29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Marzu 2014

dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal pjan ta’ kontroll ikkoordinat sabiex tiġi stabbilita l-prevalenza ta’ prattiki qarrieqa fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel

(notifikata bid-dokument C(2014) 1912)

(2014/176/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 66 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/180/UE (2) tipprevedi ċiklu ieħor ta’ kontrolli kkoordinati li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri sabiex tiġi stabbilita l-okkorrenza kontinwa ta’ prattiki qarrieqa fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel.

(2)

Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni bla xkiel u malajr ta’ dan il-pjan, l-Unjoni għandha tagħti appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri li jwettqu l-kontrolli uffiċjali previsti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

(3)

Abbażi tal-kalkoli li saru wara l-ewwel ċiklu ta’ testijiet, huwa stmat li l-ispejjeż biex jitwettqu t-testijiet tad-DNA biex jiġi stabbilit jekk hemmx laħam taż-żwiemel fl-ikel imqiegħed fