sena (minn 40 sa 60 xahar). Skont il-liġi Spanjola, is-sidien ta’ bastimenti jistgħu wkoll jiddeprezzaw skont il-metodu ta’ bilanċ li qed jonqos jew il-metodu (15) tas-somma taċ-ċifri tas-snin (sum-of-the-years-digit - SYD) (16).

2.2.2.   Miżura 2: Applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati

(L-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS u l-Artikolu 49 tar-RIS)

(24)

Skont l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS, id-deprezzament aċċellerat tal-assi lokati jibda fid-data meta l-assi jsir operattiv, jiġifieri, mhux qabel ma l-assi jiġi kkonsenjat u jibda jintuża mil-lokatorju. Madankollu, skont l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS (17), il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi jista’, fuq talba formali tal-lokatarju, jistabbilixxi data aktar bikrija għall-bidu tad-deprezzament. Fil-prinċipju, din id-dispożizzjoni tapplika, b’ċerti kundizzjonijiet, għall-assi kollha lokati koperti b’kuntratt ta’ lokazzjoni u eleġibbli għal deprezzament aċċellerat.

(25)

Fil-fatt, l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS jimponi żewġ kundizzjonijiet ġenerali. L-ewwel nett, id-data l-ġdida ta’ bidu għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu “l-karatteristiċi speċifiċi tal-perjodu tal-kuntratt jew tal-bini tal-assi u tal-karatteristiċi partikolari tal-użu ekonomiku tiegħu”. Skont l-Artikolu 49 tar-RIS, l-awtoritajiet tat-taxxa jawtorizzaw l-deprezzament antiċipat mill-bidu tal-perjodu tal-kostruzzjoni, biss meta dan il-perjodu jaqbeż it-tnax-il (12) xahar u l-kuntratt tal-lokazzjoni jipprovdi għal pagamenti tal-lokazzjoni antiċipati. It-tieni, “sakemm din id-determinazzjoni ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont taxxabbli li jiġi mill-użu reali tal-assi jew mill-pagamenti li jirriżultaw mit-trasferiment tas-sjieda, li jridu jiġu ddeteriminati jew skont ir-reġim ġenerali tat-taxxa jew skont ir-reġim speċjali previst fil-Kapitolu VIII tat-Titolu VII tat-TRLIS”.

(26)

 (18) Skont l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, l-assi koperti mill-iskema ta’ deprezzament antiċipat imsemmija fl-Artikolu 15(1) tat-TRLIS se lokati lill-GIE reġistrati fi Spanja, li mbagħad se jerġgħu lokati lil partijiet terzi. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 49 tar-RIS jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tiġi ppreżentata talba għal deprezzament antiċipat ta’ assi lokati.

2.2.3.   Miżura 3: Gruppi b’interess ekonomiku (GIE)

(27)

Kif diġà ssemma, il-GIE Spanjoli għandhom personalità legali differenti minn dik tal-membri tagħhom. Minħabba f’hekk, il-GIE jistgħu jippreżentaw talba kemm għad-deprezzament antiċipat kif ukoll għall-iskema alternattiva ta’ tassazzjoni skont it-tunnellaġġ previsti fl-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS (ara t-Taqsima 2.2.4), jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità meħtieġa skont il-Liġi Spanjola, anke jekk l-ebda wieħed mill-membri tagħhom ma jkun kumpanija tat-tbaħħir.

(28)

Madankollu, mill-aspett tat-taxxa, il-GIE huma trasparenti fir-rigward tal-azzjonisti tagħhom residenti fi Spanja. Fi kliem ieħor, għal skopijiet ta’ taxxa, il-profitti (jew it-telf) miksuba mill-GIE huma direttament attribwiti lill-membri tagħhom residenti fi Spanja fuq prorata. Minħabba li l-membri tagħhom iqisu li l-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL jikkostitwixxu veikolu ta’ investiment– aktar minn mod kif titwettaq attività konġunta — din id-Deċiżjoni tirreferi għalihom bħala investituri.

(29)

It-trasparenza tat-taxxa tal-GIE tfisser li t-telf konsiderevoli tal-GIE minħabba deprezzament antiċipat u aċċellerat jista’ jiġi mgħoddi direttament lill-investituri, li jistgħu jpaċu dan it-telf bil-profitti tagħhom stess u jnaqqsu t-taxxa dovuta.

2.2.4.   Miżura 4: Sistema ta’ taxxa skont it-tunnellaġġ (l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS)

(30)

Il-leġiżlazzjoni Spanjola tat-TT tapplika mill-2002. Hija tipprovdi kalkolu alternattiv tal-profitti taxxabbli tal-kumpaniji tat-tbaħħir għall-attivitajiet ta’ trasport eliġibbli tagħhom, ibbażat fuq it-tunnellaġġ mħaddem u mhux fuq id-differenza bejn id-dħul u l-infiq.

(31)

Il-Kummissjoni awtorizzat (19) is-sistema tat-TT Spanjol bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (20) (minn hawn ‘il quddiem il-Linji Gwida Marittimi). Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskema tat-TT huma miġbura fl-Artikoli 124 sa 128 tal-Kapitolu XVII tat-TRLIS.

(32)

Spanja adottat ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni li huma miġbura fl-Artikoli 50 sa 52 tat-Titolu VI tar-RIS. Il-Kummissjoni tinnota li, kuntrarjament għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS, li ġew notifikati lill-Kummissjoni u approvati minnha, dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni– u b’mod partikolari, l-eċċezzjoni fl-Artikolu – 50(3) tar-RIS (ara t-Taqsima 2.2.5)— ma ġewx notifikati lill-Kummissjoni u lanqas awtorizzati minnha.

(33)

Bħal fi Stati Membri oħra, il-possibbiltà tal-eġibilità għas-sistema tat-TT Spanjol hija fakultattiva u teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa li tkun valida għal għaxar snin. Id-dħul minn attivitajiet mhux— marittimi jew mhux eliġibbli huma suġġetti għar-regoli normali tat-taxxa fuq l-introjtu.

(34)

Taħt il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-GIE li jipparteċipaw fl-STL jistgħu jiġu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri tal-kumpaniji tat-tbaħħir (21) minħabba li, skont l-awtoritajiet Spanjoli, fost l-attivitajiet tagħhom hemm it-tħaddim tal-bastimenti tagħhom stess u dawk lokati. Għalhekk, il-kunċett tat-tħaddim ta’ bastiment għandu jinkludi t-tqegħid ta’ bastiment għad-dispożizzjoni ta’ parti terza taħt kirja mingħajr ekwipaġġ.

(35)

Il-bażi għat-taxxa għall-attivitajiet marittimi eliġibbli huwa kkalkolat skont it-tunnellaġġ gross:

Tunnellaġġ nett reġistrat

Ammont ta’ kuljum għal kull 100 tunnellata (EUR)

Minn 0 sa 1 000

0,90

Minn 1 001 sa 10 000

0,70

Minn 10 001 sa 25 000

0,40

Iktar minn 25 001

0,20

(36)

Wara li l-kalkolu tal-bażi għat-taxxa alternattiva jiġi kkalkulat skont it-tunnellaġġ gross operat mill-kumpanija tat-tbaħħir, ir-rata normali tat-taxxa korporattiva tiġi applikata għal din il-bażi.

(37)

Skont l-ewwel inċiż – –tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, huwa meqjus li l-bażi għat-taxxa tat-TT tinkludi d-dħul kollu mill-attivitajiet tat-tbaħħir (eliġibbli), b’mod partikolari l-qligħ kapitali miksub meta l-bastimenti akkwistati ġodda minn kumpanija li tibbenefika mis-sistema tat-TT sussegwentement jinbiegħu filwaqt li l-kumpanija tibqa’ taħt is-sistema tat-TT. Kuntrarjament, skont ir-regoli normali tat-taxxa korporattiva, peress li l-bażi għat-taxxa hija ddeterminata bħala d-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż, meta kumpanija takkwista u sussegwentement tbiegħ bastimenti bi qligħ kapitali, dan il-qligħ kapitali eċċezzjonali jikkostitwixxi dħul taxxabbli u għalhekk iżid il-bażi tat-taxxa li fuqha għandha titqies t-taxxa korporattiva.

Trattament tat-taxxa tal-qligħ kapitali eċċezzjonali fil-kuntest tat-trasferiment ta’ basimenti lejn is-sistema tat-TT.

(38)

Meta bastiment li— m’għadux ġdid u t-tassazzjoni tad-dħul tiegħu jiġu ttrasferiti mis-sistema normali tat-taxxa korporattiva għas-sistema tat-TT, jiġu applikati regoli speċjali. Fil-każ tal-bastimenti li diġà huma proprjetà ta’ kumpanija meta taqleb għas-sistema tat-TT, jew ta’ bastimenti second-hand (minn hawn ‘il quddiem, bastimenti “użati”) akkwistati meta l-kumpanija tkun diġà tibbenefika mis-sistema TT, tiġi applikata proċedura speċjali msemmija fl-Artikolu 125(2) tat-TRLIS (22). Skont din il-proċedura, it-tassazzjoni ta’ ċertu ammonti sseħħ skont l-arranġamenti normali tat-taxxa korporattiva biss meta sussegwentement il-bastiment jinbiegħ:

Fl-ewwel sena finanzjarja li fiha tiġi applikata s-sistema tat-TT, jew li fiha jinkisbu l-bastimenti użati, ir-riżervi mhux distribwibbli ugwali għad-differenza bejn il-valur normali tas-suq u l-valur nett tal-kontabilità ta’ kull bastiment konċernat minn din ir-regola jridu jitwarrbu, jew din id-differenza trid tiġi ddikjarata separatament fir-rapport annwali għal kull bastiment, għal kull sena finanzjarja li fiha s-sjieda tal-bastimenti tiġi ppreservata.

L-ammont ta’ din ir-riżerva pożittiva, flimkien mad-differenza pożittiva, fid-data tat-trasferiment tas-sjieda, bejn id-deprezzament tat-taxxa u d-deprezzament tal-kontabilità tal-bastiment mibjugħ, jiżdiedu mal-bażi tat-taxxa tat-TT msemmija fl-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, ladarba jseħħ il-bejgħ tal-bastiment.

(39)

Għalhekk, bl-applikazzjoni normali tas-sistema Spanjola tat-TT, approvata mill-Kummissjoni, il-qligħ kapitali potenzjali jiġi intaxxat mad-dħul fis-sistema tat-TT u jiġi preżunt li t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali, għalkemm ittradjata, issir meta l-bastiment jinbiegħ jew jiġi skreppjat. Kif spjegat fit-Taqsima 2.2.5, fil-kuntest tal-STL, din it-tassazzjoni ma tiġix posposta, iżda tiġi evitata kompletament, minħabba li l-bastimenti jitqiesu ġodda u mhux użati. Għalhekk, l-proċedura speċjali ma tiġix applikata.

2.2.5.   Miżura 5: L-Artikolu 50(3) tar-RIS

(40)

Fil-każ tat-tranżazzjonijiet STL awtorizzati, il-Kummissjoni tinnota li l-GIE jistgħu joħorġu mis-sistema normali tat-taxxa korporattiva biex jgħaddu għas-sistema tat-TT mingħajr ma jsaldaw l-obbligazzjoni ta’ taxxa moħbija li tirriżulta mid-deprezzament antiċipat u aċċellerat, la meta jgħaddu għas-sistema tat-TT u lanqas, sussegwentement, meta jinbiegħ jew jiġi skreppjat il-bastiment.

(41)

Fil-fatt, bħala eċċezzjoni mir-regola stabbilita fl-Artikolu (23) (24)— 125(2) tat-TRLIS, l-Artikolu 50(3) tar-RIS, jistabbilixxi li meta l-bastimenti jinxtraw permezz ta’ opzjoni ta’ xiri bħala parti minn kuntratt ta’ lokazzjoni approvat qabel mill-awtoritajiet tat-taxxa, dawn jitqiesu bħala bastimenti ġodda u mhux użati, irrispettivament jekk dawn ikunux tħaddmu jew ġew iddeprezzati, mid-data li tiġi eżerċitata l-opzjoni tal-lokazzjoni, jiġifieri wara li l-GIE jaqleb għas-sistema tat-TT. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-kuntratti ta’ lokazzjoni speċifiċi approvati mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-kuntest tal-applikazzjonijiet tad-deprezzament antiċipat skont l-Artikolu — 115(11) tat-TRLIS (ara t-Taqsima 2.2.2 2.2.2 ’il fuq, Miżura 2: Applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati) jiġifieri, fir-rigward tal-bastimenti tat-tbaħħir mibnija ġodda u lokati, akkwistati permezz ta’ operazzjonijiet STL u, b’eċċezzjoni waħda, minn tarzni Spanjoli.

(42)

F’dawk il-każijiet jitqies li l-bastiment ġie akkwistat ġdid mill-GIE fid-data li tiġi eżerċitata l-opzjoni tal-lokazzjoni, jiġifieri wara li l-GIE jkun qaleb għas-sistema TT. L-ewwel konsegwenza tal-eċċezzjoni fl-Artikolu 50(3) tar-RIS hija li tiġi evitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS. Il-GIE ma jeħtieġx li tiġi stabbilita riżerva mhux distribwibbli, u ma jiġu intaxxati la d-differenza pożittiva bejn il-prezz imħallas mill-kumpanija tat-tbaħħir u l-valur tal-kontabilità tal-bastiment fil-kotba tal-GIE (25) u lanqas id-differenza pożittiva bejn il-valur tal-kontabilità u l-valur tat-taxxa tal-bastiment (26). It-tieni konsegwenza hija li jiġi kkunsidrat li d-dħul mill-bejgħ lill-kumpanija tat-tbaħħir (il-prezz konsiderevoli tal-eżerċitar tal-opzjoni tal-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ) ġej mix-xiri u l-bejgħ ta’ bastiment minn kumpanija eliġibbli għas-sistema tat-TT u għandu jiġi inkluż fil-bażi tat-taxxa tat-TT skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS.

3.   RAĠUNIJIET BIEX TINFETAĦ IL-PROĊEDURA FORMALI TA’ INVESTIGAZZJONI

(43)

Fl-ewwel stadju, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, għalkemm tapplika miżuri tat-taxxa differenti, għandha tiġi analizzata bħala sistema waħda (approċċ globali) minħabba li l-miżuri differenti setgħu jintużaw biss – de jure or de facto – u kkonkludiet li dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(44)

Fit-tieni stadju, il-Kummissjoni kkunsidrat separatament il-miżuri differenti (approċċ individwali) u f’din il-fażi kkonkludiet dan li ġej:

Id-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati (miżura Nru 1) jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat iżda fi kwalunkwe każ ikun jikkostitwixxi għajnuna eżistenti minħabba li diġà kien japplika qabel l-adeżjoni. Għalhekk, ma nfetħitx il-proċedura formali ta’ investigazzjoni rigward din il-miżura.

Id-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati (miżura Nru 2) jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, peress li jipprovdi vantaġġ selettiv fid-dawl tal-kundizzjonijiet vagi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Spanjola u s-setgħat diskrezzjonali eżerċitati mill-awtorità tat-taxxa Spanjola biex tinterpreta dawn il-kundizzjonijiet. Din il-miżura, li daħlet fis-seħħ fl-2002 (27), tqieset bħala għajnuna illegali mill-Istat u possibilment mhux kompatibbli.

L-istatus tal-GIE (miżura nru 3) ma kinitx identifikata bħala għajnuna mill-Istati potenzjali. Bħala riżultat, ma nfetħitx il-proċedura formali ta’ investigazzjoni rigward din il-miżura.

Is-sistema tat-TT (miżura Nru 4) ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli fl-2002. Il-kompatibbiltà tas-sistema TT kif approvata ma ġietx ikkontestata fid-Deċiżjoni C(2001) 4494 finali. Skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni, din il-miżura għandha titqies fi kwalunke każ bħala għajnuna eżistenti.

Madankollu, il-Kummissjoni kkuntestat żewġ aspetti relatati mas-sistema tat-TT:

Il-Kummissjoni kkuntestat il-possibbiltà mogħtija lil ċerti kumpaniji, bħall-GIE li jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet STL, li jikkwalifikaw għas-sistema tat-TT meta l-attivitajiet tagħhom huma limitati għall-kera jew il-lokazzjoni ta’ bastimenti mingħajr ekwipaġġ. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-kumpaniji ma kinux joperaw fis-settur tat-trasport bil-baħar ta’ merkanzija jew passiġġieri kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 (28) u fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (29), iżda fis-settur tal-investiment finanzjarju u tal-kera jew il-lokazzjoni ta’ oġġetti. Fir-rigward tal-eliġibilità tagħhom għas-sistema Spanjola tat-TT, il-Kummissjoni nnutat li qatt ma ġew ikkomunikati lilha u hija qatt ma kienet awtorizzathom.

L-eżenzjoni tat-taxxa mill-qligħ kapitali (miżura Nru 5) li tirriżulta mill-miżuri ta’ implimentazzjoni tas-sistema tat-TT (l-Artikolu 50(3) tar-RIS) u ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli bħala parti mis-sistema tat-TT awtorizzata ġiet meqjusa bħala miżura addizzjonali li ma kinitx inkluża fl-ambitu tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fl-2002. Din il-miżura wkoll ġiet meqjusa bħala għajnuna illegali u possibilment mhux kompatibbli.

(45)

Ġie stabbilit li l-benefiċjarji potenzjali tal-għajnuna kienu:

il-GIE bħala benefiċjarji ewlenin tal-vantaġġi tat-taxxa;

il-membri/l-investituri tal-GIE li jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-taxxa minħabba t-trasparenza tal-GIE;

il-kumpaniji tat-tbaħħir li jirċievu parti mill-vantaġġi tat-taxxa f’forma ta’ tnaqqis fuq il-prezz tal-bastiment;

possibilment it-tarzni, il-banek involuti, il-kumpaniji tal-lokazzjoni finanzjara u intermedjarji oħra.

(46)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna ma dehritx kompatibbli mas-suq intern.

4.   KUMMENTI MINN SPANJA U MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(47)

Waslu kummenti mill-awtoritajiet Spanjoli u minn 41 parti terza, inklużi awtoritajiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet tal-industrija u kumpaniji individwali li jew kienu pparteċipaw f’operazzjonijiet STL jew li kienu kompetituri tal-parteċipanti, bħal tarzni u assoċjazzjonijiet barranin tal-bini tal-vapuri.

(48)

Il-kummenti jindirizzaw l-aspetti li ġejjin tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 final:

aspetti ta’ proċedura;

l-approċċ ġenerali: valutazzjoni tal-STL bħala skema u mhux valutazzjoni tal-miżuri varji li huma parti mill-STL;

jekk il-miżuri varji jkunux ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat (eżistenza ta’ vantaġġ, riżorsi tal-Istat, responsabbiltà tal-Istat, effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ) u jekk xi wħud minnhom jikkostitwixxux għajnuna diġà eżistenti;

identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna;

kompatibbiltà tal-għajnuna possibbli mill-Istat;

l-ostakli għall-irkuprar tal-għajnuna (trattament ugwali, aspettattivi leġittimi, ċertezza legali).

4.1.   PROĊEDURA

(49)

Spanja tqis li l-Kummissjoni fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni mingħajr ma vverifikat sew il-konklużjonijiet ewlenin tagħha mal-awtoritajiet Spanjoli. Minħabba f’hekk, ġew miksura d-dritt tad-difiża tal-Istat Spanjol u l-prinċipju ta’ kontradizzjoni li huwa essenzjali f’kull proċedura amministrattiva.

(50)

Skont bosta partijiet terzi, il-Kummissjoni kellha tuża l-proċedura applikabbli għall-għajnuna eżistenti minħabba li jekk jikkostitwixxu għajnuna, iż-żewġ miżuri tat-taxxa konċernati (regoli ta’ deprezzament tal-assi lokati u s-sistema tat-TT) huma jkunu għajnuna eżistenti.

4.2.   VALUTAZZJONI TAL-STL BĦALA SKEMA/VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI INDIVIDWALI

4.2.1.   Ilmentaturi

(51)

Holland Shipbuilding tqis li l-STL għandha titqies bħala sistema waħda minħabba li hija sistema organizzata li tisfrutta deliberatament miżuri differenti tat-taxxa biex tipproduċi vantaġġ ekonomiku li huwa ħafna ogħla mill-vantaġġ totali li jista’ jinkiseb jekk il-miżuri differenti jiġu applikati separatament, u minħabba li l-miżuri huma interdipendenti. L-użu tas-sistema tat-TT jippermetti lill-GIE jibdlu l-vantaġġi tat-taxxa temporanji ġġenerati mid-deprezzament antiċipat u aċċellerati f’vantaġġi permanenti. Il-kundizzjonijiet vagi imposti fuq l-applikazzjoni tad-deprezzament antiċipat u l-interpretazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet Spanjoli jagħtu setgħat diskrezzjonali lill-amministrazzjoni tat-taxxa. Dan jidher mill-fatt li, fil-prattika, l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk bidla ssir mis-sistema normali tat-taxxa korporattiva għas-sistema tat-TT.

(52)

Danish Maritime u […] (*1) (30) ukoll iqisu l-STL bħala entità sħiħa li tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat li– independentement minn min ikunu l-benefiċjarji tagħha– tipprovdi benefiċċju ekonomiku lil ċerti kumpaniji.

4.2.2.   Spanja u l-parteċipanti fi tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni fiskali

(53)

Mandankollu, Spanja u l-kumpaniji identifikati mill-Kummissjoni bħala benefiċjarji potenzjali tal-għajnuna (kumpaniji tat-tbaħħir, investituri fil-GIE, tarzni parteċipanti f’operazzjonijiet tal-STL) jirribattu dan l-approċċ globali.

(54)

Iqisu li l-STL mhijiex maħsuba b’dan il-mod fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Spanjola, li l-operazzjonijiet tal-STLS huma ftehimiet privati (lokazzjoni finanzjarja, lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ, GIE) miżmuma minn individwi li għandhom il-libertà jagħżlu l-irħas mod biex jiffinanzjaw assi u biex jużaw id-dispożizzjonijiet kuntrattwali u tat-taxxa disponibbli għalihom. Huma jgħidu wkoll li Spanja ma għandhiex titqies responsabbli tal-vantaġġi miksuba mill-kontribwenti li jfittxu li jnaqqsu l-piż tat-taxxa tagħhom. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tat-taxxa ma teħtieġx l-użu tal-miżuri kollha msemmija mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali.

(55)

L-Asociación Española de Banca (the Spanish Banking Association - AEB) tqis li hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni qed tqis li teżisti għajnuna mill-Istat f’taħlita ta’ tranżazzjonijiet legali bejn entitajiet privati minflokk f’dispożizzjoni legali.

(56)

Aktar minn sistema waħda, l-AEB tqis li jeżistu żewġ sistemi differenti (dik tad-deprezzament u dik tat-TT) li jistgħu jiġu separati b’mod ċar u jiġu pproċessati separatament, kemm jekk jiġu użati separatament jew jekk jiġu użati flimkien.

(57)

Barra minn hekk, l-AEB tqis li l-Kummissjoni ma identifikatx sistema ġenerali ta’ referenza qabel ma identifikat vantaġġ selettiv. Skont l-AEB, hemm numru kbir ta’ modi kif jiġi ffinanzjat l-akkwist ta’ assi li jużaw kombinamenti differenti ta’ strumenti legali u miżuri tat-taxxa, u l-Kummissjoni għandha tqabbel dawn is-sitwazzjonijiet l-oħra kollha. Għalhekk, ikun artifiċjali li jiġi konkluż li l-STL tagħti vantaġġ selettiv lil ċerti kumpaniji, b’mod partikolari jekk il-Kummissjoni tuża l-aktar wieħed għali – mill-aspett ta’ taxxa – bħala referenza biex tiffinanzja investiment, u b’hekk tinjora l-miżuri kollha ta’ inċentivi disponibbli għall-investituri.

(58)

Konsegwentement, l-STL ma tagħtix vantaġġ selettiv. Dan jidher speċjalment mill-fatt li l-Kummissjoni tidentifika għadd ta’ benefiċjarji potenzjali li ma jikkorrispondux għal setturi ekonomiċi. L-AEB, b’referenza għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tal-kumpaniji (31) (minn hawn ‘il quddiem il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni tal-kumpaniji”) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema (32) Groepsrentebox tal-Pajjiżi l-Baxxi, tqis li ma jistax jiġi konkluż li l-miżura hija selettiva minħabba li tibbenefika aktar lill-investituri tal-GIE li jinvestu f’bastimenti ta’ tbaħħir milli lil dawk li jinvestu f’assi oħra.

(59)

Peress li l-STL tikkonsisti biss fl-użu ta’ miżuri tat-taxxa ġenerali minn partijiet privati fil-kuntest ta’ ftehimiet privati, f’din is-sistema ma huwa involut l-ebda riżors tal-Istat.

(60)

Skont l-AEB ma hemm l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li l-benefiċjarji ewlenin identifikati mill-Kummissjoni huma kumpaniji tat-tbaħħir, u l-miżura hija disponibbli għall-kumpaniji tat-tbaħħir kollha tal-Ewropa u ta’ partijiet oħra tad-dinja.

(61)

Fil-kummenti ta’ dawn il-partijiet terzi, l-STL tiġi deskritta bħala serje ta’ miżuri mhux relatati (approċċ individwali) u ma jagħmlux kummenti oħra dwar l-STL bħala sistema sħiħa.

4.3.   KUMMENTI DWAR IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI INDIVIDWALI

4.3.1.   Deprezzament aċċellerat (l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS (33) ) – Miżura 1

(62)

Skont Spanja u xi partijiet terzi, din il-miżura tista’ tiġi applikata b’mod ġenerali għal kull tip ta’ assi u għas-setturi kollha. It-trattament differenti tat-taxxa u tal-kontabilità tat-tariffi tal-lokazzjoni ma jimplikax de facto xi selettività, kif muri mid-diversità tas-setturi li japplikaw din il-miżura. Bl-istess mod, is-sistema Spanjola tat-taxxa korporattiva tippermetti għamliet differenti ta’ deprezzament aċċellerat. L-AEB issemmi li d-deprezzament lineari ma jistax titqies bħala (l-uniku) referenza biex tiġi determinata l-eżistenza ta’ vantaġġ, peress li ġeneralment, jiġu permessi metodi oħra ta’ deprezzament. L-Artikolu 11 tat-TRLIS u l-Artikoli 1 sa 5 tar-RIS jistabbilixxu l-possibbiltà li jiġu applikati metodi digressivi, bħal dak tal-bilanċ li qed jonqos (34) jew il-metodu (35) tas-somma taċ-ċifri tas-snin (SYD), kif ukoll il-possibbiltà li assi jiġi deprezzat skont pjan speċifiku miftiehem mal-awtorità tat-taxxa (36). Bħala eżempju, l-AEB issemmi li l-metodu tal-bilanċ li qed jonqos ikun applikabbli b’rata ta’ 2.5 darbiet ogħla mir-rata applikabbli ta’ deprezzament lineari, jiġifieri 25 %.

4.3.2.   Applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat (l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS u l-Artikolu 49 tar-RIS) – Miżura 2

(63)

Huwa argumentat li d-deprezzament antiċipat huwa biss forma ta’ deprezzament aċċellerat li tistabbilixxi li d-deprezzament jista’ jibda, taħt ċerti kundizzjonijiet, qabel id-data li fiha l-assi jiġi kkonsenjat lill-utent finali u mħaddem minnu. Kieku ma kienx possibbli li jitnaqqsu l-ammonti mħallsa waqt il-bini tal-assi, dan kien ikun jimplika, fil-fatt antiċipata tat-tassazzjoni. Kull ma jagħmel id-deprezzament antiċipat huwa li jirrestawra n-newtralità u l-korrispondenza bejn il-fluss finanzjarju u t-trattament tat-taxxa.

(64)

L-AEB tinsisti li l-possibbiltà li jiġi antiċipat il-bidu tal-perjodu tad-deprezzament hija miżura ta’ natura ġenerali prevista wkoll fl-Artikolu 11(1)(d) tat-TRLIS, u fl-Artikolu 5 tar-RIS, li jiddefinixxu r-regoli ġenerali applikabbli għad-deprezzament. Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu, b’mod partikolari, li l-awtorità tat-taxxa tapprova pjan speċifiku ta’ deprezzament ippreżentat u mmotivat mill-persuna taxxabbli, inkluż għal assi li qed jinbnew.

(65)

L-awtorizzazzjoni minn qabel tad-deprezzament antiċipat u l-proċedura segwita mill-awtorità tat-taxxa huma maħsuba biex jivverifikaw li l-operazzjoni hija reali u li l-kriterji oġġettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni jiġu ssodisfati. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi vverifikat minn qabel li hemm kuntratt ta’ lokazzjoni li d-data tal-bidu tiegħu hija qabel l-ordni jew il-konsenja tal-assi; meta ssir it-talba jiġi indikat li l-pagamenti biex tiġi rkuprata l-ispiża tal-assi jistgħu jitnaqqsu; li dan il-kuntratt ikun assoċjat mal-akkwist ta’ assi li jeħtieġ perjodu twil ta’ kuntrattar u kostruzzjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu tal-assi; li ġie ffirmat il-kuntratt ta’ bini tal-assi, u li jiġu indikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi li jirregolaw l-użu tal-assi.

(66)

Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 49 tar-RIS, l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS jimponi kundizzjoni addizzjonali meta l-applikant ikun GIE. L-awtorizzazzjoni ma tiddependix mill-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra jew mis-sottomissjoni ta’ dokumenti oħra. Finalment, il-fatt li l-awtorità tat-taxxa qatt ma ċaħdet applikazzjoni sottomessa lilha juri n-nuqqas ta’ setgħat diskrezzjonali fil-proċedura. F’dan ir-rigward, l-AEB tqis li l-Kummissjoni għandha tinvestiga aktar serjament ir-raġunijiet għaliex ma jitwettqux operazzjonijiet ta’ finanzjament. Jekk, kif tiddikjara l-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ informazzjoni informali, xi kumpaniji tat-tbaħħir ma setgħux jsibu bank biex jorganizzaw l-operazzjoni, dan pjuttost huwa minħabba li l-partijiet ma setgħux jilħqu ftehim dwar ċerti elementi tal-operazzjoni, bħall-prezz. L-AEB formalment tinnega li xi membru tagħha pparteċipa f’xi laqgħa jew kuntratt informali mal-awtoritajiet Spanjoli. Fil-fatt, is-sitwazzjoni mhijiex kif deskritta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar GIE fiscaux (37) Franċiżi, fejn il-kundizzjoni li l-operazzjoni għandha tippreżenta interess ekonomiku u soċjali sinifikanti nstab li kienet vaga u tħalliet fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa. Għall-kuntrarju, l-AEB tinnega li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 tar-RIS huma vagi u soġġetti għall-interpretazzjoni.

(67)

Bħala konsegwenza ta’ dan, id-deprezzament antiċipat–bħad-deprezzament aċċellerat – huwa ġeneralment applikabbli għat-tipi kollha ta’ assi u għas-setturi kollha. Din hija miżura ta’ natura ġenerali.

(68)

Peress li huwa mod ta’ applikazzjoni tad-deprezzament aċċellerat, jekk jitqies bħala għajnuna, għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti.

4.3.3.   It-trasparenza tat-taxxa ta’ gruppi b’interess ekonomiku (l-Artikolu – 48 tat-TRLIS) – Miżura 3

(69)

Skont l-AEB it-trasparenza tal-GIE hija konsistenti mal-loġika tas-sistema tat-taxxa Spanjola. Din it-trasparenza tippermetti li diversi investituri jagħmlu investiment konġunt li l-ebda wieħed minnhom ma kien iwettaq waħdu u madankollu bis-saħħa ta’ din it-trasparenza fir-rigward tal-parti tagħha fl-investiment jiġi applikat it-trattament tat-taxxa li kien jiġi applikat kieku investew għal rashom—. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-kundizzjoni tal-GIE m’għandha l-ebda vantaġġ. Barra minn hekk, din il-kundizzjoni ma timplikax restrizzjonijiet settorjali. Kwalunkwe kontribwent Spanjol jista’ jkun membru ta’ GIE. Għalhekk, mhijiex selettiva.

4.3.4.   Is-sistema tat-TT (l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS) – Miżura 4

(70)

Peress li l-Kummissjoni ddikjarat, fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali, li awtorizzat is-sistema Spanjola tat-TT fl-2002 bħala għajnuna kompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi (38), l-awtoritajiet Spanjoli u l-partijiet terzi jiffukaw il-kummenti tagħhom fuq l-ambitu tal-approvazzjoni tal-2002 u fuq il-kwistjonijiet speċifiċi ta’ jekk il-GIE (39) finanzjarji, li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL għandhomx jibbenefikaw mill-iskema tat-TT.

(71)

Rigward il-kwistjoni ta’ jekk il-GIE finanzjarji (39) li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL— li ma joperawx bastimenti iżda li jinvestu fihom u jikruhom bħala parti minn investimenti– finanzjarji għandhomx jibbenefikaw mis-sistema tat-TT, Spanja targumenta li tqis li l-kumpaniji li joperaw bastimenti li jinkrew u, għalhekk, huma rreġistrati fir-reġistri navali Spanjoli (bħala kumpaniji tat-tbaħħir) mid-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 1 tad-Digriet Irjali 1027/1989 tat-28 ta’ Lulju 1989, imtenni fl-Artikolu 9 tal-Liġi 27/1992 tal-24 ta’ Novembru (40) 1992. Peress li l-Kummissjoni awtorizzat l-applikazzjoni tas-sistema tat-TT għall-kumpaniji kollha rreġistrati fir-reġistri (41) navali Spanjoli, din l-awtorizzazzjoni tinkludi l-kumpaniji li għandhom bastimenti u li jikruhom lil partijiet terzi. Għalhekk, jekk din il-miżura titqies bħala għajnuna mill-Istat, għandha titqies bħala għajnuna eżistenti.

4.3.5.   L-Artikolu – 50(3) tar-RIS – Miżura 5

(72)

Spanja, PYMAR u xi banek jargumentaw li l-Artikolu 50(3) tar-RIS, fih biss miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jipprovdu ċertezza legali. Jargumentaw li, b’mod konformi mal-prinċipji tas-sistema legali Spanjola, l-elementi sustantivi ta’ miżura tat-taxxa dejjem għandhom jiġu rregolati mil-Liġi, u li din id-dispożizzjoni– li tinsab f’Digriet Irjali– ma tintroduċi xejn ġdid, iżda biss tikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS. Dan ma jmurx lil hinn mil-liġi u lanqas joħloq benefiċċji addizzjonali. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali diġà kien parti mis-sistema awtorizzata mill-Kummissjoni u, għalhekk, jekk jikkostitwixxi għajnuna, għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti.

(73)

Bl-istess mod, Spanja u l-benefiċjarji allegati jsostnu li huwa loġiku li jitqies li l-bastiment huwa “ġdid” peress li ħadd ma jkun użah qabel il-kerrej, u l-eżerċizzju tal-opzjoni jiġi miftiehem meta jiġi ffirmat il-kuntratt ta’ lokazzjoni (42). L-AEB tinnota li normalment, jitqies li assi jkun ġdid meta jiġi akkwistat permezz tal-opzjoni f’kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarju.

4.4.   KUMMENTI DWAR IT-TRASFERIMENT TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT U R-RESPONSABBILTÀ TAL-MIŻURI GĦAL DAN TAL-AĦĦAR

(74)

Skont l-ilmentaturi, tnaqqis fit-taxxa jimplika trasferiment ta’ riżorsi tal-istat f’forma ta’ telf mid-dħul mit-taxxa. L-STL/il-miżuri tat-taxxa fiskali huma attribwibbli għall-Istat minħabba li l-miżuri kollha jinstabu fil-leġiżlazzjoni Spanjola. Barra minn hekk, l-STL hija bbażata fuq awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tat-taxxa. Anki jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet huma marbuta ma’ miżuri individwali, huwa ċar, fil-prattika, li l-awtorizzazzjonijiet jingħataw għat-tranżazzjonijiet STL kollha. Dan jidher mill-fatt li t-talba ta’ deprezzament antiċipat imressqa quddiem l-Awtorità tat-taxxa tiddeskrivi b’mod dettaljat il-kostruzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vantaġġ tat-taxxa bejn il-GIE jew l-investituri u l-kumpanija tat-tbaħħir, u tinkludi notifika mit-tarzna li tistabbilixxi l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi previsti mill-ftehim. M’hemm l-ebda raġuni għaliex dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati f’għamla sistematika jekk dawn ma kinux, fil-fatt, prekundizzjoni għall-approvazzjoni.

(75)

Il-kumpaniji tat-tbaħħir, min-naħa l-oħra, isostnu li t-tnaqqis mogħti mit-tarzna jew il-GIE fuq il-prezz inizjali mhuwiex attribwibbli għall-Istat, minħabba li dan huwa riżultat tar-relazzjonijiet kuntrattwali privati bejn il-GIE u l-kumpanija tat-tbaħħir li jipparteċipaw fl-operazzjoni.

4.5.   KUMMENTI DWAR ID-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETTI FIL-KUMMERĊ

(76)

[…] iqis li d-daqs tal-vantaġġi (EUR 14-il miljun fl-eżempju mogħti fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali) bla dubju, jaffettwa l-pożizzjoni tas-suq tal-benefiċjarji u għalhekk, jiġġenera distorsjoni sinifikanti fi swieq b’livell għoli ta’ kompetizzjoni. L-iskema tipprovdi vantaġġ kbir lit-tarzni Spanjoli li jistgħu jippromwovu l-bastimenti tagħhom bi prezz– inqas minn dak ta’ tarzni oħra Ewropej– li jinkludi l-vantaġġ tal-STL. […] isemmi statistiċi mill-Ministeru tal-Industrija Spanjola li juru li, maż-żmien, it-tarzni Spanjoli ħadmu għal għadd dejjem akbar ta’ sidien barranin ta’ bastimenti.

(77)

Rigward l-kumpaniji tat-tbaħħir, […] iqis li x-xiri ta’ bastimenti minn tarzni Spanjoli bi prezz ħafna inqas jippermettilhom jiffrankaw miljuni ta’ Euro fuq parti sostanzjali tal-ispejjeż fissi tagħhom. Peress li dan il-vantaġġ huwa mifrux fuq il-perjodu ta’ rkupru tal-ispiża tal-bastimenti, jagħtihom vantaġġ kompetittiv fuq operaturi oħra tat-tbaħħir u, għalhekk, joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni għal ħafna snin.

(78)

Kif intqal diġà, is-sidien tal-bastimenti jsostnu li l-kumpaniji tal-baħar kollha jista’ jkollhom aċċess għall-kundizzjonijiet li joffru t-tarzni Spanjoli u, għaldaqstant, jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tal-prezz li jistgħu joffru dawn it-tarzni. Barra minn hekk, jargumentaw ukoll li ħallsu prezz ġust tas-suq u li ma bbenefikaw minn l-ebda benefiċċju ekonomiku. Għalhekk, huwa improbabbli li l-akkwist ta’ bastimenti minn tarzni Spanjoli jnaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż tal-operat tagħhom jew isaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fit-tul, kif tiddikjara l-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali.

4.6.   KUMMENTI DWAR L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-BENEFIĊJARJI TAL-GĦAJNUNA

(79)

Skont l-AEB, il-GIE ma jistgħux jibbenefikaw mill-għajnuna. Fil-fatt, minħabba t-trasparenza tat-taxxa tagħhom, huma l-investituri li jkollhom iħallsu t-taxxi li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali tal-GIE. Għalhekk, il-GIE ma jistgħu jibbenefikaw minn ebda benefiċċju ekonomiku miksub minn tnaqqis ta’ taxxi. Minbarra dan, il-kontribwenti Spanjoli kollha jistgħu jkunu investituri –membri– ta’ GIE.

(80)

Madankollu, diversi kumpaniji tat-tbaħħir iqisu li l-GIE huma l-uniċi benefiċjarji possibbli tal-għajnuna. Is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux ikunu l-benefiċjarji tal-għajnuna minħabba li mhumiex kontribwenti Spanjoli. Jallegaw ukoll li l-Kummissjoni inġustament assumiet – mingħajr ma tat ebda spjegazzjoni – li l-benefiċċji tat-taxxa jiġu ttrasferiti mill-GIE lill-kumpanija tat-tbaħħir permezz ta’ tnaqqis fuq il-prezz. Fil-fatt, il-prezz huwa stabbilit bħala riżultat ta’ deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mis-sid privat ta’ assi.

(81)

Is-sidien tal-bastimenti jargumentaw li kumpaniji tat-tbaħħir mid-dinja kollha ġeneralment jakkwistaw bastimenti minn tarzni ta’ pajjiżi differenti, inkluż minn tarzni Spanjoli, jekk jixtiequ. Għalhekk, il-kumpaniji tat-tbaħħir kollha jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis possibbli fuq il-prezz li joffru t-tarzni Spanjoli.

(82)

Diversi sidien ta’ bastimenti jargumentaw li, jekk l-STL tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huma mhumiex il-benefiċjarji tagħha. Jagħtu żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, il-mod kif tiffunzjona l-istruttura tal-STL juri li hemm koordinazzjoni bejn il-GIE u t-tarzna, li tikkostitwixxi fokus uniku ta’ interess u jistabbilixxi l-prezz tal-bejgħ; u t-tieni, l-kumpaniji li joperaw laneċ tal-irmonk u dgħajjes tas-salvataġġ jippreżentaw eżempji ta’ offerti li waslu minn tarzni barra minn Spanja għall-kostruzzjoni ta’ laneċ tal-irmonk simili. Dawn l-offerti huma fformulati fl-istess firxa ta’ prezzijiet jew saħansitra jkollhom prezzijiet iktar baxxi minn dawk tat-tarzni Spanjoli finalment magħżula. Jargumentaw li, għalhekk, ikunu ħallsu prezz ġust tas-suq u ma bbenefikaw minn l-ebda benefiċċju ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Jekk l-STL toffri benefiċċju ekonomiku, il-benefiċjarji jkunu t-tarzni parteċipanti fl-operazzjoni STL u mhux l-kumpaniji tat-tbaħħir.

(83)

Holland Shipbuilding tqis li l-benefiċjarji tal-għajnuna huma l-GIE u l-investituri tagħhom, kif ukoll l-kumpaniji tat-tbaħħir, iżda wkoll it-tarzni Spanjoli minħabba li hemm differenza sostanzjali bejn il-prezz li tħallas l-kumpanija u l-prezz li tirċievi t-tarzna, li huwa ogħla mill-prezz tas-suq. Skont assoċjazzjoni nazzjonali ta’ bennejja tal-vapuri, is-sistema kienet maħsuba biex jibbenefikaw minnha t-tarzni. Ikun żbaljat li jitqies li l-STL jibbenefikaw minnha l-kumpaniji tat-tbaħħir. It-tnaqqis fil-prezz tal-kostruzzjoni ma jimplikax neċessarjament benefiċċju għax-xerrej tal-bastiment. Barra minn hekk, it-tarzni Spanjoli jistgħu joffru dan il-benefiċċju biss lix-xerrejja li jużaw l-STL. L-STL tikkostitwixxi għajnuna illegali għall-kostruzzjoni navali li tikkawża ħsara lill-bennejja navali nazzjonali li jikkompetu direttament mal-Ispanjoli.

(84)

PYMAR tqis li l-Kummissjoni ma spjegatx biżżejjed fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali tagħha għaliex tidentifika lit-tarzni bħala benefiċjarji possibbli tal-għajnuna mill-Istat. Tinnota wkoll li, fid-deċiżjonijiet tal-każi GIE Fiscaux, Brittany Ferries, Air Caraïbes jew Le Levant (43) dwar skemi tat-taxxa simili, il-Kummissjoni ma identifikatx il-produttur tal-assi bħala benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat.

4.7.   KUMMENTI DWAR IN-NATURA TAL-GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW L-GĦAJNUNA ILLEGALI

(85)

Kif imsemmi fit-Taqsima 4.3 above, Spanja u xi partijiet terzi jqisu li jeżistu żewġ miżuri biss: l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 115 tat-TRLIS dwar it-tnaqqis tal-ispiża ta’ assi mixtrija permezz ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarja. Spanja adottat dawn id-dispożizzjonijiet qabel s-sħubija tagħha fl-UE. Konsegwentement, jekk din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna, hija għajnuna eżistenti kif imsemmi fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali tal-Kummissjoni, u l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, li jippermetti lill-amministrazzjoni tistabbilixxi l-bidu tad-deprezzament, huwa biss mod ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 115. It-tieni, is-sistema tat-TT stabbilita fl-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS li ġiet approvata mill-Kummissjoni fl-2002 u, għalhekk, hija wkoll għajnuna diġà eżistenti. Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni– b’mod partikolari, l-Artikolu – 50(3) tar-RIS ma jimmodifikawx ir-regoli fil-leġiżlazzjoni u, għalhekk, huma koperti mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

4.8.   KUMMENTI DWAR IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(86)

L-awtoritajiet Spanjoli u l-benefiċjarji allegati jargumentaw li l-għajnuna hija kompatibbli abbażi tas-sistema tat-TT approvata fl-2002, minħabba li tkopri “kumpaniji tat-tbaħħir reġistrati fir-reġistri tal-kumpaniji tat-tbaħħir skont il-liġi Spanjola (44), li l-attività tagħhom tinkludi l-operat ta’ bastimenti tagħhom jew lokati”. Peress li l-Artikolu 50(3) tar-RIS sempliċiment jimplimenta s-sistema tat-TT, dan huwa wkoll kopert mid-Deċiżjoni tal-2002.

(87)

Il-partijiet terzi jargumentaw ukoll li l-għajnuna hija kompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi, li jinkludu wkoll l-operat ta’ bastimenti li huma proprjetà jew lokati u li din l-għajnuna tibqa’ fil-limiti imposti minn dawn il-Linji Gwida.

(88)

L-Asociación de Ingenieros Navales y Oceánicos de España (Assoċjazzjoni tal-Inġiniera Navali u Oċeaniċi ta’ Spanjoli) tqis li l-kompatibilità ta’ kwalunkwe għajnuna għandha tiġi analizzata fil-kuntest tal-kompetizzjoni globali, aktar milli tiffoka fuq is-suq intern, peress li t-tarzni ta’ pajjiżi mhux tal-UE jirċievu għajnuna li mhijiex suġġetta għal regoli ta’ kompetizzjoni bħalma jsir fl-UE.

(89)

Madankollu, […] tqis li skont il-Linji Gwida Marittimi l-iskema bl-ebda mod ma tista’ titqies bħala għajnuna kompatibbli, lanqas– kif jingħad fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali–. Fil-fatt tqis, l-ewwel nett, li Spanja mhux se tkun tista’ turi li l-bastimenti kollha mibnija kienu eliġibbli biex jibbenefikaw minn dawn il-Linji Gwida u, t-tieni, li l-għajnuna tista’ biss tnaqqas għal żero l-ammont tat-taxxa dovuta mill-benefiċjarju fil-pajjiż li jadotta l-iskema. Konsegwentement, sidien mhux Spanjoli ta’ bastimenti ma jibbenefikwax mill-iskema u huwa probabbli li t-taxxa mħallsa mis-sidien Spanjoli ta’ bastimenti tkun limitata, peress li jibbenefikaw mis-sistema tat-TT u minn tnaqqis tal-imposti soċjali.

4.9.   KUMMENTI DWAR L-IRKUPRU

(90)

Kemm l-awtoritajiet Spanjoli kif ukoll il-benefiċjarji potenzjali jsostnu li huwa meħtieġ li jiġi eskluż l-irkupru minħabba li jikser il-prinċipji fundamentali tal-Liġi tal-UE (45) bħat-trattament ugwali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jew iċ-ċertezza legali.

4.9.1.   Trattament ugwali

(91)

PYMAR jargumenta li f’żewġ każijiet oħra (Brittany Ferries (46), and GIE Fiscaux) ġew investigati miżuri fiskali simili u ma ġiex ordnat l-irkupru. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm għajnuna, din għandha titqies kompatibbli sal-limitu definit fil-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida Marittimi, u għall-ammont li jaqbeż dan il-limitu, il-protezzjoni taċ-ċertezza legali għandha timpedixxi, bħal fil-każ Franċiż, li l-Kummissjoni teħtieġ l-irkupru. […] jargumenta li, peress li l-ebda għajnuna ma ġiet irkuprata mill-operaturi Franċiżi, jekk tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Ispanjoli f’każ simili ħafna, dawn tal-aħħar jitqiegħdu f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ kompetittiv u jinkiser il-prinċipju tat-trattament ugwali.

(92)

Spanja u l-PYMAR jinvokaw diversi deċiżjonijiet li fihom il-Kummissjoni diġà ma talbitx l-irkupru minħabba dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni jew ta’ wieħed mill-membri tagħha. Jissemmew id-deċiżjonijiet relatati maċ-ċentri ta’ koordinazzjoni Belġjani, mal-kumpaniji azzjonarji 1929 tal-Lussemburgu u ma’ ċentri oħra ta’ koordinazzjoni u attivitajiet intragrupp ta’ kumpaniji multinazzjonali (47), l-Avvjament Spanjol (48), każ ta’ għajnuna Taljana lil ditti kbar f’diffikultà (49), kif ukoll żewġ każijiet fis-settur tas-sajd (50) (il-gżejjer Shetland u Orkney).

4.9.2.   Aspettattivi leġittimi/ċertezza legali

(93)

Skont Spanja (51) u xi partijiet terzi li pparteċipaw f’operazzjonijiet STL, l-elementi li ġejjin wasslu lill-partijiet terzi f’dawn l-operazzjonijiet biex jaħsbu li l-miżuri tat-taxxa użati fihom ma kinux jikostitwixxu għajnuna mill-istat:

(1)

id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2001 dwar Brittany Ferries (52) fis-sens li skema simili għall-STL– —il-GIE Fiscaux – Franċiż kien jikkostitwixxi miżura ta’ natura ġenerali.

(2)

Il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri (deprezzament antiċipat u sistema tat-TT) fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol tal-10 (53) ta’ Ottubru 2001;

(3)

Ittra mill-Kummissjoni fl-2001 fejn titlob informazzjoni lil Spanja fil-kuntest ta’ investigazzjoni dwar diversi miżuri allegati ta’ għajnuna, inkluża sistema ta’ lokazzjoni tat-taxxa, favur il-kostruzzjoni tal-bastimenti.

(4)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004 (54) fejn tiċħad l-għoti ta’ għajnuna lil tarzni Olandiżi biex jikkumpensal-għajnuna allegatament offruta lit-tarzni Spanjoli li kienu qed jikkompetu għall-istess kuntratti ta’ kostruzzjoni ta’ bastimenti.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-2006 fil-każ GIE Fiscaux (55) Franċiż;

(6)

Ittra mill-Kummissarju Kroes fl-2009 (56)— li bħalissa huwa responsabbli għall-kompetizzjoni lill-Ministru Norveġiż tal-Kummerċ u l-Industrija bi tweġiba għal ilment li l-iskema tat-taxxa tal-lokazzjoni Spanjola tiffavorixxi lit-tarzni Spanjoli;

(7)

Iż-żmien bejn il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fl-2001, il-bidu tal-iskema fl-2002 jew l-ewwel ilmenti riċevuti mill-Kummissjoni fl-2006, u l-ftuħ tal-proċedura f’Ġunju 2011. Perjodu tant twil aktarx li sussegwentement jikkorrobora l-konvinżjoni li ma kienx hemm biżżejjed elementi biex tinfetaħ proċedura.

(8)

Operatur ekonomiku diliġenti ma setax jipprevedi l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna mill-Istat fil-kombinament ta’ skemi differenti li jew kellhom tradizzjoni twila- fit-tassazzjoni nazzjonali (deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati, l-istatus tal-GIE) jew li kienu diġà approvati mill-Kummissjoni (is-sistema tat-TT).

(9)

id-dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ għajnuna fil-miżuri dwar il-metodi ta’ deprezzament fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni kummerċjali (57).

4.9.2.1.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001 fil-każ Brittany Ferries (BAI)

(94)

Fil-premessa 193 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tgħid: “… fir-rigward tal-gruppi b’interess ekonomiku u l-vantaġġi tat-taxxa li jistgħu jirriżultaw minnhom, il-Kummissjoni tqis li jikkostitwixxu miżura ġenerali, minħabba li huma komuni fi Franza, jistgħu jiġu ffurmati fis-setturi kollha tal-attività ekonomika u huma rregolati mil-liġi komuni”.

(95)

Id-Deċiżjoni ġiet ippubbliata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-15 ta’ Jannar 2002. Fid-Deċiżjoni tal-2006 dwar il-GIE Fiscaux Franċiżi, il-Kummissjoni kkunsidrat li: “Jekk huwa veru li l-iskema inkwistjoni f’dan il-każ kienet dik fis-seħħ qabel l-1998, għandu jiġi osservat, madankollu, li dan il-fatt ma kienx ċar fir-raġunijiet tad-Deċiżjoni, u li din iċ-ċirkostanza setgħet ikkontribwixxiet biex tiżgwida lill-benefiċjarji tal-iskema konċernata”.

(96)

Spanja (58) u xi partijiet terzi argumentaw li din id-dikjarazzjoni jew ħolqot sitwazzjoni ta’ inċertezza legali rigward il-legalità tal-STL– —li hija simili ħafna fl-istruttura u l-effetti tagħha– jew tat lok għall-aspettattivi leġittimi li l-STL ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

4.9.2.2.   Il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol

(97)

Skont il-PYMAR, il-Kummissjoni saret taf bl-eżistenza tal-STL meta l-miżuri li jiffurmawha (l-applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati u s-sistema tat-TT) ġew ippubblikati bħala parti mill-istess abbozz ta’ liġi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol fl-10 ta’ Ottubru 2001. Bħala riżultat ta’ dan, it-tarzni bdew jinkludu l-benefiċċji ta’ dawn il-miżuri fl-offerti tagħhom għal proġetti ġodda ta’ kostruzzjoni navali, mingħajr ma stennew li l-miżuri jidħlu fis-seħħ sabiex imexxu ‘l quddiem in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ewwel strutturi STL.

4.9.2.3.   It-talba tal-2001 għal informazzjoni dwar l-iskema Spanjola tat-taxxa tal-lokazzjoni

(98)

Il-PYMAR tirreferi għal ittra mibgħuta mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-21 ta’ Diċembru 2001 wara lment dwar diversi miżuri mill-Istat li allegatament naqqsu l-prezz tal-bastimenti mixtrija minn tarzni Spanjoli. F’dik l-ittra, l-Kummissjoni titlob informazzjoni dwar is-sistema ta’ taxxa tal-lokazzjoni:

“Inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni li jidher li jeżistu għadd ta’ miżuri li jnaqqsu l-ispiża tax-xiri ta’ bastimenti mit-trazni Spanjoli. B’mod partikolari l-Kummissjoni ġiet ipprovduta informazzjoni li jeżistu l-miżuri li ġejjin:

3.

Sistema tat-taxxa tal-lokazzjoni, li biha bastimenti mibnija fi Spanja jistgħu jintużaw biex jitnaqqsu t-taxxi permezz tal-użu ta’ veikoli bi skop speċjali. Il-qligħ minn din il-kombinazzjoni jidher li jiġi ttrasferiti lil sid il-bastiment permezz ta’ prezz aktar baxx jew permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-lokazzjoni. Tista’ Spanja jekk jogħġobha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni”.

(99)

Skont il-PYMAR, din l-ittra tindika li l-Kummissjoni kellha informazzjoni u għarfien dwar l-eżistenza tas-sistema tat-taxxa tal-lokazzjoni, u li kienet diġà investigat din il-kwistjoni fl-2001 mingħajr ma adottat l-ebda miżura, ħaġa li ħolqot aspettattivi leġittimi li l-miżura Spanjola ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna.

4.9.2.4.   Id-Deċiżjoni tal-2004 dwar in-notifika tal-Pajjiżi l-Baxxi

(100)

Fid-9 ta’ Settembru 2002, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw “għajnuna ta’ kumpens” li kellhom il-ħsieb jagħtu lit-tarzni tal-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jikkumpensaw l-għajnuna allegatament mogħtija minn Spanja (59). Fl-aħħar (60)(61) (62) tal-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni finali tagħha li “l-awtoritajiet Spanjoli ċaħdu b’mod ċar l-eżistenza tal-għajnuna inkwistjoni” u li ma kellhiex “evidenza suffiċjenti tal-eżistenza ta’ għajnuna illegali Spanjola”, u ddikjarat l-għajnuna nnotifikata bħala mhux kompatibbli mas-suq intern.

(101)

Skont il-PYMAR, minħabba li l-STL daħlet fis-seħħ fl-2002, qabel ma l-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw l-għajnuna, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004 kienet toħloq l-aspettattiva leġittima li l-STL ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna.

4.9.2.5.   Id-Deċiżjoni tal-2006 fil-każ tal-GIE Fiscaux Franċiżi

(102)

Skont il-PYMAR, is-sistema tal-GIE Fiscaux Franċiżi hija simili ħafna għall-STL. Minħabba dan, id-Deċiżjoni tal-2006 fil-każ Franċiż iġġenerat aspettattiva leġittima fl-operaturi fejn: (1) l-STL tkun meqjusa kompatibbli mas-suq intern fil-limiti tal-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida Marittimi, u (2) ma jkunx meħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat li taqbeż il-limiti tal-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida, minħabba x-xebh bejn il-proċeduri taż-żewġ każijiet.

(103)

Min-naħa l-oħra, il-PYMAR tinvoka diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fejn ix-xebh bejn miżura u miżura approvata preċidentament mill-Kummissjoni kien fattur li jiġġustifika l-aspettattiva leġittima tal-operaturi. B’mod partikolari, il-PYMAR fakkar li ma kienx ordnat l-irkupru f’każijiet (63) bħal dawk tal-Introjtu Barrani (l-Irlanda), l-Attivitajiet Internazzjonali ta’ Finanzjament (il-Pajjiżi l-Baxxi), iċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni u l-Kumpaniji Finanzjarji (il-Lussemburgu), iċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni fi Vizcaya (Spanja), iċ-Ċentri ta’ Kontroll u Koordinazzjoni (il-Ġermanja), l-Uffiċċji Prinċipali u t-Teżori u ċ-Ċentri tal-Loġistika Ċentrali tal-Kumpaniji (Franza), is-Sentenza tat-Taxxa għall-Kumpaniji tal-Bejgħ Barrani Amerikani (il-Belġju) u l-Kumpaniji tal-Kwalifikar ta’ Ġibiltà (ir-Renju Unit), minħabba li dawn l-iskemi kienu simili ħafna għall-iskemi taċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni Belġjani li preċedentament kienu approvati mill-Kummissjoni.

4.9.2.6.   L-ittra tal-2009 mibgħuta mill-Kummissarju Kroes

(104)

Bi tweġiba għal ittra mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi li tilmenta dwar allegat diskriminazzjoni kontra t-tarzni Norveġiżi fir-rigward tas-sistema Spanjola tat-taxxa tal-lokazzjoni, il-Kummissarju Kroes wieġeb li d-DĠ Kompetizzjoni: “[kien] diġà investiga l-kwistjoni” u li fuq talba tagħha, Spanja ħarġet dikjarazzjoni pubblika fil-forma ta’ tweġiba tal-amministrazzjoni tat-taxxa għal mistoqsija minn kontribwent (64)— deċiżjoni tat-taxxa— li tikkonferma li l-miżura ma kinitx ristretta għal tarzni Spanjoli u tista’ wkoll tintuża għall-akkwist ta’ bastimenti mibnija fi Stati Membri oħra. L-ittra konkludiet, li fid-dawl ta’ din il-kjarifika, ma kienet ikkunsidrata meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri.

(105)

Skont il-PYMAR, fit-2 ta’ April 2009, sid Norveġiż ta’ bastiment qasam il-kontenut tal-ittra tal-Kummissarju Kroes ma’ tarzna Spanjola li kien involut f’operazzjonijiet STL magħha. Il-PYMAR ippreżentat ukoll ittra tat-13 ta’ Settembru 2012 mingħand Gerencia del Sector de la Construcción Naval (65) (GSN) li tattesta li fl-2009 diġà kienet taf bil-kontenut tal-ittra tal-Kummissarju Kroes u kkomunikat dan lill-entitajiet li kienu qed jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL u lill-PYMAR waqt il-laqgħat regolari tagħhom.

4.9.2.7.   Iż-żmien li għadda bejn l-ilment u l-ftuħ tal-proċedura

(106)

Skont il-PYMAR, għaddew disa’ snin minn meta l-Kummissjoni saret taf bl-iskema f’Diċembru 2001/il-bidu tal-iskema fl-2002 (ħames snin mill-ewwel ilmenti rċevuti mill-Kummissjoni fl-2006) u l-ftuħ tal-proċedura f’Ġunju 2011. Dan iż-żmien li għadda mingħajr ma l-Kummissjoni ħadet azzjoni wassal għall-konferma tat-twemmin li ma kienx hemm biżżejjed elementi sabiex tinfetaħ proċedura.

4.9.2.8.   Operatur ekonomiku diliġenti ma setax jipprevedi l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna mill-Istat fil-kombinament ta’ miżuri differenti

(107)

Skont il-PYMAR u partijiet terzi oħra, din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni konġunta ta’ diversi miżuri tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u operaturi li normalment jaġixxu b’kawtela ma setgħux jipprevdu dan.

4.9.2.9.   Id-dikjarazzjonijiet dwar il-metodi ta’ deprezzament fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni kummerċjali

(108)

Il-PYMAR issostni li, skont l-Artikolu 13 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni kummerċjali, miżuri ta’ natura purament teknika, bħar-regoli ta’ deprezzament ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, l-operaturi kkunsidraw b’mod leġittimu li l-miżuri ta’ deprezzament antiċipat ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

4.9.3.   Konsegwenzi tal-irkupru

(109)

Minn meta l-Kummissjoni saret taf bl-eżistenza tal-STL, l-azzjonijiet tagħha kif ukoll iż-żmien li għadda, ħolqu aspettattivi leġittimi li ma kienx hemm għajnuna u għalhekk, l-għajnuna mogħtija għall-operazzjonijiet li saru qabel ma kinitx se tiġi rkuprata. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex tordna l-irkupru tal-għajnuna li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet kollha.

(110)

B’mod simili, l-ittra mibgħuta mill-Kummissarju Kroes fl-2009 tikkonferma li l-iskema kienet ġiet analizzata mill-Kummissjoni. Il-partijiet kollha involuti f’operazzjonijiet ta’ lokazzjoni tat-taxxa (kumpaniji tat-tbaħħir, GIE, banek, intermedjarji, eċċ.) jista’ jkollhom aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni kienet tiskopri kwalunkwe għajnuna fis-sistema u li peress li ma kinux ippjanati investigazzjonijiet ġodda, ma kienet teżisti l-ebda għajnuna.

(111)

Il-PYMAR tirreferi wkoll għal deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE (il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, eċċ.) setgħu ġġeneraw aspettattivi leġittimi li għajnuna mogħtija fil-passat ma tiġix irkuprata, u dan jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tordna rkupru, inkluż meta l-għajnuna tkun ngħatat qabel l-azzjoni li tkun ħolqot l-aspettattivi leġittimi. Jirreferu għal deċiżjonijiet fil-każ tal-avvjament Spanjol, il-każ taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni Belġjani, każ ta’ ribass tat-taxxa fuq l-enerġija Awtrijak u każ Taljan ta’ għajnuna lil ditti kbar f’diffikultà (66).

4.9.4.   Klawżoli kuntrattwali

(112)

L-awtoritajiet Spanjoli u l-PYMAR isemmu li l-għajnuniet li l-Kummissjoni identifikat favur l-kumpaniji tat-tbaħħir jew il-GIE u l-investituri jaffettwaw, fi kwalunkwe każ, lit-tarzni, li jirċievu talbiet għar-rimborż tal-GIE jew l-investituri jew l-kumpaniji investituri tagħhom taħt ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-parteċipanti differenti fl-operazzjonijiet STL. Fil-fatt, skont il-PYMAR, xi klawżoli tal-kuntratti jeħtieġu li t-tarzni jikkumpensaw lill-investituri u lill-kumpaniji tat-tbaħħir, b’mod partikolari, jekk il-liġi tinbidel – inkluża dik tat-taxxa – li taffettwa l-operazzjoni.

5.   VALUTAZZJONI

5.1.   PROĊEDURA

(113)

Il-Kummissjoni tqis li l-proċedura segwita ma kisritx id-drittijiet ta’ difiża ta’ Spanja u lanqas id-dritt tas-smigħ tal-ebda parti terza. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura formali hija l-ewwel pass li l-Kummissjoni trid tieħu skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (67) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 659/1999”) jekk, wara investigazzjoni preliminari, ikollha dubji dwar il-kompatibilità ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern (l-Artikolu 13 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999). L-għan tad-deċiżjoni tal-ftuħ huwa preċiżament li tiġbor fil-qosor il-fatti u l-liġi, tagħmel evalwazzjoni preliminari tan-natura tal-għajnuna tal-miżura, li jiġu stabbiliti d-dubji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq intern u li titlob lill-Istat Membru kkonċernat u lil partijiet interessati oħra sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999).

(114)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati (l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS) peress li ddikjarat li, jekk din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna, tista’ titqies xorta waħda bħala għajnuna eżistenti. Ma ħolqitx dubji dwar is-sistema tat-TT, għallinqas, safejn din ġiet innotifikata u awtorizzata mill-Kummissjoni (l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS), għax din il-miżura kienet ukoll meqjusa bħala għajnuna eżistenti. Dawn iż-żewġ miżuri huma elenkati u deskritti fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 final biss għax huma elementi importanti tal-STL u huma relatati mal-miżuri li huma l-għan tal-investigazzjoni formali (l-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 u l-Artikolu 50(3) tar-RIS, u l-applikazzjoni tas-sistema tat-TT fuq attivitajiet differenti tat-trasport).

(115)

Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 u l-Artikolu 50(3) tar-RIS, kif ukoll l-applikazzjoni tas-sistema ta’ tassazzjoni għal kull tunnellaġġ għal attivitajiet differenti tat-trasport jistgħu jiġu separati mill-miżuri l-oħra msemmija fil-Premessa preċedenti (jiġifieri l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS u l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS) u ma jikkostitwixxux għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/99, peress li dawn il-miżuri ġew introdotti fl-2002 u l-2003, wara l-adeżjoni ta’ Spanja fl-UE u ġew implimentati mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Konsegwentement, fir-rigward ta’ dawn il-miżuri, il-Kummissjoni ġustament segwiet il-proċedura applikabbli għall-għajnuniet illegali (l-Artikolu 1(f), l-Artikolu 13, u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/99).

5.2.   EŻAMI TAL-STL BĦALA SISTEMA/VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI DIFFERENTI

(116)

Il-fatt li l-STL hija magħmulaa minn diversi miżuri li mhumiex miġbura kollha fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Spanjola mhuwiex biżżejjed biex jiġi evitat li l-Kummissjoni tiddeskriviha bħala sistema u li tqisha bħala tali. Fil-fatt, kif spjegat fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri tat-taxxa differenti użati fit-tranżazzjonijiet tal-STL huma interrelatati de jure jew de facto. De jure, l-applikazzjoni diskrezzjonali tal-deprezzament antiċipat tal-assi lokati (l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS) tikkorrispondi għal applikazzjoni bil-quddiem tal-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati (l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS). Bl-istess mod, l-Artikolu 50(3) tar-RIS jistabbilixxi eċċezzjoni għal proċedura speċjali applikabbli fil-kuntest tas-sistema tat-TT. De jure, l-Artikolu 50(3) tar-RIS jirreferi biss għall-bastimenti eliġibbli għas-sistema tat-TT u l-kuntratti ta’ lokazzjoni awtorizzati mill-awtorità tat-taxxa. De facto, il-kuntratti ta’ lokazzjoni kienu jitqiesu awtorizzati biss mill-awtorità tat-taxxa fil-kuntest tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati. De jure, id-deprezzament antiċipat jista’ jitqies għal varjetà wiesgħa ta’ assi li setgħu jinkisbu permezz ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarju. Madankollu, il-kundizzjonijiet għad-deprezzament antiċipat kienu suġġetti għal interpretazzjoni u kienu jitqiesu sodisfatti de facto –biss fir-rigward ta’ bastimenti eliġibbli għas-sistema tat-TT–, li kienu l-uniċi li ngħataw awtorizzazzjonijiet.

(117)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li tnejn mit-tliet miżuri ewlenin li jiffurmaw l-STL (l-applikazzjoni diskrezzjonali tal-deprezzament antiċipat u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tas-sistema tat-TT) daħlu fis-seħħ fl-istess data (l-1 ta’ Jannar 2002) taħt l-istess liġi.

(118)

Il-Kummissjoni tindika wkoll li malli jiġu invokati l-aspettattivi leġittimi u t-trattament ugwali, l-istess partijiet terzi li jikkontestaw l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni jippreżentaw l-STL bħala sistema simili ħafna għal dik tal-GIE fiscaux Franċiżi. Il-fatt li l-karatteristiċi kollha tal-miżura Franċiża kienu inklużi f’dispożizzjoni legali waħda jimplika neċessarjament evalwazzjoni globali. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-elementi differenti tal-STL huma mifruxa f’dispożizzjonijiet differenti legali, li de facto huma interrelatati, ma jimplikax – fih innifsu – l-applikazzjoni ta’ approċċ differenti.

(119)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li l-Lokazzjoni tat-Taxxa Spanjola tiġi deskrita bħala sistema ta’ miżuri tat-taxxa relatati u li tivvaluta l-impatti tagħha fil-kuntest reċiproku tagħha, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, ir-relazzjonijiet de facto introdotti jew approvati mill-Istat—.

(120)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tibbażax biss fuq approċċ kumplessiv. Flimkien ma’ approċċ kumplessiv, il-Kummissjoni analizzat ukoll il-miżuri differenti li jiffurmaw l-STL. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ approċċi huma kumplimentari u jwasslu għal konklużjonijiet konsistenti. L-evalwazzjoni individwali hija meħtieġa, b’mod partikolari biex tiddetermina liema parti mill-vantaġġi ekonomiċi ġġenerati mill-STL hija r-riżultat ta’ miżuri ġenerali jew ta’ miżuri selettivi. Il-valutazzjoni individwali tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina wkoll, jekk ikun meħtieġ, liema parti mill-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u liema parti għandha tiġi rkuprata.

(121)

Dan l-approċċ doppju, li diġà ġie segwit fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali, jippermetti lill-Kummissjoni tidefinixxi sistema ta’ referenza għal kull waħda mill-miżuri individwali u għall-STL bħala ħaġa sħiħa bl-għan li jiġu identifikati l-vantaġġi selettivi li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. F’kull operazzjoni STL, l-analiżi kontrofattwali li biha se tiġi vvalutat l-eżistenza ta’ għajnuna hija operazzjoni fiha nnifisha, bl-istess dispożizzjonijiet kuntrattwali iżda mwettqa mingħajr il-miżuri meqjusa bħala għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, operazzjoni alternattiva b’modi differenti ta’ arranġamenti kuntrattwali u finanzjarji ma tikkostitwixxix analiżi kontrofattwali xierqa.

(122)

L-operaturi ekonomiċi huma ħielsa li jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom ta’ finanzjament ta’ assi skont ir-rieda tagħhom u li jużaw għal dan l-iskop, il-miżuri tat-taxxa ġenerali li jqisu l-aktar xierqa. Madankollu, billi dawn l-operazzjonijiet jinvolvu l-applikazzjoni ta’ miżuri tat-taxxa selettivi, li huma soġġetti għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-intrapriżi involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet huma benefiċjarji potenzjali ta’ għajnuna mill-Istat. Minn naħa waħda, il-fatt li diversi setturi jew kategoriji ta’ kumpaniji huma identifikati bħala benefiċjarji potenzjali ma jikkostitwixxix indikazzjoni li l-STL hija miżura ġenerali (68). Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-STL tintuża biex tiffinanzja l-akkwist, il-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ u l-bejgħ mill-ġdid ta’ bastimenti tat-tbaħħir jista’ jitqies bħala indikazzjoni ċara li l-miżura hija selettiva mill-aspett settorjali.

5.3.   EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(123)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jistabbilixxi li “ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti kumpaniji jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(124)

Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss għall-għajnuna mogħtija lil kumpaniji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi. Barra minn dan, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet-kollha msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, l-għajnuna finanzjarja għandha:

tingħata mill-Istat u permezz ta’ riżorsi mill-Istat,

tiffavorixxi ċerti kumpaniji jew il-produzzjoni ta’ ċerti assi,

tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni, u

taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(125)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha f’żewġ livelli:

Fil-livell tal-miżuri individwali, fejn il-Kummissjoni teżamina jekk kull miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat irrispettivament mill-użu tagħha fl-STL.

kif diġà ġie msemmi, l-STL hija bbażata fuq kombinament ta’ dawn il-miżuri, li huma interkonnessi de jure jew de facto.

5.3.1.   Intrapriżi fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE

(126)

Il-Kummissjoni tqis li l-partijiet interessati kollha li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL huma intrapriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE fatt li la Spanja u lanqas xi parti terza ma jikkontestaw peress li l-attivitajiet tagħhom huma li jipprovdu assi u servizzi f’suq – (69)– (70). B’mod aktar konkret, it-tarzni joffru bastimenti ġodda jew servizzi ta’ kostruzzjoni, tiswija u restawr; il-kumpaniji ta’ lokazzjoni joffru faċilitajiet ta’ finanzjament; Il-GEI jillokaw u jbiegħu bastimenti; investituri joffru assi u servizzi f’varjetà wiesgħa ta’ swieq, sakemm dawn ikunu individwi li ma jeżerċitaw l-ebda attività ekonomika, f’liema każ, mhumiex inklużi f’din id-Deċiżjoni; il-kumpaniji tat-tbaħħir joffru servizzi ta’ trasport marittimu; il-banek li jorganizzaw joffru servizzi ta’ intermedjazzjoni u finanzjament, u intermedjarji oħra jipprovdu servizzi ta’ intermedjazzjoni jew konsultazzjoni.

5.3.2.   L-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv

(127)

Eżistenza l-każistika: “l-Artikolu 107(1) tat-Trattat jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk, fil-qafas ta’ sistema legali speċifiku, miżura mill-Istat tistax tiffavorixxi lil “ċerti kumpaniji jew produzzjonijiet” fir-rigward ta’ kumpaniji oħra li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema msemmija. Jekk iva, il-miżura kkonċernata għandha tissodisfa r-rekwiżit tas-selettività”. Jekk iva, il-miżura konċernata tissodisfa l-kundizzjoni tas-selettività.” (71)

5.3.2.1.   Deprezzament aċċellerat (l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS) – Miżura 1 –

(128)

Fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 final, il-Kummissjoni semmiet li, biex tikkostitwixxi għajnuna, din il-miżura għandha tkun għajnuna eżistenti, u ma wettqitx valutazzjoni. Bħala riżultat tal-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni, issa kkonkludiet li din il-miżura, meqjusa separatament, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba li ma tiffavorixxix lil ċerti kumpaniji u lanqas il-produzzjoni ta’ ċertu assi. Fil-fatt, il-Kummissjoni tindika li l-miżura hija applikabbli għall-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fi Spanja mingħajr l-ebda limitazzjoni fir-rigward tas-settur tal-attività tagħha, il-post tal-istabbiliment, id-daqs, il-forma legali jew il-post tal-assi. Hija applikabbli wkoll, mingħajr ebda eċċezzjoni, għall-prodotti kollha suxxettibbli għal deprezzament.

(129)

Barra minn hekk, il-limitazzjoni fuq l-assi lokati ma tikostitwixxix element ta’ selettività, minħabba li l-akkwist ta’ kwalunkwe assi jista’ jiġi ffinanzjat permezz ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni finanzjarju lil huma ġeneralment aċċessibbli għall-kumpaniji tas-setturi kollha u ta’ kull daqs. M’hemm l-ebda indikazzjoni li l-benefiċjarji tal-miżuri huma kkonċentrati de facto fuq ċerti setturi jew produzzjonijiet. L-istatistika ppreżentata minn Spanja dwar l-użu tal-Artikolu 115 tat-TRLIS mill-kontribwenti Spanjoli (ara l-figuri li ġejjin) jikkonfermaw li l-lokazzjoni finanzjarja tintuża minn kumpaniji li jippreżentaw varjetà wiesgħa ta’ dħul taxxabbli (45 % tal-utenti ddikjarati tal-Artikolu 115 jaqilgħu inqas minn EUR 1 miljun u 70 % inqas minn EUR 3 miljuni) (ara t-tabella tax-xellug). L-ammont assolut tal-vantaġġ tat-taxxa li jista’ jirriżulta mit-tnaqqis ta’ spiża addizzjonali taħt l-Artikolu 115 tat-TRLIS ivarja wkoll skont id-dħul tal-persuna taxxabbli (ara t-tabbella tal-lemin) (72).

Image 2

Image 3

Sors: Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi

(130)

L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw ukoll li l-kuntratti ta’ lokazzjoni u l-Artikolu 115 tat-TRLIS jistgħu jintużaw għal assi mibnija (jew b’oriġini) fi Stati Membri oħra. Finalment, il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 115(6) tat-TRLIS, huma ċari u newtrali, u li l-applikazzjoni tagħhom ma teħtieġx awtorizzazzjoni minn qabel. Minħabba dan, l-awtorità tat-taxxa m’għandhiex setgħat biex tawtorizza jew tiċħad diskrezzjonalment l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri (73).

(131)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, waħdu, id-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati (l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS) ma jagħtix vantaġġ selettiv lill-GIE f’operazzjonijiet STL.

5.3.2.2.   Applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat (l-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS u l-Artikolu 49 tar-RIS) – Miżura 2 –

(132)

Ir-regoli dwar id-deprezzament fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Spanjola (l-Artikolu 11 tat-TRLIS) ġeneralment jipprevedu li l-kost ta’ assi għandu jiġi mifrux tul il-ħajja ekonomika tiegħu, jiġifieri, mill-mument meta jintuża għal attività ekonomika. Skont l-Artikolu 115(6) tat-TRLIS, d-deprezzament aċċellerat tal-assi lokati għandu jqis id-data meta l-assi jitqiegħdu fis-servizz. Peress li tippermetti li d-deprezzament aċċellerat jibda qabel ma l-assi jibdew jintużaw, l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS jipprovdi vantaġġ ekonomiku.

(133)

Din il-possibbiltà tikkostitwixxi eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fil-paragrafu 6 tal-istess Artikolu u hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni diskrezzjonali tal-awtoritajiet Spanjoli; Għalhekk jidher li din il-miżura hija selettiva. Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet ta’ Spanja u xi partijiet terzi, il-kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjoni mhumiex ċari u lanqas oġġettivi u, anki jekk kienu hekk, dan ma jkunx biżżejjed sabiex tiġi eskluża n-natura selettiva tagħhom (74). Il-Kummissjoni tinnota li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, huma vagi u jeħtieġu interpretazzjoni mill-awtorità tat-taxxa, li ma ppubblikawx regoli amministrattivi jew spjegazzjonijiet f’dan ir-rigward. L-applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat bbażata fuq kriterji vagi tintroduċi selettività fl-STL, inkluż jekk is-setgħat diskrezzjonali ma jiġux eżerċitati b’mod arbitrarju (75). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li Spanja ma spjegatx b’mod konvinċenti għaliex huma meħtieġa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 48(4) tat-TRLIS u fl-Artikolu 49 tar-RIS biex jiġu evitati abbużi. Pereżempju, iridu jintwerew il-karatteristiċi speċifiċi tal-użu ekonomiku tal-assi (76), kif ukoll in-nuqqas ta’ effetti fuq l-ammont taxxabbli li joħroġ mill-użu tal-assi jew it-trasferiment tas-sjieda (77). Ma ġiet ippreżentata l-ebda ġustifikazzjoni ta’ dawn il-limitazzjonijiet, li jintroduċu elementi ġodda ta’ selettività. Spanja wkoll ma urietx għaliex hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel. L-iżgurar tar-realtà ta’ operazzjoni ta’ lokazzjoni, pereżempju, jidher importanti ħafna biex jiġi permess it-tnaqqis normali tal-ispejjeż tal-lokazzjoni/id-deprezzament ta’ assi jew għall-applikazzjoni tad-deprezzament aċċellerat u l-istess huwa għall-applikazzjoni antiċipata ta’ dan id-deprezzament. Madankollu, l-ewwel miżuri mhumiex suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel u, bħalma huwa l-każ għal dawn il-miżuri, jidher li hija suffiċjenti verifika expost tal-kriterji ċari u oġġettivi applikabbli għad-deprezzament antiċipat tal-assi lokat.

(134)

Fid-Deċiżjoni C(2011) 4494 final, il-Kummissjoni semmiet li l-awtoritajiet Spanjoli kienu kkonfermaw f’laqgħa li, fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, kienu jitqiesu ssodisfati biss fil-każ ta’ akkwisti ta’ bastimenti li kienu għaddew mis-sistema regolari tat-taxxa korporattiva għas-sistema tat-TT u t-trasferiment sussegwenti tas-sjieda tal-bastiment lill-kumpanija tat-tbaħħir permezz tal-eżerċizzju ta’ opzjoni fil-kuntest tal-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ (78). Spanja ċaħdet li għamlet din id-dikjarazzjoni, iżda rrikonoxxiet li hemm diffikultajiet ta’ interpretazzjoni (79) (80). Il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li ngħataw awtorizzazzjonijiet biex jiġi applikat d-deprezzament antiċipat f’ċirkostanzi oħra (81).

(135)

Mill-eżempji pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli jirriżulta li t-talbiet ta’ deprezzament antiċipat ppreżentati mill-GIE lill-awtorità tat-taxxa jiddeskrivu b’mod dettaljat l-organizzazzjoni kollha tal-STL u jipprovdu l-kuntratti kollha rilevanti (b’mod partikolari, il-kuntratt tal-kostruzzjoni navali, dak tal-lokazzjoni, dak tal-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ, il-kuntratti b’opzjoni, suppożizzjoni ta’ dejn u ftehim ta’ rilaxx). Skont Spanja, dawn l-elementi huma meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 115(11) u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS.

(136)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura stabbilita fid-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħti setgħat diskrezzjonali importanti lill-awtoritajiet tat-taxxa biex tinterpreta r-rekwiżiti legali u, fejn xieraq, timponi kundizzjonijiet addizzjonali (82). B’mod partikolari, l-awtorità għandha s-setgħa li titlob l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tqis rilevanti għall-valutazzjoni (83). Il-Kummissjoni tindika wkoll f’dan ir-rigward, li f’xi eżempji pprovduti, it-talbiet ippreżentati, fihom ukoll annessi addizzjonali li mhumiex meħtieġa biex tintwera l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS: (1) kalkolu dettaljat tal-vantaġġi tat-taxxa totali u l-mod kif se jitqassmu bejn l-kumpanija tat-tbaħħir minn naħa, u l-GIE jew l-investituri tagħhom min-naħa l-oħra, u (2) dikjarazzjoni mit-tarzna fejn huma jiġu spejgati l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali mistennija mill-kuntratt tal-kostruzzjoni navali. Skont xi lmentaturi, l-awtorità tat-taxxa teħtieġ dawn id-dokumenti fil-kuntest tal-proċess tal-awtorizzazzjoni. Skont Spanja, l-applikanti (il-GIE) kienu jippreżentaw dawn l-elementi fuq inizjattiva tagħhom stess. Dawn id-dokumenti jindikaw, b’mod partikolari, li titqies l-importanza ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni navali għall-ekonomija Spanjola, kif ukoll il-vantaġġi tat-taxxa totali ġġenerat mill-operazzjoni STL.

(137)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċedura obbligatorja ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, il-ħtieġa li jiġu interpretati l-kundizzjonijiet vagi tal-Artikolu 115(11) tat-TRLIS, tal-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u tal-Artikolu 49 tar-RIS, il-possibbiltà li l-awtorità tat-taxxa titlob kwalunkwe dokument jew informazzjoni addizzjonali huma evidenza ċara li l-awtorità tat-taxxa tgawdi setgħat diskrezzjonali wisgħin fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha biex tawtorizza operazzjonijiet STL.

(138)

Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozji (minn hawn ‘il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar għajnuna fiskali”) (84), il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li t-trattament tal-aġenti ekonomiċi b’mod diskrezzjonali jista’ jimplika li l-applikazzjoni ta’ miżura ġenerali f’każ partikolari tadotta l-karatteristiċi ta’ miżura selettiva, b’mod partikolari meta l-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali jmur lil hinn mill-ġestjoni sempliċi tad-dħul mit-taxxa permezz ta’ kriterji oġġettivi (85) (86).

(139)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni diskrezzjonali tad-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati taħt l-Artikolu 115(11) u tal-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u tal-Artikolu 49 tar-RIS tagħti vantaġġ selettiv lill-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL u lill-investituri tagħhom.

5.3.2.3.   It-trasparenza tat-taxxa ta’ gruppi b’interess ekonomiku (Artikolu 48 tat-TRLIS) – Miżura 3 –

(140)

Il-Kummissjoni tqis li t-trasparenza tat-taxxa tal-GIE skont l-Artikoli 48 u 49 tat-TRLIS sempliċiment tippermetti lil operaturi differenti jingħaqdu biex jiffinanzjaw investiment jew iwettqu kwalunkwe attività ekonomika. Minħabba dan, din il-miżura ma tagħtix vantaġġ selettiv lill-GIE jew lill-membri tagħhom.

5.3.2.4.   Is-sistema ta’ tassazzjoni skont it-tunnellaġġ –(l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS) – Miżura 4

(141)

Kif spjegat fit-taqsima 2.2.4, is-sistema tat-TT hija sistema ta’ għajnuna mill-Istat, approvata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C(2002) 582 finali, tas-27 ta’ Frar 2002. 2.2.4 above Tinkludi r-regoli tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, dwar it-trattament tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija u l-qligħ kapitali, fil-kuntest ta’ trasferiment għas-sistema tat-TT għall-assi użati li qabel kienu suġġetti għas-sistema tat-taxxa ġenerali.

(142)

Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa 17, f’kundizzjonijiet normali —jiġifieri, meta l-kumpanija tibqa’ fis-sistema tat-taxxa ġenerali korporattiva minflok ma tgħaddi għas-sistema tat-TT, il-vantaġġ fiskali li jirriżulta mid-deprezzament antiċipat jew aċċellerat ta’ assi fl-ewwel snin (li jgħollu l-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija) fil-biċċa l-kbira jiġi paċut fis-snin sussegwenti (tnaqqis tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija) jew fil-mument tal-bejgħ jew l-iskreppjar tal-assi (tassazzjoni tal-qligħ kapitali) (17) above—. Matul il-perjodu kollu, il-proċess jirriżulta fil-posponiment tal-ħlas ta’ ċerti ammonti ta’ taxxa. Minħabba li t-taxxi li jitħallsu fis-sistema tat-TT ma jiddependux mid-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż, il-bidla għas-sistema tat-TT f’nofs il-perjodu ma timplikax is-saldu tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija.

(143)

Meta mqabbel ma’ dak li jiġri fil-qafas tas-sistema tat-taxxa ġenerali, il-posponiment fis-sistema tat-TT tas-saldu tal-obbligazzjonijiet moħbija, kif permess mill-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, jagħti vantaġġ ekonomiku selettiv addizzjonali lill-kumpaniji li jgħaddu għas-sistema tat-TT fil-konfront ta’ dawk li jibqgħu fis-sistema tat-taxxa ġenerali.

(144)

Kif spjegat hawn taħt, fit-Taqsima 5.4., is-sistema TT kif approvata mill-Kummissjoni ma testendix għat-trattament tat-taxxa fuq id-dħul miksub minn lokazzjoni bla ekwipaġġ, li għalhekk jikkostitwixxi mhux għajnuna eżistenti iżda għajnuna ġdida.

5.3.2.5.   L-Artikolu 50(3) RIS – Miżura 5

(145)

Meta mqabbel ma’ dak li huwa awtorizzat bħala parti mis-sistema tat-TT nnotifikata, l-Artikolu 50(3) tar-RIS, jagħti vantaġġ ieħor, jiġifieri: biex tiġi stabbilita eċċezzjoni għall-applikazzjoni ordinarja tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, xi bastimenti ta’ navigazzjoni marittima li normalmanet jitqiesu użati, jitqiesu ġodda fil-mument tat-trasferiment tagħhom għas-sistema tat-TT. Għalhekk, il-ħlas tal-obbligi fiskali moħbija —li normalment jiġi pospost sal-bejgħ jew l-iskreppjar tal-assi taħt l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS— jiġi kkanċellat b’mod definittiv– –. Din il-kanċellazzjoni tikkostitwixxi benefiċċju ekonomiku.

(146)

Il-benefiċċju ekonomiku mogħti mill-Artikolu 50(3) tar-RIS, huwa ta’ natura selettiva, u għalhekk mhuwiex disponibbli għall-assi kollha. Lanqas mhuwa disponibbli għall-bastimenti kollha soġġetti għas-sistema tat-TT u għall-Artikolu 125(2) tat-TRLIS. Fil-fatt, dan il-benefiċċju jista’ jinkiseb biss bil-kundizzjoni li l-bastiment jinkiseb permezz ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarju awtorizzat minn qabel mill-awtorità tat-taxxa. Kif issemma diġà, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-awtorità tat-taxxa kienet tqis li din il-kundizzjoni ġiet ssodisfata fir-realtà biss jekk ġie awtorizzat kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarju fil-kuntest ta’ talba ta’ deprezzament antiċipat skont l-Artikolu 115(11) tat-TRLIS. La Spanja u lanqas il-partijiet terzi ma semmew ċirkostanzi oħra li jippermettu li l-awtorità tat-taxxa tawtorizza kuntratt ta’ lokazzjoni minn qabel. Kif indikat fit-taqsima 5.3.2.2 above, dawn l-awtorizzazzjonijiet ingħataw fil-kuntest tas-setgħat konsiderevoli eżerċiti mill-awtorità tat-taxxa u biss fir-rigward tal-bastimenti ta’ tbaħħir li għadhom kif inbnew.

(147)

Kontrarjament għall-argument imressaq minn Spanja u ċerti partijiet terzi, Artikolu 50(3) RIS ma jipprovdix biss kjarifika dwar il-proċedura speċjali notifikata, jew dwar il-kunċett ta’ “bastiment użat”. Billi jiġi kkonsidrat li l-bastiment lokat għadu ġdid fid-data tal-eżerċitar tal-opzjoni mil-lokatarju, sakemm il-kuntratt tal-lokazzjoni kien approvat minn qabel mill-amministrazzjoni tat-taxxa, dan imur lil hinn mill-proċedura speċjali stabbilita fl-Artikolu 125(2) TRLIS (87). Dan jintroduċi, b’mod selettiv, vantaġġ addizzjonali billi tinqabeż it-taxxa fuq il-qligħ kapitali sussegwenti.

(148)

Il-Kummissjoni tqis li l-għoti ta’ dan il-vantaġġ selettiv addizzjonali kemm fir-rigward tas-sistema tat-taxxa ġenerali jew anke fir-rigward tal-applikazzjoni normali tas-sistema tat-TT alternattiva u l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS awtorizzati mill-Kummissjoni ma jistgħux jiġu ġustifikati min-natura u mis-sistema ġenerali tas-sistema tat-taxxa Spanjola.

(149)

Fil-fatt, il-Kummissjoni awtorizzat l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS bħala proċedura speċjali li suppost kellha tevita li jiġi abbużat l-Artikolu 125(1), jiġifieri biex jiġi evitat li l-operaturi jittrasferixxu bastimenti użati u depprezzati wisq għas-sistema tat-TT bl-iskop uniku li jinbiegħu bi qligħ kapitali sostanzjali li jkun eżentat taħt l-iskema TT. Il-Kummissjoni tinnota, f’dan ir-rigward, li fl-operazzjonijiet tal-STL jipparteċipaw GIE li jillokaw u mbagħad jippossedu għal ftit żmien bastiment —wieħed li ma joperawx huma stess u jaqilbu għas-sistema tat-TT għall-perjodu limitat ħafna li jkun meħtieġ biex jeżerċitaw l-opzjoni tal-kuntratt ta’ lokazzjoni u jittrasferixxu s-sjieda tal-uniku bastiment tagħhom lill-kumpanija tat-tbaħħir. Dawn l-operazzjonijiet jidhru inkonsistenti mal-għanijiet tas-sistema tat-TT kif maħsuba fil-Linji Gwida Marittimi.

(150)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma taqbilx li huwa loġiku li jitqies li bastiment huwa “ġdid” fid-data meta tiġi eżerċitata l-opzjoni minħabba li ħadd ma jkun użah qabel il-lokatorju jew minħabba li l-eżerċizzju tal-opzjoni jkun diġà ġie miftiehem fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt tal-lokazzjoni.

(151)

Rigward l-ewwel parti ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni tinnota li r-regola ta’ limitazzjoni tapplika wkoll għall-bastimenti ttrasferiti xi operatur mis-sistema tat-taxxa normali għas-sistema tat-TT, jiġifieri mingħajr bidla fis-sjieda u mingħajr ma jintuża minn partijiet terzi.

(152)

Rigward it-tieni parti, il-fatt li l-opzjoni diġà tkun ġiet miftiehma ma jinfluwenza bl-ebda mod jekk il-bastiment huwiex ġdid. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda spjegazzjoni għaliex bastiment bħal dan għandu jitqies ġdid irrispettivament minn min ikun is-sid tiegħu fil-jum meta tiġi eżerċitata l-opzjoni. Lanqas irċeviet spjegazzjoni konvinċenti għaliex din l-preżunzjoni tkun raġonevoli biss jekk il-kuntratt tal-lokazzjoni jiġi approvat minn qabel mill-awtorità tat-taxxa.

(153)

Il-Kummissjoni tindika f’dan ir-rigward, li l-qligħ kapitali ma jkunx eżenti jekk l-Artikolu 50(3) tar-RIS jiċċara biss li l-bastimenti lokati jitqiesu ġodda fid-data tal-iffirmar tal-kuntratt tal-lokazzjoni, mingħajr ma titqies id-data meta tiġi eżerċitata l-opzjoni. F’dak il-każ, il-GIE għandu jitqies bħala sid il-bastiment qabel it-trasferiment tiegħu għas-sistema tat-TT, il-bastiment jiġi meqjus bħala użat malli jgħaddi għas-sistema tat-TT u għandu jiġi applikat l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, li jwassal għas-saldu tal-obbligazzjonjiet tat-taxxa moħbija jew għat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali fil-mument tal-bejgħ jew l-iskreppjar tal-bastiment.

(154)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 50(3) RIS jagħti vantaġġ selettiv lill-kumpaniji li jakkwistaw bastimenti permezz ta’ kuntratti tal-lokazzjoni finanzjarja awtorizzati minn qabel mill-awtorità tat-taxxa u, b’mod partikolari, lill-GIE jew l-investituri tagħhom li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet STL.

5.3.2.6.   Vantaġġ selettiv li jirriżulta mill-STL fis-sħuħija tagħha. Benefiċjarji tal-vantaġġ

(155)

L-ammont tal-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-STL fis-sħuħija tagħha jikkorrispondi għall-vantaġġ li l-GIE ma tiksibx fl-istess operazzjoni finanzjarja jekk jiġu applikati biss miżuri ġenerali. Fil-prattika, dan il-vantaġġ jikkorrispondi għas-somma tal-vantaġġi miksuba mill-GIE meta japplikaw il-miżuri- selettivi msemmija hawn fuq, jiġifieri:

l-interessi mfaddla fuq l-ammonti tal-ħlasijiet tat-taxxa posposti bis-saħħa tad-deprezzament antiċipat (l-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS);

l-ammont tat-taxxa evitata jew tal-interessi mfaddla fuq it-taxxa posposta skont l-iskema tat-TT (l-Artikolu 128 tat-TRLIS), peress li l-GIE ma setax jikkwalifika għas-sistema tat-TT;

l-ammont ta’ taxxa evitata fuq il-qligħ kapitali li jsir fil-mument tal-bejgħ tal-bastiment bis-saħħa tal-Artikolu 50(3) tar-RIS.

(156)

Meta wieħed iqis lill-STL fis-sħuħija tagħha, il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li kien soġġett għas-setgħat diskrezzjonali mogħtija lill-awtorità tat-taxxa mill-proċedura obbligatorja ta’ awtorizzazzjoni minn qabel u l-ambigwità tat-test tal-kundizzjonijiet applikabbli għad-deprezzament antiċipat. Minħabba li miżuri oħra applikabbli biss għall-attivitajiet ta’ trasport marittimu eliġibbli skont il-Linji Gwida Marittimi– – b’mod partikolari, l-Artikolu 50(3) tat-TRLIS jiddependu minn din l-awtorizzazzjoni minn qabel, l-STL kollha hija selettiva. Konsegwentement, l-awtorità tat-taxxa tawtorizza biss operazzjonijiet STL maħsuba biex jiffinanzjaw bastimenti ta’ tbaħħir- (selettività settorjali). Kif ikkonfermat mill-istatistiċi ppreżentati minn Spanja, il-273 operazzjoni kollha tal-STL organizzati sa Ġunju 2010 jikkonċernaw bastimenti tat-tbaħħir.

(157)

F’dan ir-rigward, il-fatt li l-kumpaniji tat-tbaħħir kollha, inklużi dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra, jista’ jkollhom aċċess għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-STL ma jibdilx il-konklużjoni li din l-iskema tiffavorixxi ċerti attivitajiet, jiġifieri, l-akkwist ta’ bastimenti tat-tbaħħir permezz ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-lokazzjoni tagħhom mingħajr ekwipaġġ u l-bejgħ mill-ġdid sussegwenti tagħhom.

(158)

It-tarzni Ewropej ripetutament ilmentaw li ma setax ikollhom aċċess għall-finanzjament mill-banek Spanjoli għall-STL.

(159)

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni nnutat li l-bastimenti kollha ammessi għall-STL, ħlief wieħed, inbnew f’tarzni Spanjoli. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji (88) tagħha li dan ir-riżultat jista’ jiġi spjegat b’mod raġonevoli fil-kuntest ta’ operazzjonijiet li jirriżultaw esklużivament mill-għażla ħielsa tal-operaturi ekonomiċi f’suq ħieles u kompetittiv.

(160)

Madankollu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza dwar iċ-ċaħda tat-talbiet marbuta mal-akkwist ta’ bastimenti mhux Spanjoli, il-Kummissjoni ma tistax tqis li l-STL kienet limitata de facto għall-akkwist tal-bastimenti Spanjoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li permezz ta’ avviż vinkolanti bi tweġiba għal mistoqsija minn investitur prospettiv, tal-1 ta’ Diċembru 2008, l-amministrazzjoni tat-taxxa Spanjola kkonfermat espressament li l-STL tapplika għall-bastimenti mibnija fi Stati Membri oħra tal-UE (89). F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li STL ma tinvolvi l-ebda element ieħor ta’ selettività għall-vantaġġ tat-tarzni Spanjoli u l-ebda diskriminazzjoni bbażata fuq il-post tal-istabbiliment tat-tarzna.

(161)

Il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ huwa favur l-GIE u permezz tat-trasparenza, għall-investituri tagħha. Fil-fatt, il-GIE hija l-entità legali li tapplika l-miżuri tat-taxxa kollha u, fejn xieraq, tippreżenta t-talbiet ta’ awtorizzazzjoni għand l-awtoritajiet tat-taxxa. Pereżempju, ma kienx hemm dubju li t-talbiet ta’ applikazzjoni tad-deprezzament antiċipat jew it-TT jiġu ppreżentati f’isem il-GIE. Mill-aspett tat-taxxa-, il-GIE huwa entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa u d-dħul taxxabbli jew l-ispejjeż deduċibbli tiegħu jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-investituri.

(162)

F’operazzjoni STL, f’termini ekonomiċi, parti sostanzjali mill-vantaġġ tat-taxxa miksub mill-GIE jiġi ttrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir permezz ta’ tnaqqis fuq il-prezz. L-Annessi mehmuża ma’ xi fajls meta l-GIE jitolbu l-awtorizzazzjoni minn qabel għal deprezzament antiċipat (ara l-premessa (168) below jikkonfermaw li l-operaturi li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL iqisu li l-benefiċċji tat-taxxa li jirriżultaw mill-operazzjoni jinqasmu bejn il-GIE jew l-investituri tagħhom u l-kumpaniji tat-tbaħħir. Madankollu, l-aspett tar-responsabbiltà tal-Istat ta’ dan il-vantaġġ se jiġi indirizzat fit-taqsima li ġejja.

(163)

Filwaqt li parteċipanti oħra fit-tranżazzjonijiet STL, bħal tarzni, kumpaniji tal-lokazzjoni u intermedjarji oħra, jibbenefikaw minn effett indirett ta’ dan il-benefiċċju, il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ miksub inizjalment mill-GIE u l-investituri tagħhom ma jiġix ittrasferit lilhom.

5.3.3.   Trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u responsabbiltà tal-Istat

Riżorsi tal-Istat

(164)

Il-vantaġġi selettivi għall-GIE u għall-membri tagħhom li huma nnutati fil-miżuri 2, 4 u 5 (ara t-Taqsimiet 5.3.2.2, 5.3.2.4 u 5.3.2.5 u 5.3.2.5) jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa.

(165)

F’kull waħda mit-tranżazzjonijiet STL, l-użu ta’ riżorsi tal-Istat jirriżulta f’li jintilfu l-interessi fuq it-taxxa diferita li tirriżulta mid-deprezzament antiċipat tal-assi lokati, u li jintilfu t-taxxi meta l-obbligi tat-taxxa moħbija ma jiġux saldati meta l-GIE jgħaddi mis-sistema normali tat-taxxa korporattiva għal dik tat-TT u li jintilfu t-taxxi meta l-qligħ kapitali miksub ma jiġix intaxxat meta s-sjieda tal-bastiment tiġi ttrasferita lill-kumpanija tat-tbaħħir. Is-sistema STL, b’mod ġenerali timplika t-telf permanenti ta’ dħul mit-taxxa ekwivalenti għall-konsum ta’ riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ infiq fiskali u ta’ interessi mitlufa.

(166)

Fil-kuntest tal-operazzjonijiet STL, l-Istat, inizjalment jittrasferixxi r-riżorsi tiegħu lill-GIE billi jiffinanzja l-vantaġġi selettivi. Permezz tat-trasparenza tat-taxxa, il-GIE mbagħad jittrasferixxi r-riżorsi tal-Istat lill-investituri tiegħu.

Responsabbiltà

(167)

Il-miżuri konċernati ġejjin mill-applikazzjoni tal-liġi tat-taxxa Spanjola u mill-awtorizzazzjonijiet tat-taxxa mogħtija mill-awtorità tat-taxxa Spanjola għall-applikazzjoni tad-deprezzament antiċipat kif ukoll tas-sistema tat-TT. Dawn l-awtorizzazzjonijiet ġew mogħtija għall-applikazzjoni ta’ miżuri individwali, bħad-deprezzament antiċipata (aċċellerat) tal-bastiment lokati minn kull GIE jew il-bidla tal-GIE għas-sistema tat-TT. Min-naħa l-oħra, ibbażat fuq l-eżempji pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli, il-proċess ta’ awtorizzazzjoni kien essenzjali sabiex isseħħ l-operazzjoni ta’ finanzjament.

(168)

Skont l-ilmentaturi, l-amministrazzjoni tat-taxxa tanalizza u tintervjeni fid-distribuzzjoni tal-profitti mit-taxxa bejn l-kumpanija tat-tbaħħir, minn naħa, u l-GIE u l-investituri tagħhom, min-naħa l-oħra. Abbażi tal-eżempji pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli, huwa indikat li, fil-fatt, it-talbiet mibgħuta lill-awtorità tat-taxxa għal awtorizzazzjoni ta’ deprezzament antiċipat jinkludu, b’mod ġenerali, kalkolu tat-total tal-vantaġġi tat-taxxa totali ġġenerati mill-istruttura tal-STL u ta’ kif dawn il-vantaġġi se jiġu mqassam bejn l-kumpanija tat-tbaħħir u l-investituri tal-GIE jew, fi kwalunkwe każ, jinkludu l-elementi meħtieġa biex isir dan il-kalkolu.

(169)

Madankollu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw mill-għoti tal-vantaġġ tat-taxxa lill-GIE huma konsegwenzi ta’ kombinament ta’ tranżazzjonijiet legali bejn entitajiet privati. Fil-fatt, ir-regoli applikabbli ma jobbligawx lill-GIE jittrasferixxu parti mill-vantaġġ tat-taxxa lil kumpaniji tat-tbaħħir u wisq inqas lil tarzni jew lil intermedjarji. Huwa veru li l-awtorità tat-taxxa għandha diskrezzjoni wiesgħa u li, f’dan il-kuntest, tivvaluta l-impatt ekonomiku tat-tranżazzjoni kollha, iżda dan mhuwiex biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-awtoritajiet Spanjoli jkunu dawk li jiddeċiedu dwar it-trasferiment ta’ parti mill-benefiċċju lill-kumpaniji tat-tbaħħir jew dwar l-ammont ta’ dan it-trasferiment. Din is-sitwazzjoni għandha tiġi distinta minn dik eżaminata fid-deċiżjonijiet dwar Air Caraïbes jew il-GIE fiscaux Franċiżi, fejn l-investituri kienu legalment meħtieġa li rispettivament jittrasferixxu mill-inqas 60 % jew żewġ terzi mill-vantaġġ lill-utenti u l-awtoritajiet Franċiżi jikkontrollaw li kull tranżazzjoni tissodisfa dan ir-rekwiżit.

(170)

Konsegwentement, il-vantaġġi selettivi ngħataw permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Huma ovvjament attribwibbli lill-Istat Spanjol sal-punt li jibbenefikaw minnhom il-GIE u l-investituri tagħhom. Madankollu, dan mhuwiex il-każ tal-vantaġġi li jibbenefikaw minnhom l-kumpaniji tat-tbaħħir u, a fortiori, tal-benefiċċji indiretti li jibbenefikaw minnhom it-tarzni u l-intermedjarji.

5.3.4.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(171)

Fl-aħħarnett, dan il-vantaġġ jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kumpanija f’paragun ma’ kumpaniji oħra li jikkompetu fil-kummerċ fl-Unjoni, għandu jitqies li dawn tal-aħħar jiġu affettwati minn din l-għajnuna (90). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ kumpaniji oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (91) u għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(172)

F’dan il-każ, l-investituri, jiġifieri l-membri tal-GIE, joperaw f’setturi differenti tal-ekonomija, b’mod partikolari, f’setturi miftuħa għall-kummerċ intra-UE. Barra minn hekk, permezz tal-operazzjonijiet li jibbenefikaw mill-STL, joperaw permezz tal-GIE fi swieq ta’ lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ u tal-akkwist u l-bejgħ ta’ bastimenti tal-baħar, li huma miftuħa għall-kummerċ intra-UE. Il-vantaġġi miksuba mill-STL isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-swieq rispettivi tagħhom, u b’hekk joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(173)

Għalhekk, il-vantaġġ ekonomiku li jirċievu l-GIE u l-investituri tagħhom li jibbenefikaw mill-miżuri inkwistjoni jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

5.4.   GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW GĦAJNUNA ILLEGALI

(174)

L-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (92) jiddefinixxi bosta sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna titqies bħala għajnuna eżistenti. Skont is-sottomissjonijiet irċevuti f’dan il-każ, l-għajnuna eżistenti tkun (i) għajnuna li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat fi Spanja, jew (ii) għajnuna approvata minn qabel mill-Kummissjoni

It-taxxa skont it-tunnellaġġ tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, iżda l-applikazzjoni tagħha għad-dħul miksuba minn lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ tikkostitwixxi għajnuna ġdida

(175)

Fost il-miżuri kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat (93), il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet legali tas-sistema tat-TT biss (l-Artikoli 124 sa 128 tat-TRLIS, miżura 4) jikkostitwixxu sistema ta’ għajnuna eżistenti mill-Istat, peress li dan kien approvat mill-Kummissjoni fl-2002.

(176)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet li jinvolvu lokazzjoni tat-taxxa ma jilħqux il-kundizzjonijiet kollha sabiex jikkwalifikaw għall-iskema tat-TT Spanjola.

(177)

Fil-fatt, il-Kummissjoni awtorizzat is-sistema tat-TT Spanjola bħala għajnuna kompatibbli fuq il-bażi tal-Linji Gwida Marittimi, li japplikaw biss għall-kumpaniji li ġenwinament iwettqu attivitajiet (94) tat-tbaħħir bil-bastimenti tagħhom stess jew b’bastimenti lokati. B’mod eċċezzjonali, is-sistema tat-TT tista’ tapplika għal attivitajiet li l-linji gwida jqisu bħala relatati jew assimilati mat-trasport marittimu. Pereżempju, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-ġestjoni tat-tbaħħir, it-tħammil jew l-irmonk jistgħu jikkwalifikaw għall-għajnuna (95). Madankollu, is-sempliċi pussess ta’ bastiment, l-akkwist tiegħu permezz ta’ lokazzjoni finanzjarja jew il-lokazzjoni tiegħu jew il-lokazzjoni lil partijiet terzi, mingħajr ma jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-operat tiegħu, ma jistax jitqies bħala attività eliġibbli. Ovvjament, il-benefiċjarju tas-sistema tat-TT għandu jkun dak li jwettaq l-attività ta’ trasport eliġibbli bil-bastiment eliġibbli.

(178)

Huwa veru li, b’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni awtorizzat attivitajiet ta’ lokazzjoni ta’ bastiment mingħajr ekwipaġġ bħala parti minn ċerti sistemi tat-TT notifikati, iżda biss fuq bażi temporanja u f’ċirkostanzi speċifiċi relatati ma’ kapaċità żejda (96). Taħt dawn il-kundizzjonijiet, l-attività prinċipali ta’ dawn l-kumpaniji tibqa’ t-tbaħħir u d-dħul minn l-attivitajiet ta’ lokazzjoni- ta’ bastimenti mingħajr ekwipaġġ jistgħu jitqiesu subordinati għal din l-attività prinċipali. Din it-tolleranza hija konsistenti bis-sħiħ mal-għanijiet tal-Linji Gwida Marittimi: “li jinżamm u jitjieb l-għarfien tekniku marittimu u li jiġi protett u promoss l-impjieg għall-baħħara Ewropej” u “li ssir kontribuzzjoni għall-konsolidament tas-settur marittimu stabbilit fl-Istati Membri, filwaqt li tinżamm flotta kompetittiva globali fis-swieq dinjin” (97).

(179)

F’konformità mal-Linji Gwida Marittimi, id-Deċiżjoni C(2002) 582 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Frar 2002 li tawtorizza s-sistema tat-TT Spanjola, issemmi b’mod espliċitu li l-attivitajiet tat-trasport marittimu biss huma eliġibbli għat-TT (98). Filfatt, it-Taqsima 2.4. ‘Benefiċjarji’ tgħid hekk: “Jistgħu jkunu eliġibbli għal din is-sistema tat-taxxa speċjali l-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati skont il-liġi Spanjola, li l-attività tagħhom tikkonċerna l-operat ta’ bastimenti li huma proprjetà jew lokati”, (enfażi miżjuda) u t-Taqsima 2.5: “attivitajiet/bastimenti li jikkwalifikaw” jistipula li: “l-iskema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ tkopri biss dħul minn bastimenti tat-tbaħħir imħaddma f’attivitajiet ta’ trasport bil-baħar. Attivitajiet li jikkwalifikaw huma mmirati biex jinkludu biss trasport marittimu” (enfażi miżjuda).

(180)

Mit-test tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2002, adottata skont il-Linji Gwida Marittimi, jidher li l-kumpaniji identifikati bħala kumpaniji tat-tbaħħir skont il-Liġi Spanjola jistgħu jibbenefikaw mis-sistema tat-TT, sakemm dawn iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ trasport –marittimu kkwalifikati u fi ħdan il-limiti tagħhom.

(181)

Il-Kummissjoni tqis li l-attività li jwettqu l-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL ma tistax titqies bħala attività ta’ trasport. Fil-fatt, meta tgħaddi għas-sistema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ, il-GIE jieħu b’allokazzjoni bastiment wieħed biss minn kumpanija tal-lokazzjoni u jallokah mingħajr ekwipaġġ lil kumpanija tat-tbaħħir terza. Jekk l-kumpanija tat-tbaħħir terza tuża l-bastiment biex tipprovdi servizzi ta’ trasport marittimu, din tikkwalifika għas-sistema tat-TT. Madankollu, il-GIE sempliċiment iqiegħed bastiment għad-dispożizzjoni ta’ kumpanija tat-tbaħħir terza li tużah. Konsegwentement, il-GIE huwa intermedjarju li jipprovdi servizzi ta’ kera jew lokazzjoni u mhux servizzi ta’ trasport.

(182)

Il-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL tipikament jallokaw l-uniku bastiment li huwa proprjetà tagħhom, li għalhekk jirrappreżenta, il-flotta tagħhom kollha. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-GIE ma jassumi l-ebda riskju jew responsabbiltà fir-rigward tal-ġestjoni teknika, tal-ekwipaġġ jew il-ġestjoni kummerċjali tal-bastiment. Huwa sempliċiment intermedjarju u d-dħul mil-lokazzjoni ta’ bastiment mingħajr ekwipaġġ ma jistax jitqies subordinat għal attività ta’ trasport marittimu.

(183)

Barra minn hekk, il-GIE jibqa’ fis-sistema tat-TT għal perjodu qasir, jiġifieri, il-ġimgħatejn meħtieġa biex tiġi eżerċitata l-opzjoni tal-kuntratt ta’ lokazzjoni u biex sid il-bastiment jeżerċita l-opzjoni assoċjata mal-kuntratt ta’ lokazzjoni. Li jiġu permessi dawn it-tipi ta’ attivitajiet fil-qafas tas-sistema tat-TT ma jidhirx li jżid b’mod permanenti t-tunnellaġġ taħt bandiera— taż-ŻEE jew ikkontrollat minn Pajjiżi Membri tagħha. Għal dawn l-istess raġunijiet, il-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL ma jidhrux li jikkontribwixxu għall-għan li “jinżamm (…) l-għarfien tekniku marittimu u li jiġi protett (…) l-impjieg għall-baħħara Ewropej” jew għall-“konsolidament tal-cluster marittimu”.

(184)

Bħala konklużjoni, l-attività ta’ intrapriżi bħall-GIE li jipparteċipaw fl-STL ma titqiesx li tikkostitwixxi attività ta’ trasport marittimu koperta mill-approvazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-2002.

(185)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jekk tinkludi f’din is-sistema lill-intrapriżi bħall-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL, dan iwassal għall-għoti ta’ għajnuna ġdida, jew permezz tal-kalkolu tad-dħul taxxabbli f’termini tat-tunnellaġġ operat jew permezz tal-possibbiltà li jiġi pospost is-saldu tal-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija, skont l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, sakemm il-bastiment jinbiegħ jew jiġi skreppjat (99).

Il-miżuri l-oħra jikkostitwixxu għajnuna ġdida

(186)

Id-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati (l-Artikolu 115(11) u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS, miżura 2) mhuwiex għajnuna eżistenti minħabba li ġie introdott fl-2002, jiġifieri, wara l-adeżjoni ta’ Spanja fl-1986 u qatt ma ġie nnotifikat lill-Kummissjoni jew approvat minnha. Min-naħa l-oħra, l-effett ta’ din il-miżura jista’ jiġi separat b’mod ċar mill-effett tal-deprezzament aċċellerat. Din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(187)

Fil-fatt, l-Artikolu 50(3) tar-RIS, li kien jippermetti l-eżenzjoni tal-qligħ kapitali fuq il-bastimenti akkwistati taħt kuntratti ta’ lokazzjoni awtorizzati minn qabel (miżura 5), daħal fis-seħħ fl-2002 mingħajr notifika minn qabel lil, jew approvazzjoni mill-Kummissjoni.

(188)

Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li l-approvazzjoni mogħtija fl-2002 ma tinkludix il-miżuri ta’ implimentazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 50(3) tar-RIS, peress li dan jintroduċi eċċezzjoni għar-regoli ta’ limitazzjoni applikabbli għall-bastimenti użati skont l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS, li jikkorrispondi għal vantaġġ addizzjonali. Din l-eċċezzjoni kellha tiġi nnotifikata flimkien mad-dispożizzjonijiet legali approvati mill-Kummissjoni, iżda dan ma seħħx.

(189)

Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-Artikolu 125(2) tat-TRLIS ma tidhirx li teħtieġ aktar definizzjonijiet jew kjarifiki. Normalment jeħtieġ li jiġi ntaxxat il-qligħ kapitali miksub minn lokatur meta l-bastiment jiġi ttrasferit lil-lokatarju (l-kumpanija tat-tbaħħir). Jekk Spanja qieset li kienet meħtieġa kjarifika, din kellha ssir b’notifika.

(190)

Għaldaqstant, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 50(3) tar-RIS, jikkostitwixxu wkoll għajnuna illegali.

5.5.   KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN

(191)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kemm weħidhom kif ukoll fil-kuntest tal-STL:

Id-deprezzament antiċipat minn qabel ta’ assi akkwistati permezz ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni finanzjarju (l-Artikolu 115(11), u l- Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS)

It-TT fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ta’ lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ

L-Artikolu 50(3) tar-RIS.

(192)

Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat, kif definita fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, hija pprojbita. Madankollu, l-Artikolu 107(2), jistabbilixxi l-kompatibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna, u l-Artikolu 107(3) jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara bħala kompatibbli xi tipi ta’ għajnuna jew l-għajnuna lil ċerti benefiċjarji. Skont it-tip ta’ benefiċjarju, jistgħu jiġu applikati regoli speċifiċi, bħal-Linji Gwida Marittimi (100) (101) jew il-Qafas applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għall-Kostruzzjoni tal-Bastimenti.

(193)

La Spanja u lanqas il-partijiet terzi identifikati bħala benefiċjarji f’din id-Deċiżjoni ma invokaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE, jew l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe qafas ieħor dwar għajnuna mill-Istat adottata skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

5.5.1.   Applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi

Eliġibbiltà tad-dħul mil-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ għat-TT

(194)

Kif imsemmi fil-premessa (71) above, l-awtoritajiet Spanjoli u xi partijiet terzi jqisu li l-lokazzjoni hija koperta mid-Deċiżjoni tal-2002 li tawtorizza s-sistema tat-TT Spanjola, peress li tirreferi għall-operat ta’ bastimenti li huma proprjetà ta’ jew allokati.

(195)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2002. Fil-fatt, kemm il-Linji Gwida Marittimi kif ukoll id-Deċiżjoni tal-2002 jispeċifikaw li t-TT għandha tapplika biss għall-attivitajiet ta’ trasport marittimu (102). Bħala regola ġenerali, id-dħul minn attivitajiet oħra għajr it-trasport —anke meta jitwettqu minn kumpanija ta’ trasport marittimu— ma jistgħux jiġu ntaxxati skont is-sistema tat-TT sakemm mhux b’eċċezzjoni espliċita u taħt ċerti— (103) kundizzjonijiet (attivitajiet relatati, ta’ tħammil, ta’ rmonk).

(196)

F’dan il-kuntest, l-“operat ta’ bastimenti proprjetà ta’ jew lokati” msemmi bħala attività eliġibbli fid-Deċiżjoni tal-2002 jinkludi biss l-“operat” ta’ bastimenti li jew huma proprjetà ta’ jew huma lokati mingħajr ekwipaġġ, u operati– kemm fil-każ ta’ dawk li huma proprjetà ta’ kif ukoll dawk lokati minn kumpanija ta’ trasport marittimu.

(197)

Kif diġà msemmi fit-Taqsima 5.3.2.4, il-GIE finanzjarji li jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ finanzjament STL ma joperawx il-bastimenti huma stess, u ma jipprovdu l-ebda servizz ta’ trasport marittimu. Huma intermedjarji finanzjarji li jipparteċipaw fil-finanzjament kollettiv ta’ assi. Mhumiex involuti fil-ġestjoni strateġika, teknika, tal-ekwipaġġ jew kummerċjali tal-bastiment li jagħtu b’allokazzjoni u ma jassumu l-ebda riskju jew responsabbiltà għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport marittimu.

(198)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li l-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL jallokaw l-uniku bastiment tagħhom b’opzjoni ta’ xiri (“eżerċitabbli”) li l-kumpanija tat-tbaħħir timpenja ruħha mill-bidu li teżerċita u opzjoni ta’ bejgħ (“put”) li jista’ jeżerċita l-GIE. Dan huwa ekwivalenti għal — trasferiment pospost għalkemm finali tas-sjieda tal-flotta kollha tal-GIE. Konsegwentement, il-GIE ma jsibx ruħu fl-istess sitwazzjoni bħal dawk is-sidien li jbatu minn kapaċità żejda temporanja u, biex tinkiseb xi flessibbiltà, jallokaw parti mill-flotta tagħhom lil operaturi terzi għal perjodu limitat (ara l-premessa (178) above).

(199)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li l-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL mhumiex eliġibbli għas-sistema tat-TT Spanjola awtorizzata mill-Kummissjoni u lanqas jikkwalifikaw għad-dispożizzjonijiet fil-Linji Gwida Marittimi.

(200)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, minħabba n-natura ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni, il-GIE li jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL u l-investituri tagħhom jaġixxu bħala intermedjarji li jgħaddu lil benefiċjarji oħra (kumpaniji tat-tbaħħir) benefiċċju li jsegwi għan ta’ interess komuni.

Eliġibbiltà tal-GIE/jew l-investituri tagħhom bħala intermedjarji

(201)

F’konformità mal-approċċ adottat fid-Deċiżjoni (104) tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-GIE fiscaux Franċiżi, il-Kummissjoni tqis li, peress li jirrappreżenta qligħ ġust għall-intermedjazzjoni tagħhom fit-trasferiment lill-kumpaniji tat-tbaħħir ta’ vantaġġ li jsegwi għan ta’ interess komuni, l-għajnuna miżmuma mill-GIE jew l-investituri tagħha għandha titqies kompatibbli fl-istess porzjon. Huwa veru li, f’dan il-każ, il-GIE mhumiex obbligati legalment jittrasferixxu parti mill-għajnuna li jirċievu lill-kumpaniji tat-tbaħħir. Madankollu, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjonalità tagħha fil-ħin tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, il-Kummissjoni tqis xieraq li jitqiesu l-effetti tal-miżura favorevoli għas-settur marittimu u li jiġu applikati, mutatis mutandis, id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida Marittimi –normalment applikabbli għall-miżuri ta’ għajnuna– għall-vantaġġ ittrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir. Għalhekk, jekk l-applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi għal kumpanija tat-tbaħħir li tintervjeni f’ċerta operazzjoni tal-STL twassal għal proporzjon ta’ vantaġġ kompatibbli jew vantaġġ sħiħ ta’ x %, l-istess perċentwali tal-għajnuna miżmuma mill-GIE jew l-investituri tagħha huwa kompatibbli.

Benefiċċju għall-kumpaniji tat-tbaħħir (l-utenti finali)

(202)

Safejn il-vantaġġ jibbenefika lill-kumpaniji tat-tbaħħir, l-Artikolu (105) 107(3)(c), u l-Linji Gwida Marittimi huma l-uniċi oqsfa applikabbli biex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tiegħu.

(203)

Il-Kummissjoni tqis li l-kumpaniji tat-tbaħħir ma jibbenefikawx minn għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Madankollu, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-għajnuna kompatibbli fil-livell tal-GIE –bħala intermedjarji li jgħaddu lill-kumpaniji tat-tbaħħir vantaġġ li jsegwi għan ta’ interess komuni– il-Kummissjoni tqis li l-Linji Gwida Marittimi għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-vantaġġ ittrasferit mill-GIE lill-kumpanija tat-tbaħħir biex tiddetermina: (1) l-ammont tal-għajnuna rċevuta mill-GIE u ttrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir li kienet tkun kompatibbli jekk l-ammont ittrasferit jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-kumpanija tat-tbaħħir; (2) il-proporzjon ta’ dak il-benefiċċju kompatibbli fil-benefiċċju sħiħ ittrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir; u (3) l-ammont tal-għajnuna li għandha titqies kompatibbli bħala remunerazzjoni tal-GIE għall-intermedjazzjoni tagħhom.

(204)

Il-Linji Gwida Marittimi jiddeskrivu diversi kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Linji Gwida jispeċifikaw li japplikaw biss għall-attivitajiet ta’ trasport marittimu, kif ukoll għal numru żgħir ta’ attivitajiet relatati jew assimilati.

(205)

Meta kumpanija marittima (l-utent finali) tipprovdi servizzi ta’ trasport marittimu (jew attivitajiet assimilati) u tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha speċifikati fil-Linji Gwida, vantaġġ li tirċievi din l-kumpanija u li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ikun kompatibbli mas-suq intern.

(206)

Skont il-Linji Gwida Marittimi, l-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ kategoriji differenti ta’ miżuri. Waħda mill-kundizzjonijiet importanti imposti mill-Artikolu 10 tal-Linji Gwida Marittimi tal-1997 u l-Artikolu 11 tal-Linji Gwida Marittimi tal-2004 hija limitu massimu tal-għajnuna, jiġifieri, l-ammont massimu tal-għajnuna mill-Istat li jista’ jingħata lil kumpanija u li jista’ jitqies kompatibbli mas-suq intern (106).

(207)

Skont il-linji gwida tal-1997, il-limitu tal-għajnuna jikkorrispondi għal “tnaqqis għal żero tat-tassazzjoni u l-imposti soċjali tal-baħħara u tat-tassazzjoni korporattiva tal-attivitajiet tat-tbaħħir”. Skont il-Linji Gwida tal-2004, il-limitu massimu jikkorrispondi għat-tnaqqis għal żero tal-imposti fiskali u soċjali applikabbli għall-baħħara u tnaqqis fit-taxxa billi tiġi applikata sistema tat-TT. Madankollu, il-Linji Gwida tal-2004 jsemmu wkoll li “l-ammont kollu ta’ għajnuna mogħtija (…) m’għandux jaqbeż l-ammont kollu tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali miġbura mill-attivitajiet ta’ trasport marittimu u l-baħħara”.

(208)

Dwar l-applikazzjoni tal-limitu massimu tal-għajnuna għas-sidien benefiċjarji speċifiċi, il-Kummissjoni tqis li din għandha tiġi prevista fil-livell taż-ŻEE. Dan ifisser li l-limitu massimu għandu iqis t-taxxa korporattiva u l-imposti soċjali mħallsa mill-benefiċjarji fi Stati Membri taż-ŻEE oħra. Dan l-approċċ huwa konsistenti mal-ġurisprudenza mill-kawża FagorBrandt (107), li kkonfermat li l-valutazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat għandha tqis l-effett kumulattiv tal-għajnuna possibbli mogħtija fi Stati Membri differenti.

(209)

Peress li dan il-każ jirreferi għal għajnuna mogħtija lill-GIE għall-akkwist –minn sid ta’ bastiment–— ta’ assi fit-tul, il-Kummissjoni taqbel mal-awtoritajiet Spanjoli li l-vantaġġ irċevut mill-kumpanija tat-tbaħħir għandu jitqassam tul il-perjodu normali tad-deprezzament tal-assi (għaxar snin minn perspettiva tat-taxxa) u jiġi mqabbel mal-ammont totali ta’ taxxi u imposti soċjali mħallas matul dan il-perjodu.

(210)

B’konformità mal-limitu massimu, il-vantaġġi kollha mogħtija fuq l-ammont massimu tat-taxxa fuq l-introjtu u l-imposti soċjali tal-baħħara u tat-taxxa korporattiva tal-attivitajiet tat-tbaħħir iridu jitqiesu mhux kompatibbli mat-Trattat.

5.6.   IRKUPRU

(211)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li meta jiġu adottati deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċidi li l-Istat Membru kkonċernat jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jikseb l-irkupru tal-għajnuna mill-benefiċjarju. Permezz tal-irkupru tal-għajnuna, tiġi ristrutturata, safejn huwa possibbli, il-pożizzjoni kompetittiva eżistenti qabel l-għoti tagħha.

(212)

Madankollu, l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra l-prinċipju ġenerali tal-Liġi Komunitarja. Din it-taqsima teżamina jekk il-prinċipji ġenerali tat-trattament ugwali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jew iċ-ċertezza legali jimpedixxux lill-Kummissjoni milli tordna l-irkupru tal-għajnuna kollha jew ta’ parti mill-għajnuna diġà mogħtija.

5.6.1.   Trattament ugwali

(213)

Il-prinċipju ta’ trattment ugwali u nondiskriminazzjoni jeħtieġ li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux trattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux trattati bl-istess mod, sakemm dan it-trattament ma jiġix oġġettivament ġustifikat (108).

(214)

Is-sistema tal-GIE fiscaux Franċiżi tista’ ċertament tiġi mqabbla mal-STL f’diversi aspetti. Teħtieġ l-intermedjazzjoni ta’ GIE jew ta’ investituri li jgawdu minn trasparenza tat-taxxa bejn il-manifattur ta’ assi fit-tul u x-xerrej li jalloka assi mill-GIE. Il-GIE jiddeprezza l-assi b’mod aċċellerat u antiċipat, u l-qligħ kapitali li jirriżulta mill-bejgħ tal-assi huwa eżentat mit-taxxa korporattiva. Il-GIE jew l-investituri tiegħu jagħtu lura parti sinifikanti tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-miżuri tat-taxxa lix-xerrej tal-assi (pereżempju, kumpanija tat-tbaħħir) permezz ta’ tnaqqis fil-kera jew fil-prezz tal-opzjoni tax-xiri. Madankollu, fis-sistema Franċiża tinsab eżenzjoni espressa tal-qligħ kapitali, filwaqt li fl-STL, din l-eżenzjoni tirriżulta mill-implimentazzjoni konġunta tas-sistema tat-TT lill-GIE u l-Artikolu 50(3) tar-RIS.

(215)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kuntest legali u l-istorja proċedurali tal-każijiet Franċiżi u Spanjoli huma differenti u li l-Kummissjoni ma ordnatx l-irkupru għal parti mill-perjodu taħt valutazzjoni fid-deċiżjoni finali tagħha tal-2006 dwar il-GIE fiscaux għal raġunijiet li jirrelataw mal-istorja proċedurali speċifika ta’ dak il-każ. B’mod partikolari, Franza ma kinitx innotifikat formalment is-sistema lill-Kummissjoni, iżda kienet infurmatha qabel ma ġiet implimentata. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, meta bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-GIE fiscaux, qatt qabel ma kienet iddeċidiet fuq każ simili. Madankollu, meta fetħet l-investigazzjoni formali tal-STL, il-Kummissjoni diġà kienet iddeċidiet li sistema simili –preċiżament il-GIE fiscaux Franċiża– kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Billi l-kuntest legali u fattwali tal-GIE fiscaux huwa differenti minn dak tal-STL, il-Kummissjoni tikkunsidra li jista’ jiġi ġġustifikat trattament differenti. Madankollu, kif spjegat il-Kummissjoni fit-Taqsima 5.6.3 below, raġunijiet relatati mal-prinċipju ta’ ċertezza legali wasslu biex il-Kummissjoni żżomm lura milli tordna l-irkupru f’din il-kwistjoni sad-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-GIE fiscaux Franċiżi.

(216)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, fil-każijiet imsemmija fil-premessa (92) above, l-applikazzjoni tal-prinċipju taċ-ċertezza legali għal miżuri simili kienet iġġustifikata fir-rigward taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ. Fil-każ tal-Avvjament Spanjol, tweġiba għal mistoqsija parlamentari kienet iddeskriviet b’mod ċar is-sistema bħala miżura ta’ natura ġenerali. Għal ċentri ta’ koordinazzjoni u attivitajiet intragrupp ta’ kumpaniji multinazzjonali (109), il-Kummissjoni sabet li l-aspettattivi leġittimi kienu jeżistu fuq il-bażi mhux biss tal-awtorizzazzjoni minn qabel taċ-ċentri tal-koordinazzjoni Belġjani bħala miżura ġenerali fl-1984 u l-1987 iżda wkoll mit-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni għall-Mistoqsija Parlamentari (110). Din kienet tgħid li firxa wiesgħa ta’ miżuri tat-taxxa –“regoli dwar it-tassazzjoni fuq il-kwartieri Ewropej ta’ gruppi multinazzjonali, maħsuba biex tiġi evitata t-taxxa doppja” – “waqgħu barra mill-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat”. Barra minn hekk, dawn l-iskemi kollha kienu ġew applikati wara li twieġbet il-Mistoqsija Parlamentari. Fil-każ tal-Kumpaniji ta’ Ġibiltà li huma benefiċjarji ta’ rati mnaqqsa ta’ taxxa, l-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi kienet ibbażata fuq li l-miżura kiniet immudellata fuq miżura oħra tal-istess Stat Membru– s-Sistema ta’ Kumpaniji Eżentati — li kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti. Bl-istess mod, il-miżuri ta’ Orkney u s-Shetland kienu mmudellati fuq xulxin.

(217)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis, fir-rigward tal-STL, li jiġi rispettat il-prinċipju ġenerali tat-trattament ugwali jekk, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din is-sistema, jiġu sodisfatti l-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali (ara t-taqsimiet 5.6.2 u 5.6.3 below).

5.6.2.   Aspettattivi leġittimi

(218)

Aspettattivi leġittimi jirriżultaw minn xi azzjoni mill-Kummissjoni li pprovdiet assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonati u konsistenti (111) ta’ natura tali li jwasslu għal tamiet–li huma ġġustifikati (112) –min-naħa tal-awtoritajiet jew benefiċjarji taħt skema li kienet legali (113). Skont il-każistika, ebda aspettattiva leġittima ma tista’ fil-prinċipju tiġi rikonoxxuta fin-nuqqas ta’ notifika xierqa (114) (115), sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali (116).

5.6.2.1.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001 fil-każ ta’ Brittany Ferries (BAI)

(219)

Il-Kummissjoni tinnota li Spanja ma nnotifikatx l-STL u li d-dikjarazzjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011 tirreferi għal sistema oħra – is-sistema ta’ qabel dik evalwata fid-Deċiżjoni dwar il-GIE fiscaux – u kienet tirreferi espressament għas-sistema legali ta’ Stat Membru ieħor. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din id-dikjarazzjoni ma tikkostitwixxix ċirkostanza eċċezzjonali u mhijiex biżżejjed sabiex tiġġustifika r-rikonoxximent tal-aspettattivi leġittimi favur Spanja u l-operaturi parteċipanti f’operazzjonijiet STL. Din il-konklużjoni hija konsistenti mal-approċċ adottat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-GIE fiscaux, fejn il-Kummissjoni ma sabitx elementi li juru l-eżistenza tal-aspettattivi leġittimi (117).

5.6.2.2.   Il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol

(220)

Il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol ma jissodisfax ir-rekwiżit ta’ notifika formali u l-effett sospensiv impost minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat. Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ta’ deprezzament antiċipat ġiet applikata 21 xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament 659/1999 mingħajr notifika minn qabel, fl-istess ħin bħas-sistema tat-TT, li ġiet korrettament innotifikata lill-Kummissjoni – u awtorizzata minnha – skont id-dispożizzjonijiet fit-Trattat u f’dan ir-Regolament.

5.6.2.3.   It-talba tal-2001 għal informazzjoni dwar sistema ta’ lokazzjoni tat-taxxa

(221)

Il-Kummissjoni tqis li din l-ittra ma setgħetx wasslet għal tamiet iġġustifikati fir-rigward tal-STL jew tad-diversi miżuri involuti fl-operazzjonijiet ta’ din is-sistema.

(222)

Skont l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni fil-pussess tagħha dwar l-allegata għajnuna illegali u talbet informazzjoni lill-Istat Membru tal-21 ta’ Diċembru 2001. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tixtieq tindika li talba għal informazzjoni mhijiex dokument pubbliku. It-tieni, kuntrarjament għal dak li ssostni l-PYMAR, din it-talba tindika li l-Kummissjoni ma kellhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika u tevalwa l-allegata għajnuna illegali. Għalhekk, anke jekk din saret pubblika, ma setgħetx twassal għal aspettattivi leġittimi fejn is-sistema ma tikkostitwixxix għajnuna. It-tielet, u l-aktar importanti, l-awtoritajiet Spanjoli ċaħdu kategorikament permezz ta’ ittri ddatati 28 ta’ Jannar u 28 ta’ Mejju 2008 li kien hemm xi miżura tat-taxxa disponibbli li tappoġġa l-akkwist ta’ bastimenti applikabbli għall-kuntratti ffirmati wara l-31 ta’ Diċembru 2000.

5.6.2.4.   Id-Deċiżjoni tal-2004 dwar in-notifika tal-Pajjiżi l-Baxxi (118)

(223)

Il-Kummissjoni tqis li din id-deċiżjoni ma setgħetx wasslet għal tamiet iġġustifikati fir-rigward tal-STL jew tad-diversi miżuri involuti fit-tranżazzjonijiet ta’ din is-sistema minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(224)

L-ewwel nett, l-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’dak il-każ ma kienx miżura Spanjola, iżda sistema nnotifikata mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u maħsuba biex tikkumpensa lit-tarzni tal-Pajjiżi l-Baxxi jew biex tippermettilhom iqabblu l-offerti magħmula fl-2000 (119) minn tarzni Spanjoli, li allegatament kienu jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat mogħtija minn Spanja taħt sitt kuntratti speċifiċi ta’ bini tal-bastimenti. Konsegwentement, l-għan tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004 kien l-evalwazzjoni tal-għajnuna nnotifikata mill-Pajjiżi l-Baxxi, u mhux tal-għajnuna allegatament mogħtija minn Spanja.

(225)

It-tieni, il-miżura Spanjola li l-Pajjiżi l-Baxxi kienu qed jippruvaw jikkumpensaw ma kinitx l-STL u lanqas il-komponenti tagħha. Kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2003 ta’ dak il-każ, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi invokaw b’mod ċar l-għajnuna fil-forma ta’ sussidji ta’ rati ta’ imgħax fuq self allegatament mogħti lil kumpaniji tat-tbaħħir skont id-Digriet Irjali 442/94 (120) Spanjol. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li kemm l-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati kif ukoll is-sistema tat-TT Spanjola ma daħlux fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2002. Abbozz ta’ dawn il-miżuri ġie ppubblikat biss fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol fl-10 ta’ Ottubru 2001. Għalhekk, dawn il-miżuri ma setgħux jintużaw biex jiffinanzjaw kuntratti ta’ bini ta’ bastimenti fl-2000.

(226)

It-tielet, anke jekk l-operaturi kienu immaġinaw li l-miżura Spanjola li kienet maħsuba biex tiġi kkumpensata kienet l-STL, li mhuwiex il-każ, id-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-2004 ma setgħux iwasslu għal aspettattivi leġittimi. Fil-fatt, il-Kummissjoni ddikjarat li ma kellhiex biżżejjed “evidenza dwar l-eżistenza tal-allegata għajnuna Spanjola” minħabba li Spanja kienet indikat li l-għajnuna taħt id-Digriet Irjali 442/94 ma tibqax disponibbli mill-31 ta’ Diċembru 2000. Wara dik id-data, l-għajnuna ma tibqax awtorizzata skont ir-Regolament tal-Kostruzzjoni tal-Bastimenti (121). Madankollu, l-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienet l-għajnuna tal-Pajjiiżi l-Baxxi u mhux l-allegata għajnuna Spanjola, u d-dubji tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti kienet tirreferi għall-possibbiltà prevista fil-Qafas applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għall-kostruzzjoni tal-bastimenti (122), biex jiġu kkumpensati għajnuniet– ladarba dawn jiġu ppruvati – mogħtija minn Stat Membru ieħor u mhux minn Stat mhux tal-UE.

(227)

Fil-fatt, in-nuqqas ta’ provi tal-allegata għajnuna kien argument sekondarju fid-dubji espressi mill-Kummissjoni. Wara talba għal informazzjoni lil Spanja dwar il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni setgħet tirreġistra biss iċ-ċaħda Spanjola dwar l-għoti ta’ għajnuna (123) (taħt id-Digriet Irjali Spanjol 442/94) u kkonkludiet li l-Pajjiżi l-Baxxi ma ppreżentawx biżżejjed provi tal-għajnuna Spanjola li għandha tiġi kkumpensata. In-nuqqas ta’ evidenza ta’ għajnuna mill-Istat ma jammontax għal prova ta’ nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat ta’ (kwalunkwe) miżura Spanjola. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Kummissjoni kienet diġà indikat fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ li “ma setgħetx turi li Spanja kienet tat l-allegata għajnuna b’mod illegali, iżda li l-Kummissjoni qed tissorvelja mill-qrib is-suq tal-bini ta’ bastimenti u l-ksur possibbli tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (124). Jekk dawn kienu kkunsidraw b’bona fede li l-għajnuna Spanjola li l-Pajjiżi l-Baxxi riedu jikkumpensaw kienet l-STL, il-fatt li Spanja ċaħdet l-eżistenza tagħha minflok ma argumentat dwar il-kompatibbiltà tagħha kellu jwissi lill-benefiċjarji attwali jew dawk potenzjali dwar din is-sistema.

5.6.2.5.   Id-Deċiżjoni tal-2006 fil-każ tal-GIE fiscaux Franċiżi

(228)

Il-Kummissjoni tqis li la d-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha fil-każ tal-GIE fiscaux Franċiżi tal-2004 u lanqas id-Deċiżjoni finali tagħha tal-2006 fejn ikkonkludiet li din is-sistema kienet parzjalment għajnuna kompatibbli ma setgħu wasslu għal aspettattivi leġittimi, kif tallega l-PYMAR.

(229)

Tabilħaqq, il-miżuri ta’ għajnuna għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ notifika, ċirkostanzi eċċezzjonali biss jistgħu, b’mod leġittimu, iħallu lill-Istati Membri u lill-operaturi jistennew li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna. Madankollu, jekk ma tiġix rispettata l-proċedura ta’ notifika u approvazzjoni, ma jistgħux, b’mod leġittimu, jistennew li miżura ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat tkun kompatibbli mas-suq intern.

(230)

Għall-kuntrarju ta’ dan, fid-Deċiżjoni dwar il-GIE fiscaux Franċiżi, tal-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni esprimiet b’mod ċar il-pożizzjoni tagħha, skont liema s-sistema ta’ lokazzjoni tat-taxxa Franċiża tat għajnuna mill-Istat. Il- fatt li l-STL kienet sistema ta’ lokazzjoni tat-taxxa simili għas-sistema Franċiża kellu jiftaħ għajnejn Spanja u l-benefiċjarji li s-sistema Spanjola setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, kwaunkwe aspettattivi leġittimi eżistenti qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-sistema Franċiża f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ April 2007 setgħet waqfu milli jkunu leġittimi minn dik id-data.

(231)

B’mod simili, is-sempliċi fatt li l-għajnuna mhux kompatibbli ma kinitx irkuprata fil-każ Franċiż mhuwiex biżżejjed biex jiġġenera aspettattivi leġittimi li ma kinitx se tiġi rkuprata l-għajnuna possibbli mhux kompatibbli li setgħet instabet fil-każ Spanjol. Tabilħaqq, jekk ikun hemm raġunijiet biex jipprevjenu li l-Kummissjoni titlob lill-Istat Membru l-irkupru tal-għajnuna, dawn għandhom ikunu fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

5.6.2.6.   L-ittra tal-2009 mibgħuta mill-Kummissarju Kroes

(232)

Il-Kummissjoni tqis li din id-deċiżjoni ma setgħetx wasslet għal tamiet iġġustifikati fir-rigward tal-STL jew tad-diversi miżuri involuti fl-operazzjonijiet STL minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(233)

L-ewwel nett, din l-ittra mhix att formali li jirrappreżentaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni – jiġifieri l-Kulleġġ tal-Kummissarji – li tkun deċiżjoni formali tal-Kummissjoni jew it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari. Fl-ittra tagħha, ta’ paġna waħda biss, il-Kummissjarju Kroes twieġeb, fil-kuntest ta’ korrispondenza bilaterali, għal ittra ta’ paġna waħda biss mibgħuta mis-Sinjura Brustad, Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija tan-Norveġja. Il-Kummissjoni ma ppubblikatx il-kontenut ta’ din l-ittra.

(234)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ittra minn sid ta’ bastiment Norveġiż –imsemmija fil-premessa 105 (105) above – hija indirizzata lil tarzna waħda Spanjola li nnegozja magħha dan is-sid, u li din ix-xhieda, li tmur lura sal-2012, ġejja minn Gerencia del Sector Naval, li hija korp tal-gvern. Il-Kummissjoni tindika wkoll li la l-awtoritajiet Spanjoli –li kienu jafu li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja – u lanqas l-operaturi li kienu qed jikkunsidraw operazzjonijiet STL ma talbu lill-Kummissjoni tiċċara l-pożizzjoni espressa fl-ittra tal-Kummissarju Kroes.

(235)

It-tieni, u l-aktar importanti, anke meta din l-ittra ġiet ippubblikata fl-2009, ma kinitx offriet garanziji speċifiċi, inkondizzjonati u konsistenti li l-STL kienet legali. Fil-fatt, it-tweġiba tal-Kummissarju Kroes hija ffokata fuq l-allegati diskriminazzjonijiet bejn tarzni stabbiliti f’pajjiżi differenti taż-ŻEE. Il-konklużjoni tal-ittra fis-sens li “f’dak il-mument” l-ebda azzjoni ġdida ma ġiet ikkontemplata, kienet ċarament relatata mal-pubblikazzjoni riċenti ta’ dikjarazzjoni li kienet tiċċara li l-STL setgħet tintuża għall-akkwist ta’ bastimenti mibnija f’pajjiżi Ewropej oħra, filwaqt li kienet tindirizza direttament it-tħassib espress mis-Sinjura Brustad. Fi kwalunkwe każ, l-ittra la semmiet, u lanqas ħadet kwalunkwe pożizzjoni, dwar il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-livell tal-GIE jew l-investituri tiegħu. Fir-rigward tal-kumpaniji tat-tbaħħir, it-tarzni u l-intermedjarji, il-Kummissjoni tqis li mhumiex benefiċjarji tal-għajnuna, allura l-kwistjoni tal-aspettattivi leġittimi ma tqumx.

(236)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ittra ma offriet, fl-ebda każ, garanziji speċifiċi, inkondizzjonati u konsistenti li setgħu jiġġeneraw aspettattivi leġittimi li s-sistema ma kinitx tinkludi għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tal-GIE jew l-investituri tiegħu.

(237)

Peress li l-Kummissjoni ma ssibx li din l-ittra twassal għal aspettattivi leġittimi, il-kwistjoni dwar jekk dawn l-aspettattivi leġittimi kinux ikopru l-perjodu ta’ qabel l-ittra ma għandha l-ebda rilevanza.

5.6.2.7.   Operatur ekonomiku diliġenti ma setax jipprevedi l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna mill-Istat fl-applikazzjoni konġunta ta’ miżuri differenti

(238)

Billi l-miżuri separati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (ħlief id-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati), il-fatt li l-operaturi ekonomiċi ma setgħux jipprevedu li l-kombinament tagħhom jista’ jiġi meqjus bħala għajnuna mill-Istat mhuwiex rilevanti u ma jiġġustifikax l-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi jew il-ksur ta’ kwalunkwe prinċipju fundamentali ieħor tal-Liġi tal-UE.

(239)

Madankollu, diversi partijiet terzi, fost l-operaturi li kienu jipparteċipaw f’operazzjonijiet STL, jargumentaw li d-Deċiżjoni tal-2006 fil-każ tal-GIE fiscaux Franċiżi kienu tawhom aspettattivi leġittimi, peress li din il-miżura hija simili ħafna għall-STL. Il-fatt li l-karatteristiċi kollha tal-miżura Franċiża kienu inklużi f’dispożizzjoni legali waħda, dan neċessarjament jimplika evalwazzjoni globali. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-elementi differenti tal-STL kienu ġew inklużi f’miżuri differenti – de facto, marbuta u użati flimkien – biex jiġu prodotti effetti simili m’għandux jiggarantixxi approċċ differenti u ma jeskludix evawazzjoni globali.

(240)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li kemm l-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati minn naħa, kif ukoll l-eżenzjoni tat-taxxa –skont l-Artikolu 50(3) tar-RIS – tal-qligħ kapitali magħmul taħt is-sistema tat-TT min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat f’kull każ. Fin-nuqqas ta’ notifika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-operaturi seta’ biss ikollhom aspettattivi leġittimi fuq il-leġittimità tagħhom f’ċirkostanzi eċċezzjonali li ma ntwerewx.

5.6.2.8.   Id-dikjarazzjonijiet dwar il-metodi ta’ deprezzament fil-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni diretta tal-negozju (125)

(241)

Il-Kummissjoni tindika li l-kliem tal-Komunikazzjoni ma taw l-ebda raġuni lill-operaturi biex jkollhom aspettattivi leġittimi li l-STL kienet legali. L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet ikkwotati jirreferu biss għall-metodi ta’ deprezzament, b’mod li l-aspettattivi leġittimi, jekk ikun xieraq, jistgħu jkopru biss id-deprezzament antiċipat ta’ assi lokati.

(242)

It-tieni nett, il-Komunikazzjoni ma tistax tiġi interpretata b’tali mod li kwalunkwe miżura relatata mad-deprezzament tibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq, il-premessa 13 tal-Komunikazzjoni tipprovdi li r-regoli dwar id-deprezzament u t-telf riportat ma jikkostitwixxux għajnuna sakemm dawn japplikaw mingħajr distinzjoni għall-kumpaniji kollha u għall-produzzjoni tal-assi kollha. L-STL ma tapplikax għall-kumpaniji kollha u lanqas għall-produzzjoni tal-assi kollha.

(243)

Min-naħa l-oħra, il-premessa 22 tal-istess Komunikazzjoni tiċċara li l-livell ta’ diskrezzjoni u spazju li tgawdi minnu l-awtorità tat-taxxa jappoġġaw il-preżunzjoni li hemm għajnuna mill-Istat. Kif diġà spjegat fit-taqsima 2.2.2 above, l-applikazzjoni tad-deprezzament antiċipat hija soġġetta għal kundizzjonijiet –li t-test tagħhom jeħtieġ interpretazzjoni – u għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità tat-taxxa. Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità tista’ titlob dokumenti addizzjonali mingħand l-applikant jew informazzjoni mingħand awtoritajiet oħra. Il-fatt li l-fajls kollha ta’ applikazzjoni rċevuti mill-Kummissjoni kien fihom dokumenti addizzjonali jindika li kienu mitluba –b’mod espliċitu jew impliċitu – mill-awtorità jew li l-applikanti kienu jafu li kienu meħtieġa biex jiksbu l-awtorizzazzjoni. Konsegwentement, l-awtorità kienet tgawdi ħafna setgħat diskrezzjonali fil-waqt tal-implimentazzjoni ta’ din il-miżura.

(244)

Għalhekk, u fid-dawl tal-karatteristiċi tas-sistema, it-test tal-Komunikazzjoni ma setax jiġġenera inċertezza, u lanqas aspettattivi leġittimi, fir-rigward tan-natura tal-għajnuna tad-deprezzament antiċipat.

5.6.2.9.   Eliġibbiltà tad-dħul mil-lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ biex jidħlu fis-sistema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ

(245)

L-awtorizzazzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 582 finali tas-27 ta’ Frar 2002 tirreferi għal “kumpanniji reġistrati taħt il-liġi Spanjola, li l-attività tagħhom tinkludi l-operat ta’ bastimenti proprji u lokati”. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li din il-frażi ma tista’ toħloq l-ebda aspettattivi leġittimi li l-entitajiet li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu biss f’lokazzjoni ta’ bastiment wieħed taħt sistema ta’ lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ jistgħu jikkwalifikaw għas-sistema tat-TT. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessi (179) u (180) above, id-Deċiżjoni tal-2002, huwa ċar li s-sistema tat-TT għandha tapplika biss għall-bastimenti eliġibbli u b’rabta mal-attivitajiet ta’ trasport marittimu eliġibbli.

5.6.3.   Ċertezza legali

(246)

Iċ-ċertezza legali hija prinċipju fundamentali tal-Liġi Ewropea maħsub biex jiżgura l-prevedibbiltà tas-sitwazzjonijiet u r-relazzjonijiet legali rregolati minnha. Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprevjeni li l-Kummissjoni ddewwem indefinittiv tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħha u ma jikkostitwixxix azzjoni mill-istituzzjoni kkonċernata (126). Madankollu, s’issa kienu speċifikati żewġ elementi kumulattivi li kisru dan il-prinċipju:

l-eżistenza ta’ sett ta’ elementi li jwasslu għal sitwazzjoni ta’ inċertezza dwar ir-regolarità tal-miżura;

passività fit-tul mill-Kummissjoni minkejja li kienet taf dwar l-għajnuna.

(247)

Id-Deċiżjoni li diġà ssemmiet hawn fuq dwar il-GIE fiscaux Franċiżi u s-sentenza fil-każ Salzgitter (127) huma l-uniċi żewġ okkażjonijiet fejn il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali, rispettivament, ikkunsidraw li l-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali jista’ jipprevjeni l-irkupru, anke fin-nuqqas ta’ aspettattivi leġittimi. Madankollu, is-sentenza Salzgitter ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward, preċiżament, tal-applikazzjoni għall-każ tal-prinċipju taċ-ċertezza legali (128).

5.6.3.1.   Elementi li ħolqu sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tar-regolarità tal-miżura

(248)

L-STLS u l-GIE fiscaux Franċiżi jaqsmu numru ta’ karatteristiċi ewlenin u għandhom effetti simili (ara t-Taqsima 5.6.1 Trattament ugwali). It-tnejn jintużaw biex jiffinanzjaw investimenti fit-tul f’assi. Fihom huma involuti l-GIE bi trasparenza tat-taxxa li jiddiprezzaw l-assi u jittrasferixxu s-sjieda tagħhom lill-utent finali permezz ta’ xi tip ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni. Fiż-żewġ każijiet, id-deprezzament ikun antiċipata jew aċċellerata u l-qligħ kapitali miksub mill-GIE jibqa’ eżentat mit-taxxa. Fiż-żewġ każijiet, il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mid-deprezzament antiċipat jew aċċellerat u mill-eżenzjoni tal-qligħ kapitali huwa mqassam bejn l-investituri tal-GIE u l-utent finali tal-assi (permezz ta’ tnaqqis fuq il-prezz), għalkemm hemm differenzi importanti fir-rigward tal-intervent mill-Istat f’dan ir-rigward.

(249)

Il-miżuri ewlenin li huma parti mill-STL ġew applikati bejn l-2002 (129) u l-2003, jiġifieri, qabel ma l-Kummissjoni ddeċidiet li s-sistema Franċiża kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(250)

Minħabba x-xebh bejn l-STL u l-GIE fiscaux, huwa possibbli – kif allegat mill-awtoritajiet Spanjoli u xi partijiet terzi – li l-fatti invokati għall-protezzjoni taċ-ċertezza legali tas-sistema Franċiża setgħu joħolqu sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tar-regolarità tal-STL.

(251)

Il-Kummissjoni tikkonkludi f’dan ir-rigward, li din is-sitwazzjoni ta’ inċertezza setgħet ġiet iġġenerata mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 dwar Brittany Ferries (130), fejn indikat li xi vantaġġi tat-taxxa kienu jikkostitwixxu miżura ta’ natura ġenerali. Kif spjegat fil-premessa 192 tad-Deċiżjoni dwar il-GIE fiscaux, din id-dikjarazzjoni ma kinitx tispeċifika li kienet qed tirreferi għas-sistema predeċessur tal-GIE fiscaux, li setgħet tinganna lill-benefiċjarji ta’ din is-sistema u ta’ sistema simili, bħall-STL.

(252)

Rigward l-elementi l-oħra invokati minn Spanja u minn partijiet terzi, il-Kummissjoni analizzat jekk l-elementi invokati biex jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi (ara t-taqsima 5.6.1) setgħux joħolqu sitwazzjoni ta’ inċertezza.

(253)

L-ewwel nett, it-Trattat jobbliga lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet tagħhom għall-għoti ta’ għajnuna ġdida. Il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol ma tistax titqies bħala notifika lill-Kummissjoni, u n-nuqqas ta’ tweġiba tal-Kummissjoni ma setgħetx ikkontribwiet biex tinħoloq sitwazzjoni ta’ inċertezza.

(254)

It-tieni, it-talba għal informazzjoni tal-2001 dwar miżura ta’ lokazzjoni tat-taxxa turi li l-Kummissjoni wieġbet għall-allegazzjonijiet ta’ għajnuna magħmula minn ilmentatur. Din it-talba kienet indirizzata lil Spanja, li, fit-tweġibiet tagħha, ċaħdet bis-saħħa l-eżistenza ta’ dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni ma ppubblikatx din it-talba, iżda jekk, għal xi raġuni, xi benefiċjarji futuri tal-STL saru jafu b’din it-talba għal informazzjoni f’mument meta huma jkunu jridu jipparteċipaw f’dik is-sistema, dan il-fatt għandu jiftħilhom għajnejhom li kien ġie mressaq quddiem il-Kummissjoni ilment li kien iqis li l-miżuri ta’ din is-sistema jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Talba għal informazzjoni tindika wkoll li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni dwar il-miżura biex tevalwaha u ma tippermettix il-konklużjoni li l-Kummissjoni kienet tapprova l-miżura. Min-naħa l-oħra, peress li din it-talba ntbagħtet qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri li jiffurmaw l-STL, Spanja setgħet tinnotifika l-elementi kollha tas-sistema sabiex tikseb ċertezza legali. Jekk le, il-benefiċjarji kellhom jitolbu informazzjoni lil Spanja – jew lill-Kummissjoni – dwar in-notifika tas-sistema minn Spanja jew l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Għalhekk, la Spanja u lanqas l-operaturi ma setgħu jallegaw li din it-talba jew – fid-dawl tat-tweġiba rċevuta – in-nuqqas ta’ azzjoni ta’ segwitu mill-Kummissjoni ikkontribwiet biex tinħoloq sitwazzjoni ta’ inċertezza.

(255)

It-tielet, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-2004 dwar il-miżura ta’ kumpens tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpens għal miżura differenti mill-STL ma setax joħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza dwar din tal-aħħar. Il-fatt li d-deskrizzjoni preċiża tal-allegata għajnuna Spanjola f’dokumenti pubbliċi hija inkluża biss fil-verżjoni Olandiża tad-Deċiżjoni għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali mhuwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-qarrejja jistgħu jassumu li din kienet STL. Fil-fatt, traduzzjoni tad-Deċiżjoni bl-Olandiż jew konsultazzjoni lill-Kummissjoni setgħet faċilment tiċċara li l-allegata għajnuna Spanjola kienet tirreferi għas-sussidji fuq rati tal-imgħax taħt id-Digriet Irjali 442/1994. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sempliċiment iddikjarat li Spanja kienet ċaħdet l-eżistenza tal-allegata għajnuna Spanjola u li l-Pajjiżi l-Baxxi ma kinux ipprovdew biżżejjed provi. Kif indikat f’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tafda fl-Istat Membru u ma tistax titqies responsabbli għall-inċertezza li, fil-każ tagħha, setgħet ikkawżat in-nuqqas ta’ monitoraġġ min-naħa tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-Deċiżjoni tal-2004 ma setgħetx tikkontribwixxi għal sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tal-legalità tal-STL.

(256)

Ir-raba’, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni ta’ inċertezza ġġenerata dwar il-legalità tal-STL bħala riżultat tad-dikjarazzjoni inkluża fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001 dwar Brittany Ferries spiċċat fid-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-GIE fiscaux Franċiżi. Fil-fatt, din id-Deċiżjoni ppreċiżat li l-Kummissjoni kienet tqis li s-sistema ta’ lokazzjoni tat-taxxa Franċiża kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li kellha twissi lil Spanja u lill-benefiċjarji tal-STL li din is-sistema setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, ma setgħetx toħloq – jew tikkontribwixxi biex tinħoloq – sitwazzjoni ta’ inċertezza f’dan ir-rigward.

(257)

Il-ħames, minħabba r-raġunijiet spjegati fit-taqsima 5.6.2.6 above, il-Kummissjoni tqis li l-ittra mibgħuta fl-2009 mill-Kummissarju Kroes la ħolqot u lanqas ikkontribwiet għall-ħolqien ta’ sitwazzjoni ta’ inċertezza.

5.6.3.2.   Iż-żmien li għadda bejn l-ilment u l-ftuħ tal-proċedura

(258)

Il-Kummissjoni tqis li ż-żmien li għadda fl-investigazzjoni tal-STL qabel ma nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandu jiġi kkalkulat mill-2006, meta l-Kummissjoni rċeviet ilmenti mingħand tarzni Ewropej. Fil-fatt, għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, la l-pubblikazzjoni tal-abbozz ta’ miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Istat Spanjol u lanqas l-allegazzjonijiet irċevuti mill-Kummissjoni fl-2001 u espressament miċħuda minn Spanja fl-2002 ma jappoġġaw l-idea li l-Kummissjoni ttardjat ta’ xejn l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha ta’ investigazzjoni. Lanqas id-Deċiżjoni finali tal-2004 fil-każ C-66/203, dwar il-kumpens ta’ allegata miżura ta’ għajnuna differenti mill-Istat ma tappoġġa din il-fehma.

(259)

Iż-żmien li għadda bejn l-ewwel ilment tal-2006 u l-ftuħ tal-proċedura formali fl-2011 ma jidhirx eċċessiv fid-dawl tan-numru tal-miżuri tat-taxxa, il-kumplessità tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni tat-taxxa u n-nuqqas ta’ trasparenza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet tmien talbiet formali għal informazzjoni bejn Settembru 2006 u Mejju 2010 (131) u baqgħet f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet Spanjoli.

(260)

Min-naħa l-oħra, kien biss f’Ottubru 2010 li l-Kummissjoni irċeviet ilment ġdid li kien fih element importanti biex tevalwa s-sistema, jiġifieri studju eżawrjenti mwettaq minn esperti tat-taxxa fejn deskritt il-funzjonament tal-iskema u l-effetti tagħha. Għalhekk, iż-żmien li għadda fl-investigazzjoni tal-STL ma jidhirx biżżejjed biex tiġi invokata ċ-ċertezza legali.

(261)

Fid-dawl tal-kumplessità tal-miżuri inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li nħolqot inċertezza legali mid-Deċiżjoni tal- 2001 dwar Brittany Ferries, kif allegat minn Spanja u l-benefiċjarji, rigward il-klassifikazzjoni tal-STL bħala għajnuna. Iżda dan seta’ kien il-każ biss sakemm ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-30 ta’ April 2007 \ dwar il-GIE fiscaux Franċiżi, fejn il-Kummissjoni stabbiliet li dik l-iskema kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(262)

Minħabba dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li m’għandhiex tordna l-irkupru tal-għajnuna li rriżultat mill-operazzjonijiet STL li fir-rigward tagħhom ingħatat l-għajnuna bejn id-dħul fis-seħħ tal-STL fl-2002 u t-30 ta’ April 2007.

5.6.4.   Determinazzjoni tal-kwantitajiet li għandhom jiġu rkuprati

(263)

Il-Kummissjoni evalwat il-miżuri tat-taxxa differenti li jikkostitwixxu sistemi ta’ għajnuna mill-Istat. Din id-Deċiżjoni ma tfittixx li tistabbilixxi l-ammonti eżatti ta’ għajnuna li rċieva kull benefiċjarju f’kull operazzjoni tas-STL. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru għandu juża l-metodu li ġej biex jiddetermina, fi kwalunkwe każ, il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna mhux kompatibbli li għandha tiġi rkuprata minnhom. Dan il-metodu jista’ jkun suġġett għal aġġustament ieħor mal-awtoritajiet Spanjoli, b’mod partikolari sabiex jiġi stabbilit l-ammont attwali tal-vantaġġ tat-taxxa li jgawdu minnu l-investituri, b’kont meħud tas-sitwazzjoni tat-taxxa individwali tagħhom.

(264)

L-ewwel pass: Kalkolu tal-vantaġġ tat-taxxa totali ġġenerat bl-operat: Dan huwa l-valur preżenti nett (VPN) tal-vantaġġi tat-taxxa miksuba mill-GIE jew mill-investituri tiegħu (jiġifieri, qabel it-tnaqqis tal-porzjon ta’ dawn il-vantaġġi ttrasferiti lil kumpanija tat-tbaħħir permezz ta’ tnaqqis fuq il-prezz). Il-VPN għandu jiġi kkalkulat fid-data tal-bidu tad-deprezzament— deprezzament antiċipat awtorizzata mill-awtoritajiet tat-taxxa — u l-perċentwali ta’ tnaqqis użati biex isir dan il-kalkolu għandhom ikunu bbażati fuq ir-realtajiet tas-suq. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li, awtomatikament, Spanja tista’ tuża l-kalkoli ppreżentati mill-GIE lill-awtorità tat-taxxa malli jitlob id-deprezzament antiċipat (ara l-premessa (168) above). Fil-prinċipju, jitqies li l-vantaġġ tat-taxxa jinkiseb fid-data meta l-GIE jew l-investituri tiegħhu għandhom iħallsu t-taxxi tagħhom.

(265)

It-tieni pass: Il-kalkolu tal-vantaġġ tat-taxxa ġġenerat mill-miżuri tat-taxxa ġenerali applikati għall-operazzjoni: Dan huwa l-VPN – ikkakulat bl-istess mod bħal fl-ewwel pass – tal-ammont tal-vantaġġi tat-taxxa li jkunu kisbu l-GIE jew l-investituri tagħhom f’sitwazzjoni ta’ referenza fejn jintuża biss id-deprezzament aċċellerat mill-ħin li beda jintuża l-bastiment u l-operazzjoni tiġi intaxxata skont ir-regoli ordinarji tat-taxxa korporattiva. F’dan ix-xenarju, il-qligħ kapitali fuq il-bejgħ tal-bastiment lil kumpanija tat-tbaħħir kien ikun soġġett, fid-data meta tkun eżerċitata l-opzjoni mill-kumpanija tat-tbaħħir, għat-taxxa korporattiva ġenerali applikabbli għall-profitti tal-kumpaniji. Fil-prinċipju, jitqies li l-vantaġġ tat-taxxa jinkiseb fid-data meta l-GIE jew l-investituri tiegħu għandhom iħallsu t-taxxi tagħhom.

(266)

It-tielet pass: Il-kalkolu tal-vantaġġi tat-taxxa ekwivalenti għall-għajnuna mill-Istat: safejn il-Kummissjoni tqis li d-deprezzament aċċellerat huwa miżura ta’ natura ġenerali, l-ammont tal-vantaġġ korrispondenti għal din il-miżura (jiġifieri, għall-ħlas deferit ta’ ċerti ammonti tat-taxxa) ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Id-differenza bejn l-ammonti miksuba fl-ewwel u t-tieni pass għandha tikkorrispondi għall-għajnuna li rċevew l-GIE u l-investituri tagħhom bħala benefiċjarji tal-miżuri tat-taxxa taħt konsiderazzjoni, jiġifieri, il-VPN tal-vantaġġ totali li jinħoloq mill-użu tad-deprezzament antiċipat, is-sistema tat-TT (li ma kkwalifikawx għaliha l-GIE) u l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali miksuba permezz tal-Artikolu 50(3) tar-RIS. Fil-prinċipju, jitqies li l-vantaġġ tat-taxxa jinkiseb fid-data meta l-GIE jew l-investituri tiegħu għandhom iħallsu t-taxxi tagħhom.

(267)

Ir-raba’ pass: L-ewwel nett, l-għajnuna rċevuta mill-GIE jew l-investituri tiegħu li rriżultat mill-kalkolu tat-tielet pass hija kompatibbli, safejn l-għajnuna tikkorrispondi għall-vantaġġ ittrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir li, kieku tqieset bħala għajnuna mill-Istat għall-kumpanija tat-tbaħħir, kienet tkun kompatibbli. Il-perċentwali tal-għajnuna ttrasferita lill-kumpanija tat-tbaħħir għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ kalkolu simili għal dak ippreżentat mill-GIE fit-talba tiegħu lill-aministrazzjoni tat-taxxa (ara l-premessa (136) above) u jippermetti remunerazzjoni li tkun konformi mas-suq mill-intermedjazzjoni. Kif spjegat fil-premessi (202) sa (210) above, parti mill-vantaġġ ittrasferit lill-kumpanija tat-tbaħħir jista’ jitqies kompatibbli jekk din l-kumpanija, il-bastiment inkwistjoni u l-attivitajiet ta’ trasport huma eliġibbli skont il-Linji Gwida Marittimi. L-ammont kompatibbli għandu jiġi determinat skont il-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida, filwaqt li titqies l-għajnuna kollha diġà mogħtija lil din l-kumpanija tat-tbaħħir fiż-ŻEE. B’mod partikolari, l-ammonti tal-għajnuna mogħtija fi Spanja għandhom jingħaddu ma’ dawk mogħtija fil-pajjiż tal-istabbiliment tal-kumpanija (jekk din hija membru taż-ŻEE). L-ammont tal-għajnuna li jaqbeż il-limitu massimu jew li ma ġiex muri li huwa kompatibbli skont il-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida Marittimi, għandu jitqies mhux kompatibbli.

(268)

Billi l-limitu massimu msemmi fil-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida Marittimi jiġi kkalkulat kull sena u l-vantaġġ rċevut mill-kumpanija tat-tbaħħir jirreferi għal assi fit-tul, il-Kummissjoni taqbel li, biex jiġi applikat dan il-limitu massimu, il-vantaġġ għall-kumpanija tat-tbaħħir li jirriżulta mill-operazzjoni STL jitqassam tul il-perjodu normali ta’ deprezzament (għaxar snin) tal-bastiment inkwistjoni.

(269)

It-tieni, fil-miżura li tikkorrispondi għal remunerazzjoni konformi mas-suq mill-intermedjazzjoni ta’ investituri finanzjarji fit-trasferiment ta’ vantaġġ kompatibbli lill-kumpaniji tat-tbaħħir, din ir-remunerazzjoni titqies ukoll kompatibbli jew mhux kompatibbli fl-istess proporzjoni bħall-vantaġġ mgħoddi lill-kumpanija tat-tbaħħir (ara l-premessa (201) above).

5.6.5.   Klawżoli kuntrattwali

(270)

Kif imsemmi hawn fuq, il-PYMAR informat lill-Kummissjoni dwar xi klawżoli f’xi kuntratti bejn l-investituri, l-kumpaniji u t-tarzni. Taħt dawn il-klawżoli, it-tarzni jkunu meħtieġa jikkumpensaw lill-partijiet l-oħra jekk ma jistgħux jinkisbu l-vantaġġi tat-taxxa previsti.

(271)

Fid-Deċiżjoni negattiva finali tagħha b’irkupru parzjali fil-każ tal-GIE fiscaux Franċiżi (132), li f’ħafna aspetti jixbaħ lil dan il-każ, il-Kummissjoni nnutat li: “l-fatt li r-riskji marbuta mat-taxxa u legali mġarrba mill-membri tal-GIE setgħu, f’xi każijiet, jgħaddu kuntrattwalment għall-utenti tal-assi, ma jistax jinnega l-prinċipju li skontu l-Kummissjoni, meta jkun meħtieġ, titlob l-irkupru ta’ għajnuna illegali, li huwa li jtellef lill-benefiċjarji differenti l-vantaġġ li kisbu fis-suq rispettiv tagħhom fuq il-kompetituri tagħhom, u li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kien hemm qabel ma ngħatat din l-għajnuna”. Il-Kummissjoni tikkonkludi li: “il-ksib ta’ dan l-għan ma jiddependix … mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali miftiehma bejn il-benefiċjarji tal-għajnuna”.

(272)

Fil-fatt, skont ġurisprudenza kostanti, l-obbligu ta’ Stat li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tikkunsidra mhux kompatibbli mas-suq intern għandu l-għan li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni eżistenti qabel (133). Skont formola oħra, l-għan ewlieni mfittex mill-irkupru tal-għajnuna mill-Istat imħallsa illegalment huwa li tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti minn din l-għajnuna (134). Malli titħallas lura l-għajnuna, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li kellu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq u tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni qabel l-għoti tal-għajnuna (135).

(273)

Biex jinkiseb dan ir-riżultat, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni żżomm is-setgħa li tordna l-irkupru tal-vantaġġi mingħand il-benefiċjarji reali, b’mod li tista’ tiġi ssodisfata l-funzjoni tar-restawr tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq jew swieq fejn saret id-distorzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tidentifika b’mod definittiv l-kumpaniji li huma obbligati jħallsu lura l-għajnuna illegali ddikjarata mhux kompatibbli. Għall-kuntrarju, dan l-għan ma jirnexxix b’mod irrimedjabbli jekk il-partijiet privati jistgħu, permezz ta’ klawżoli kuntrattrali, jibdlu l-effetti tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru adottati mill-Kummissjoni. Din il-possibbiltà, jekk tinfetaħ, tista’ tintuża minn aġenti ekonomiċi li jgawdu minn ħiliet kbar ta’ negozjar biex jipproteġu lilhom infushom mid-deċiżjonijiet ta’ rkupru, filwaqt li ċċaħħad il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-konsegwenzi prattiċi tagħha.

(274)

Bħala paragun, fis-sentenza Residex (136) reċenti tagħha, il-Qorti ddikjarat li għandha tkun il-qorti nazzjonali li tidentifika, b’kont meħud tal-partikularitajiet kollha ta’ dan il-każ, lill-benefiċjarju jew, fejn xieraq, lill-benefiċjarji ta’ garanzija li tikkostitwixxi għajnuna u li twettaq l-irkupru tal-ammont totali tal-għajnuna inkwistjoni. Barra minn hekk, irrispettivament minn min huwa l-benefiċjarju tal-għajnuna, u billi l-għan tal-miżuri li l-qrati nazzjonali għandhom jadottaw f’każ ta’ ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE huwa essenzjalment ir-restawr tas-sitwazzjoni kompetittiva qabel il-ħlas tal-għajnuna inkwistjoni, dawn il-qrati għandhom jiżguraw li l-miżuri li jadottaw- fir-rigward tal-validità ta’ dawn l-atti jippermettu li jintlaħaq dan l-għan. Dan jindika li, meta huwa meħtieġ li tiġi rrimedjata d-distrosjoni kkawżata mill-għajnuna, il-qrati nazzjonali jistgħu jintervjenu u jiddikjaraw li l-kuntratti mhumiex validi, anke għad-detriment ta’ partijiet li mhumiex benefiċjarji tal-għajnuna, f’dan il-każ, il-mutwanti li l-pretensjonijiet tagħhom kellu l-appoġġ tal-garanzija mill-Istat. L-istess raġunament jiġi applikat a fortiori lill-Kummissjoni, meta tordna li l-għajnuna tiġi rkuprata b’mod effettiv mill-benefiċjarji. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali dwar il-miżura ta’ għajnuna minflok tiżgura, bħalma għandhom jagħmlu l-qrati nazzjonali, s-salvagwardja tad-drittijiet tal-persuni meta jinkiser l-obbligu ta’ notifika minn qabel dwar l-għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(275)

Minn dan isegwi li l-klawżoli kuntrattwali li jipproteġu lill-benefiċjarji tal-għajnuna mill-irkupru tal-għajnuna illegali u mhux kompatibbli, permezz tat-trasferiment lil persuni oħra tar-riskji legali u ekonomiċi tal-irkupru, huma kontra l-essenza innifisha tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat stabbilita mit-Trattat. Din is-sistema hija essenzjali għat-twettiq tal-kompiti fdati lill-Komunità u, b’mod partikolari, għall-funzjonament tas-suq intern u, għaldaqstant, hija sett ta’ regoli ta’ politika pubblika (137). Għalhekk, l-individwi ma jistgħux jistabbilixxu eċċezzjonijiet għaliha permezz ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali.

(276)

Dan huwa ferm aktar minnu fis-sitwazzjoni eżaminata fil-każ tal-STL, fejn xi tarzni huma kkontrollati mill-Istat. Safejn it-tarzni pubbliċi stipulaw klawżoli kuntrattwali li jipproteġu lill-benefiċjarji mill-irkupru tal-għajnuna, l-aġir tagħhom jipprevjeni li l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali u mhux kompatibbli jilħaq il-funzjoni tiegħu. Barra minn hekk, l-imġiba tal-operaturi kkontrollati mill-Istat biex jippruvaw jipproteġu l-kontropartijiet tagħhom mill-irkupru tista’ teżerċita pressjoni konsiderevoli fuq il-kompetituri privati tagħhom, li jistgħu jiġu mġiegħla jaċċettaw klawżoli simili fil-kuntratti tagħhom, li jwassal għal protezzjoni ġeneralizzata tal-benefiċjarji mill-irkupru.

6.   KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni tikkonkludi li:

Skont il-Linji Gwida Marittimi u d-Deċiżjoni tas- ta’ Frar 2002 li tawtorizza s-sistema Spanjola tat-TT, l-attivitajiet li jikkonsistu biss fil-lokazzjoni, jew il-kera ta’ bastimenti mhumiex servizzi ta’ trasport. Konsegwentement, dawn l-attivitajiet mhumiex eliġibbli fil-prinċipju għas-sistema tat-TT awtorizzata mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 115(11), u l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS (deprezzament antiċipat ta’ assi lokati), l-applikazzjoni tas-sistema tat-TT għal GIE mhux eliġibbli, kif ukoll l-Artikolu 50(3) tar-RIS, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Dawn il-miżuri mhumiex għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, peress li ma ġewx notifikati lill-Kummissjoni u lanqas lill-awtoritajiet minnha.

Spanja implimentat illegalment din l-għajnuna bi ksur tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Minn dan isegwi li l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tal-lokazzjoni tat-taxxa, li jinvolvi flimkien l-Artikolu 115(11), l-Artikolu 48(4) tat-TRLIS, u l-Artikolu 49 tar-RIS (deprezzament antiċipat ta’ assi lokati), l-applikazzjoni tas-sistema tat-TT għal GIE mhix eliġibbli, kif ukoll l-użu tal-Artikolu 50(3) tar-RIS, hija illegali.

L-għajnuna għall-GIE jew għall-investituri tiegħu tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern safejn tikkorrispondi għal remunerazzjoni ta’ suq għall-intermedjazzjoni ta’ investituri finanzjarji u tkun allokata għal kumpaniji tat-tbaħħir li jistgħu jikkwalifikaw skont il-Linji Gwida Marittimi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom. Dan jimplika, b’mod partikolari, li l-ammont totali ttrasferit lill-kumpaniji tat-tbaħħir m’għandux jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida.

Il-parti tal-għajnuna li taqbeż l-ammont ta’ għajnuna kompatibbli għandha tiġi rkuprata mill-benefiċjarji, jiġifieri, l-GIE u l-investituri tagħhom, mingħajr ebda possibbiltà li dawn il-benefiċjarji jittrasferixxu l-ispiża tal-irkupru lil persuni oħra.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-operazzjonijiet STL li għalihom ingħatat għajnuna bejn id-dħul fis-seħħ ta’ din is-sistema fl-2002 u t-30 ta’ April 2007, id-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-kawża C-46/2004, GIE Fiscaux Franċiżi (ara l-premessa (261) above). -

Minn dik id-data, l-ordni ta’ rkupru ma tiksirx il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali stabbiliti fil-Liġi tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri li jirriżultaw mill-Artikolu 115(11) tat-TRLIS (deprezzament antiċipat ta’ assi lokati), tal-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ lil kumpaniji, bastimenti jew attivitajiet mhux eliġibbli, u mill-Artikolu 50(3) tar-RIS, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lill-GIE u l-investituri tagħhom, eżegwita illegalment minn Spanja mill-1 ta’ Jannar 2002 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1 mhumiex kompatibbli mas-suq intern, ħlief safejn l-għajnuna tikkorrispondi għal remunerazzjoni konformi mas-suq korrispondenti għall-intermedjazzjoni ta’ investituri finanzjarji u li hija allokata għal kumpaniji tat-tbaħħir li jistgħu jikkwalifikaw skont il-Linji Gwida Marittimi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom.

Artikolu 3

Spanja għandha ttemm is-sistema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 peress li din mhix kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 4

1.   Spanja għandha tirkupra l-għajnuna mhux kompatibbli mogħtija taħt is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 lill-investituri tal-GIE li bbenefikaw minnha, mingħajr ma dawn il-benefiċjarji jkollhom il-possibbiltà jittrasferixxu l-ispiża tal-irkupru lil persuni oħra. Madankollu, m’għandu jkun hemm l-ebda rkupru tal-għajnuna mogħtija bħala parti minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li għalihom, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti impenjaw ruħhom biex jagħtu l-benefiċċju tal-miżuri permezz ta’ att li jorbot legalment adottat qabel it-30 ta’ April 2007.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax mid-data meta kienu saru disponibbli għall-benefiċjarju sad-data meta jiġu attwalment irkuprati.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (138) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (139) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Spanja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna mogħtija taħt is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna taħt is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom taħt is-sistema;

(b)

l-ammont totali (kapital u l-imgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat minn kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà adottati u previsti għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati li jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali adotatti sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sat-tlestija tal-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt is-sistema msemmija fl-Artikolu 1. Għandha tippreżenta minnufih, fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà adottati u previsti għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax ta’ rkupru diġà rkuprati mill-benefiċjarji.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-president


(1)   ĠU C 276, 21.9.2011, p. 5.

(2)  Ara l-Mistoqsija Parlamentari E-5819/2010, imwieġba fil-31.8.2010.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna1.

(4)  Assoċjazzjoni Spanjola tat-tarzni żgħar u medji.

(5)  Il-kumpanija tal-lokazzjoni u l-kumpanija tat-tbaħħir jiffirmaw ukoll kuntratti b’opzjoni ta’ xiri (call) u ta’ bejgħ (put).

(6)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.

(7)  Bl-ittra tas-26 ta’ Lulju 2010.

(8)  Fil-fatt, il-bejgħ ta’ assi deprezzat eċċessivament minħabba deprezzament antiċipat u aċċellerat normalment jirriżulta fi qligħ, peress li l-valur residwu tat-taxxa tal-assi probabbilment ikun ħafna inqas mill-prezz tal-bejgħ tiegħu.

(9)  Id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-valur fiskali tal-bastiment. Il-valur fiskali tal-bastiment huwa l-prezz inizjali mħallas mingħajr l-ammonti mnaqqsa (l-ispejjeż) biex jitqies id-deprezzament tiegħu. F’dan il-każ, il-bastiment għandu jkun kompletament– jew kważi kompletament– deprezzat qabel ma l-GIE jaqbel għat-TT, jiġifieri l-valur tal-kontabbiltà tiegħu jkun żero, jew ftit aktar minn żero.

(10)  Dan jinkludi informazzjoni provduta minn Spanja: tliet eżempji reali ta’ talbiet sottomessi minn GIE lill-awtorità tat-taxxa skont l-Artikolu 115(11) tal-verżjoni konsolidata tal-Liġi tat-Taxxa Korporattiva (Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades - TRLIS), u l-kuntratti u l-annessi l-oħra mehmuża ma’ dawn it-talbiet.

(11)  F’din id-Deċiżjoni, it-terminu “deprezzament” jirreferi, mingħajr distinzjoni, għat-tnaqqis tal-ispiża tad-deprezzament mis-sid ta’ assi u għat-tnaqqis mil-lokatarju tal-pagamenti mħallsa biex il-lokatur ikun jista’ jirkupra l-ispiża tal-assi. Għalhekk, id-deprezzament aċċellerat ta’ assi lokati jirreferi għall-possibbiltà li l-lokatorji jnaqqsu dawn il-pagamenti fil-limiti tad-doppju jew it-triplu tad-deprezzament lineari.

(12)  Id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 4/2004, tal-5 ta’ Marzu 2004 li japprova l-verżjoni konsolidata tal-Liġi tat-Taxxa Korporattiva, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ Spanja (BOE) tal-11 ta’ Marzu 2004.

(13)  Id-Digriet Irjali 1777/2004, tat-30 ta’ Lulju 2004, li japprova r-Regolament tat-Taxxa Korporattiva, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ Spanja (BOE) tas-6 ta’ Awwissu 2004.

(14)  Huwa eskluż il-valur tal-opzjoni tax-xiri.

(15)  Kull sena jiġi applikat perċentwal kostanti għall-valur residwu tal-assi fit-tmiem tas-sena fiskali ta’ qabel (valur residwu = valur tax-xiri mingħajr id-deprezzament iniżżel fil-kotba fil-passat). Minflok ma l-ispiża tal-assi tinfirex b’mod uniformi fuq perjodu partikolari, f’din is-sistema l-imposti tad-deprezzament jonqsu f’kull perjodu suċċessiv.

(16)  Jekk assi għandu jiġi deprezzat matul ħames snin, l-SYD huwa 15 (= 1 + 2 + 3 + 4 + 5) u l-ispiża tad-deprezzament tkun 5/15 mill-valur tax-xiri fis-sena nru 1, 4/15 fis-sena nru 2, u tkompli hekk suċċessivament, sa 1/15 fis-sena nru 5.

(17)  Ikkupjat mill-Artikolu 128(11) ta’ qabel, tal-Liġi 43/1995, introdott mil-Liġi 24/2001 u applikabbli mill-2002. “Deprezzament antiċipat” tfisser li d-data li fiha jista’ jibda d-deprezzament titressaq ‘il quddiem. F’dan il-każ, il-kontribwenti, sakemm jirċievu l-awtorizzazzjoni fiskali meħtieġa, jistgħu jibdew id-deprezzament aċċellerat waqt il-bini tal-bastiment, jiġifieri, qabel ma l-bastiment jiġi kkonsenjat lill-persuna taxxabbli jew qabel ma din tibda tużah.

(18)  L-Artikolu 48 tat-TRLIS jirregola l-arranġamenti speċjali tat-taxxa applikabbli għall-gruppi b’interess ekonomiku. Ara t-taqsima 2.2.3 Miżura 3: Gruppi b’interess ekonomiku (GIE).

(19)  Id-Deċiżjoni C(2002)582 finali tal-Kummissjoni tas-27.2.2002 fil-każ N 736/2001, emendata bid-Deċiżjoni N 528/2003.

(20)   ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3.

(21)  Imsemmija fil-Liġi 27/1992, tal-24.11.92, dwar il-Portijiet Nazzjonali u l-Marina Merkantili.

(22)  Ara l-Artikolu 125(2) tat-TRLIS.

(23)  Introdott mid-Digriet Irjali 252/2003 tat-28.2.2003, Ġurnal Uffiċjali Spanjol (BOE) Nru 62 tat-13 3 2003.

(24)  L-Artikolu 50(3) tar-RIS. Għandu jiġi nnutat li din l-eċċezzjoni hija mogħtija biss lil dawk il-GIE li diġà ingħataw l-awtorizzazzjoni għad-deprezzament antiċipat mill-awtoritajiet tat-taxxa.

(25)  Fid-data tad-dħul fis-sistema tat-TT.

(26)  Fid-data meta s-sjieda tal-bastiment tiġi ttrasferita lill-kumpanija tat-tbaħħir.

(27)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna17.

(28)  Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).

(*1)  Sigriet kummerċjali/informazzjoni kunfidenzjali.

(30)  […].

(31)   ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3. Ara l-paragrafu 14.

(32)  Ara d-Deċiżjoni 2009/809/KE tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Lulju 2009, fil-każ C 4/07, il-Pajjiżi l-Baxxi, Groepsrentebox.

(33)  TRLIS: verżjoni konsolidata tal-Liġi tat-Taxxa Korporattiva.

(34)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 15.

(35)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 16.

(36)  Ara l-Artikolu 11(1)(d) tat-TRLIS, u l-Artikolu 5 tar-RIS.

(37)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat C 46/2004, tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza skont l-Artikolu 39 CA tal-Kodiċi tat-Taxxa Ġenerali (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 43).

(38)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 20.

(39)  Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa skont it-tunnellaġ għall-GIE tikkostitwixxi problema, minħabba li fil-fatt jintużaw bastimenti li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu u jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida Marittimi.

(40)   “Din id-ispożizzjoni tapplika għall-bastimenti, id-dgħajjes u l-istrutturi tat-tbaħħir kollha, ikun xi jkun l-oriġini, it-tunnellaġġ jew l-attività tagħhom. Barra minn hekk, tapplika għall-kumpaniji tat-tbaħħir kollha li joperaw bastimenti (…) kemm jekk ikunu sidien tagħhom, kif ukoll jekk jużawhom, taħt kuntratt ta’ lokazzjoni, ġarr jew kwalunkwe forma oħra aċċettata fil-leġiżlazzjoni eżistenti”.

(41)  Ara d-Deċiżjoni C(2002) 582 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Frar 2002, Taqsima 2.4 Benefiċjarji: “Jistgħu jkunu eliġibbli għal din is-sistema tat-taxxa speċjali l-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tal-kumpaniji tat-tbaħħir imsemmija fil-leġiżlazzjoni Spanjola, li d-dmirijiet tagħhoma jikkonċernaw l-użu ta’ bastimenti li huma tagħhom jew li huma lokati”.

(42)  Ara, b’mod partikolari, l-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2011 mill-awtoritajiet Spanjoli bħala tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4494 finali, taqsima 3.2.3.2.Allegazzjoni ta’ għajnuna mill-istat ġdida: L-Artikolu 50(3) il-paragrafu 9 tar-RIS: “… il-kunċett ta’ ‘użat’, fl-ambitu tat-Taxxa Korporattiva jintuża għal dawk l-elementi li ġew użati minn parti terza minflok mill-persuna taxxabbli nnifisha li titlob l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni speċifika.”

(43)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2006, fil-każ C 46/04, GIE Fiscaux; 8.5.2001 fil-każ C 31/98 Brittany Ferries; 16.12.2003 fil-każ N 474/03 Air Caraïbes u 20.5.2008 fil-każ C 74/99 Le Levant.

(44)  Issir referenza għal-Liġi 27/92 Spanjola. B’dan il-mod, il-benefiċjarji jistgħu jkunu kumpaniji li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Spanja jew kumpaniji stabbiliti fl-UE bi stabbilimenti sekondarji fi Spanja.

(45)  Ara l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 5 2001, fil-każ C 31/98 (ĠU L 12, 15.1.2002, p. 33).

(47)  Ċentri ta’ koordinazzjoni (DE), Ċentri ta’ Koordinazzjoni u Kumpaniji finanzjarji (LU), Ċentri ta’ Koordinazzjoni Vizcaya (ES), Kwartieri ġenerali u Puli Internazzjonali ta’ Teżor (FR), Introjtu Barrani (IE), Attivitajiet Internazzjonali ta’ Finanzjament (NL).

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-każ dwar l-deprezzament tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin (C 45/07, ĠU L 135, 21.5.2011, p. 1).

(49)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Italja favur ditti kbar f’diffikultà (ĠU L 79, 17.3.2001, p. 29).

(50)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-iskema ta’ track records tal-Kunsill tal-Gżejjer Orkney (ĠU L 211, 21.8.2003, p. 49) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2003 dwar is-self għax-xiri ta’ kwoti tas-sajd fil-Gżejjer Shetland (ĠU L 211, 21.8.2003, p. 63).

(51)  B’mod partikolari l-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2011.

(52)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Mejju 2001, dwar l-għajnuna mill-istat implimentata minn Franza favur l-kumpanija Bretagne Angleterre Irlande (“BAI” jew “Brittany Ferries”) (ĠU L 12, 15.1.2002, p. 33).

(53)  Ara Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Parlament Spanjol, Kamra tad-Deputati, Leġiżlatura VII, Serje A: Abbozzi ta’ Liġi, Nru. 50-1, l-10 ta’ Ottubru 2001, p. 22 sa 25 (http://www.congreso.es).

(54)  Il-każ dwar Għajnuna mill-istat C 66/2003, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2004, dwar l-għajnuna mill-istat li l-Pajjiżi l-Baxxi qegħdin jippjanaw li jimplimentaw favur erba’ tarzni biex tgħinhom f’sitt kuntratti ta’ kostruzzjoni ta’ bastimenti (ĠU L 39, 11.2.2005, p. 48).

(55)  Għajnuna mill-Istat C 46/2004, Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza skont l-Artikolu 39 CA tal-Kodiċi tat-Taxxa Ġenerali, (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 43).

(56)  Ittra tad-9 ta’ Marzu 2009.

(57)  Ara b’mod partikolari il-paragrafu 13.

(58)  Ara l-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2011.

(59)  Notifiki rreġistrati bin-numri N 601 sa N 606/2002.

(60)  Ara l-ittra tal-11 ta’ Novembru 2003, ĠU C 11, 15.1.2005, p. 5.

(61)  Ara d-Deċiżjoni C(2004) 2213, ĠU L 39, 11.2.2005, p. 48.

(62)  Ara l-Premessa 24 tad-Deċiżjoni C(2004) 2213.

(63)  Ara d-Deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2003, ĠU L 204 tat-13.8.2003, p. 51 (IE); Deċiżjoni tas-17.2.2003, ĠU L 180, 8.7.2003, p. 52 (NL); żewġ Deċiżjonijiet tas-16.10.2002, ĠU L 153, 20.6.2003, p. 40 u ĠU L 170, 9.7.2003, p. 20 (LU); Deċiżjoni tat-22.8.2002, ĠU L 31, 6.2.2003, p. 26 (ES); Deċiżjoni tal-5.9.2002, ĠU L 177, 16.7.2003, p. 17 (DE); Deċiżjoni tal-11.12.2002, ĠU L 330, 18.12.2003, p. 23 u Deċiżjoni tat-13.5.2003, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1 (FR); Deċiżjoni tal-24.6.2003, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14 (BE); u Deċiżjoni tat-30.3.2004, ĠU L 29, 2.2.2005, p. 24 (UK).

(64)  Spanja ppubblikat id-deċiżjoni tat-taxxa fl-1 ta’ Diċembru 2008:

http://petete.meh.es/Scripts/know3.exe/tributos/CONSUVIN/texto.htm?Consulta=CONSULTA&Pos=7262 (last consulted on 19.6.2013).

(65)   La Gerencia Naval (http://www.gernaval.org/) impriża pubblika, skont l-istatut tagħha, approvat mid-Digriet Irjali 3451/2000 tal-22 ta’ Diċembru 2000 (BOE, 11.1.2001).

(66)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12.1.2011 fil-każ C-45/2007, premessa 192 (ĠU L 135, 21.5.2011, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13.11.2007 fil-każ C-15/2002, premessa 85 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 7); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9.3.2004 fil-każ C-33/2003, premessi 47, 48 u 66 (ĠU L 190, 22.7.2005, p. 13); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Mejju 2000, fil-każ C-68/1999, Premessa 73 (ĠU L 79, 17.3.2001, p. 29).

(67)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(68)  Ara l-kawża C-75/97 Belgju v il-Kummissjoni (Maribel bis/ter) [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 32.

(69)  Ara, b’mod partikolari, l-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2011 mill-awtoritajiet Spanjoli bħala tweġiba għad-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali tal-Kummissjoni, taqsima 3.2.2. Arranġamenti tat-trasparenza li jgħoddu għall-GIE, l-ewwel paragrafu: “Skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1 tal-Liġi 12/1991, tad-29 ta’ April, dwar il-Gruppi b’Interess Ekonomiku …, dawn l-entitajiet għandhom personalità legali separata, għandhom natura kummerċjali u għandhom il-kapaċità biex iwettqu attivitajiet ekonomiċi”.

(70)  Ara l-kawża 118/85, il-Kummissjoni v l-Italja, [1987] Ġabra 2599, paragrafu 7; il-kawża C-35/96, il-Kummissjoni v l-Italja, [1998] Ġabra I-3851, paragrafu 36; Il-kawżi konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u oħrajn [2000] Ġabra I-6451, paragrafu 75.

(71)  Ara l-kawża C-172/03 Heiser [2005] Ġabra I-1627, paragrafu 40.

(72)  Din l-ispiża addizzjonali li tikkorrispondi għad-differenza pożittiva bejn l-ispiża mnaqqsa għal finijiet ta’ taxxa skont l-Artikolu 115 u l-ispiża mdaħħla fil-kontijiet għandha tiġi indikata fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju.

(73)  Ara l-kawża C-295/97 Piaggio [1999] ECR I-3735, paragrafu 39, u l-każistika ċitata.

(74)  Ara l-kawżi konġunti T-92/00 u T-103/00 Diputación Foral de Álava v il-Kummissjoni [2002] ECR II-1385, paragrafu 58.

(75)  Ibidem, paragrafu 35.

(76)  L-Artikolu 115(11) TRLIS: “Il-Ministeru (…) jista’ jistabbilixxi, skont il-proċedura li tiġi stabbilita bir-regolament, il-ħin li jirreferi għalih il-paragrafu 6, b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-perjodu tal-kuntratt jew tal-kostruzzjoni tal-assi, kif ukoll għas-singularitajiet tal-użu ekonomiku tiegħu, sakemm din id-determinazzjoni ma taffettwax il-kalkolu tal-bażi taxxabbli li toħroġ mill-użu effettiv tal-assi, jew id-dħul li joħroġ mit-trasferiment tas-sjieda tiegħu,li jridu jiġu determinati skont ir-regoli tas-sistema ġenerali tat-taxxa jew tas-sistema speċjali (…)” (l-enfasi miżjuda).

(77)  L-Artikolu 49(3) RIS: “L-applikazzjoni għandha mill-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja: c) Prova tal-karatteristiċi speċifiċi tal-użu tal-assi. Għandhom jiġu pprovduti r-rapporti legali u finanzjarji dwar tal-użu li għalih se jkun maħsub l-assi akkwistat permezz tal-lokazzjoni finanzjarja, filwaqt li jiġu indikati l-arranġamenti kuntrattwali speċifiċi li se jintużaw u l-flussi finanzjarji, pożittivi jew negattivi, li se jseħħu.”

(78)  Ittri mill-awtoritajiet Spanjoli tas-27 ta’ Marzu 2008, l-10 ta’ Marzu 2010 u s- 27 ta’ Lulju 2010 fejn ġew miġbura l-awtorizzazzjonijiet maħruġa sal-aħħar ta’ Ġunju 2010.

(79)   “(…) l-awtoritajiet Spanjoli jiċħdu li kienu kkonfermaw “fil-prattika”, kif iddikjarat fil-paragrafu (34) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li huma biss l-assi li sussegwentement jgħaddu għas-sistema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ li jkunu eliġibbli għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 115.11 tat-TRLIS.”

(80)  L-awtoritajiet Spanjoli sempliċiment enfasizzaw id-diffikultà interpretattiva li jintroduċu r-rekwiżit, stabbilita mil-leġiżlatur, li jissuġġetta l-applikazzjoni tad-deprezzament antiċipat għan-nuqqas ta’ effetti fil-kalkolu tal-bażi taxxabbli li toħroġ mill-użu effettiv tal-assi kif ukoll fid-dħul li joħroġ mit-trasferiment tiegħu.

(81)  Apparentament, il-kuntratt ta’ lokazzjoni mingħajr ekwipaġġ bejn il-GIE u l-kumpanija tat-tbaħħir jirriżulta mill-interpretazzjoni ta’ waħda mill-kundizzjonijiet imposti fl-Artikolu 48 tat-TRLIS u jkun suġġett għal rieżami u awtorizzazzjoni tal-awtorità tat-taxxa.

(82)  B’mod partikolari, l-Artikolu 49 tar-RIS.

(83)  L-Artikolu 49(4) tar-RIS: “Id-Direttorat Ġenerali tat-Taxxa jista’ jikseb mill-kontribwent, id-dejta, ir-rapporti, ir-rekords u d-dokumenti ta’ appoġġ kollha meħtieġa”.

(84)   ĠU C 384, 10.12.1998.

(85)  Ara l-Komunikazzjoni dwar għajnuna fiskali, taqsima dwar prattiki amministrattivi diskrezzjonali, paragrafi 21 u 22.

(86)  Kawża C-241/94 France v il-Kummissjoni (Kimberly Clark Sopalin) [1996] Ġabra I-4551.

(87)  Ara d-Deċiżjoni C(2002) 582 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Frar 2002, Taqsima 2.12.1. Tnaqqis kapitali: “Il-qligħ kapitali miksub qabel id-dħul fis-seħħ tat-taxxa għal kull tunnellaġġ huwa suġġett għal tassazzjoni ordinarja skont ir-regoli ġenerali tat-taxxa korporattiva applikabbli fil-mument tal-bejgħ tal-bastiment. Biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-dispożizzjoni jiġi stabbilit l-obbligu li tiġi pprovduta riżerva ugwali għad-differenza bejn il-valur normali tas-suq u l-valur nett tal-kontabilità ta’ kull bastiment, b’hekk tirrifletti l-qligħ kapitali tal-bastiment li jidħol f’din l-iskema. Din ir-riżerva hija ntaxxata bis-sħiħ jekk tiġi ttrasferita s-sjieda tal-bastiment. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni fiskali, meta ssir il-bidla lejn l-iskema l-ġdida, id-differenza pożittiva possibbli bejn it-tnaqqis fiskali u dak tal-kontabbiltà tiġi intaxxata bis-sħiħ ukoll bir-rati normali fil-mument tal-bejgħ tal-bastiment, biex b’hekk jiġi evitat li tnaqqis tal-kontabilità aktar baxx minn dak fiskali jittrasforma ruħu fi qligħ kapitali nominali aktar baxx u, għalhekk tiġi evitata parzjalment it-tassazzjoni sħiħa fuq il-qligħ kapitali”. (enfasi miżjuda)

(88)  Ara l-Premessa 73 tad-Deċiżjoni C(2011) 4494 finali tal-Kummissjoni.

(89)  Ara http://petete.meh.es/scripts/know3.exe/tributos/CONSUVIN/texto.htm?NDoc=12728&Consulta=buques&Pos=230

(90)  Ara b’mod partikolari, il-kawża 730/79, Philip Morris v il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671, paragrafu 11; il-Kawża C-53/00 Ferring [2001] Ġabra I-9067, paragrafu 21; il-kawża C-372/97 l-Italja v il-Kummissjoni, 2004 Ġabra I-3679, paragrafu 44.

(91)  Il-kawża T-214/95, Het Vlaamse Gewest v il-Kummissjoni, 1998 Ġabra II-717.

(92)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(93)  Kif spjegat fil-paragrafi 5.3.2.1 u 5.3.2.3, il-Kummissjoni ma tqisx li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 115(6) (deprezzament aċċellerat) u tal-Artikolu 48 tat-TRLIS (status legali tal-GIE) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(94)  Ara l-Linji Gwida Marittimi, taqsima 3.1, Trattament Fiskali tal-kumpaniji tat-tbaħħir, paragrafu 12: “Dawn il-Linji Gwida japplikaw biss għat-trasport marittimu”.

(95)  Ara l-Linji Gwida Marittimi, Taqsima 3.1, Trattament fiskali tal-kumpaniji tat-tbaħħir, paragrafi 11, 12 u 16: “kumpaniji tal-immaniġġjar tal-basitmenti jistgħu jikkwalifikaw għal għanjuna biss għal bastimenti li ikunu ġew assenjati l-ekwipaġġ sħiħ u l-immaniġġjar tekniku tagħhom. … biex ikun eleġibbli, il-maniġers ta’ bastiment iridu jassumu mingħand is-sidien ir-responsabbiltà sħiħa tal-operat tal-bastiment kif ukoll jieħdu mingħand is-sidien id-doveri u r-responsabbiltajiet imposti mill-kodiċi ISM”; ‘Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-irmonk fuq il-baħar ta’ bastimenti oħra, pjattaformi taż-żejt, eċċ. taqa’ taħt dik id-definizzjoni. ‘u’ “ “l-attivitajiet ta’ tħammil” fil-prinċipju mhumiex eliġibbli għall-għajnuna għat-trasport marittimu. Madankollu, is-sistemi fiskali għall-kumpaniji (bħat-taxxa skont it-tunnellaġġ) jistgħu jiġu applikati għal dawk il-bastimenti tat-tħammil li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fi “trasport marittimu”…”

(96)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002, fil-każ N 504/02, l-Irlanda, Introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tunnellaġġ, premessa 28; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20.12.2011 fil-każ SA.30515, Finlandja, Modifiki tal-iskema tal-għajnuna tat-taxxa skont it-tunnellaġġ, premessa 10.

(97)  Ara l-Linji Gwida Marittimi, punt 2.2. Objettivi ġenerali tal-linji gwida riveduti dwar għajnuna mill-Istat.

(98)  Ara t-Taqsima 2.4. Benefiċjarji: “Jistgħu jkunu eliġibbli għal din is-sistema tat-taxxa speċjali l-entitajiet tat-tbaħħir irreġistrati fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri tal-kumpaniji tat-tbaħħir imsemmija fil-leġiżlazzjoni Spanjola, li d-dmirijiet tagħhom jikkonċernaw l-użu ta’ bastimenti li huma proprjetà jew mikrija”, u t-taqsima 2.5: Attivitajiet/bastimenti kkwalifikati: “L-iskema tat-taxxa skont it-tunnellaġġ tkopri biss dħul minn bastimenti tat-tbaħħir imħaddma f’attivitajiet ta’ trasport bil-baħar. Attivitajiet li jikkwalifikaw huma mmirati li jinkludu biss trasport marittimu”.

(99)  Huwa mfakkar li l-GIE, bħal forom oħra ta’ kumpaniji, jistgħu, fil-prinċipju, jikkwalifikaw għat-TT jekk iwettqu attivitajiet eliġibbli.

(100)  Linji gwida komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu, ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5 (applikabbli sas-16.1.2004), ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3 (applikabbli mis-17.1.2004).

(101)  Qafas applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għall-Kostruzzjoni ta’ bastimenti, ĠU C 317 tat-30.12.2003, p. 11. Madankollu, minħabba li t-tarzni mhumiex benefiċjarji tal-għajnuna u minħabba li mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat fluss ekonomiku għall-benefiċċju tagħhom, mhuwiex meħtieġ li tiġi evalwata l-għajnuna mogħtija skont dan il-Qafas.

(102)  Ara l-Linji Gwida Marittimi, Taqsima 2.1, Ambitu tal-linji gwida riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat, l-ewwel paragrafu: “Dawn il-Linji Gwida jkopru l-għajnuna kolla għat-trasport marittimu mogħtija mill-Istati Membri jew permezz ta’ riżorsi pubbliċi”, u t-taqsima 3.1, Trattament fiskali tal-kumpaniji li jippossedu bastimenti, it-12-il paragrafu: “Dawn il-Linji Gwida japplikaw biss għat-trasport marittimu”.

(103)  Ara l-Linji Gwida Marittimi, Taqsima 3.1, Trattament fiskali tal-kumpaniji li jippossedu bastimenti, l-aħħar paragrafu: “il-vantaġġi fiskali msemmija għandhom jiġu limitati għall-attivitajiet ta’ tbaħħir; jekk kumpanija li tippossedi bastimenti tkun involuta wkoll f’attivitajiet kummerċjali oħra, irid ikollha kontabilità trasparenti biex tiżgura s-separazzjoni tal-attivitajiet li mhumiex relatati mat-tbaħħir”.

(104)  Għajnuna mill-Istat C 46/2004, Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20.12.2006, dwar is-sistema ta’ għajnuna implimentata minn Franza skont l-Artikolu 39 CA tal-Kodiċi tat-Taxxa Ġenerali (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 43).

(105)  Kif diġà indikat, Spanja invokat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2002 li tawtorizza s-sistema Spanjola ta’ taxxa skont it-tunnellaġġ bħala bażi tal-kompatibbiltà. Tabilħaqq, il-konklużjoni li s-sistema tat-TT hija kompatibbli mas-suq intern hija bbażata fuq il-Linji Gwida Marittimi.

(106)  Dan il-limitu japplika biss għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna identifikati fil-linji gwida: miżuri fiskali u soċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività, tibdil tal-ekwipaġġ, għajnuna ta’ investiment u għajnuna reġjonali.

(107)  Ara l-Kawżi konġunti T-115/09 u T-116/09 Electrolux AB and Whirlpool Europe BV v il-Kummissjoni.

(108)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ April 2005 fil-każ C-110/03, Belġju v il-Kummissjoni, paragrafu 71, u l-ġurisprudenza msemmija fiha.

(109)  Ċentri ta’ Koordinazzjoni (DE); Ċentri ta’ Koordinazzjoni u Kumpaniji Finanzjarji (LU), Ċentri ta’ Koordinazzjoni f’Vizcaya (ES); Kwartieri Ġenerali u Puli Internazzjonali ta’ Teżor (FR); Dħul Barrani (IE); Attivitajiet ta’ Finanzjament Internazzjonali (NL).

(110)  Tweġiba tat-12 ta’ Lulju 1990 għall-mistoqsija bil-miktub Nru 1735/90 tas-Sur G. de Vries lill-Kummissjoni (ĠU C 63, 11.3.1991, p. 37).

(111)  Il-Kawża C 167/06 P Komninou u oħrajn v il-Kummissjoni, paragrafu 63, u l-kawża C-537/08 P Kahla Thüringen Porzellan v il-Kummissjoni [2010] Ġabra I-12917, paragrafu 63.

(112)  Kawżi konġunti C-182/03 u C-217/03 il-Belġju u Forum 187 v il-Kummissjoni [2006] Ġabra I 5479, paragraph 147; Il-Kawża C-167/06 P Komninou u oħrajn v il-Kummissjoni [2007] Ġabra I-141, paragraph 63; Il-Kawża T-107/02 GE Betz v OHIM - Atofina Chemicals (BIOMATE), [2004] Ġabra II-1845, paragrafu 80„ [2004] Ġabra II- 1845, paragrafu 80, u l-ġurisprudenza ċċitata.

(113)  Il-każ C 289/81, Mavridis/Parlament, 1983 Ġabra 1731; il-każ T-290/97, Mehibas Dordtselaan BV/Kummissjoni, 2000 Ġabra II-15, paragrafu 59. Ara wkoll il-każ 265/85, 1987 Ġabra 1155, paragrafu 44; u l-każ C-152/88 Sofrimport/il-Kummissjoni, 1990 Ġabra I-153, paragrafu 26.

(114)  Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ġodda ta’ għajnuna u jitolbuha għall-approvazzjoni qabel ma jiġu applikati. Il-Kapitolu II tar-Regolament ta’ proċedura (ĠU L 83, 27.3.1999) jistabbilixxi proċedura dettaljata għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 għall-għajnuna mill-Istat.

(115)  Ara l-Kawżi konġunti C-183/02 P u C-187/02 P Demesa u Territorio Histórico de Álava v il-Kummissjoni, [2004] Ġabra I-10609, paragrafi 44-45 u 52.

(116)  Ara l-Kawżi Konġunti T-427/04 u T-17/05 Franza v il-Kummissjoni (France Télécom) [2009] Ġabra II-4315, paragrafu 263.

(117)  Ara l-premessa 187 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(118)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Pajjiżi l-Baxxi qiegħdin jippjanaw li jimplimentaw favur erba’ tarzni taħt sitt kuntratti ta’ bini tal-bastimenti.

(119)  Ara t-Tabella 2 tal-premessa 9 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2003 (ĠU C 11, 15.1.2004, p. 7).

(120)  Ara l-premessa 8 ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2003: “L-għajnuna nnotifikata għandha l-għan li tikkumpensal-għajnuna li, skont il-Pajjiżi l-Baxxi, ipproponiet Spanja lil ċerti tarzni privati Spanjoli. Il-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu li (…) il-prezzijiet offruti mit-tarzni Spanjoli jinkludu sussidji ta’ rati ta’ imgħax għall-finanzjament għall-esportazzjoni bl-appoġġ tal-awtoritajiet Spanjoli skont id-Digriet Irjali 442/94”.

(121)   ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1.

(122)   ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11.

(123)  Ara l-premessa 24 tad-Deċiżjoni finali tat-30 ta’ Ġunju 2004 imsemmija hawn fuq: “Fil-proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha finalment tiddependi fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Istat Membru li jagħti jew ikun ta l-allegata għajnuna.”.

(124)  Ara l-premessa 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2003, imsemmija hawn fuq.

(125)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tal-negozju (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).

(126)  Ara l-kawżi konġunti C-74/00 P u C-75/00 P Falck u Acciaierie di Bolzano v il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-7869, paragrafu 140.

(127)  Ara l-kawża T-308/00 Salzgitter v il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-1933.

(128)  Kawża C-408/04P il-Kummissjoni v Salzgitter [2008] Ġabra I-2767.

(129)  Fil-prattika, l-ewwel operazzjonijiet STL jidhru li ġew konklużi minn Lulju 2002.

(130)   ĠU L 12, 15.1.2002, p. 33.

(131)  Tmien talbiet għal informazzjoni intbagħtu Spanja fid-dati li ġejjin: 15.9.2006, 30.1.2007, 6.11.2007, 5.2.2008, 3.3.2008, 23.9.2008, 11.1.2010, 12.5.2010.

(132)  Ara l-premessa 196 tad-Deċiżjoni.

(133)  Ara b’mod partikolari, il-kawża C-348/93, il-Kummissjoni v l-Italja, 1995, Ġabra I-673, paragrafu 26.

(134)  Il-kawża C-277/00 il-Ġermany v il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3925, paragrafu 76.

(135)  Il-Kawża C-350/93 il-Kummissjoni v l-Italja [1995] Ġabra I-699, paragrafu 22.

(136)  Is-sentenza fil-Kawża C-275/10 tat-8 ta’ Diċembru 2011, Residex Capital IV, għadha mhux ippubblikata, paragrafi 43 sa 45.

(137)  Ara, b’analoġija, il-kawża C-126/97, Eco Swiss China Time, 1999 Ġabra I-3055, paragrafi 36 sa 41.

(138)   ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(139)   ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna rċevuta, biex jiġu rkuprati u diġà rkuprati

Identità tal-benefiċjarju

Ammont totali tal-għajnuna rċevuta taħt is-sistema (*1)

Ammont totali tal-għajnuna biex tiġi rkuprata (*1)

(Kapital)

Ammont totali diġà rimborżat (*1)

Kapital

Imgħax tal-rkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(*1)  Miljuni fil-munita nazzjonali.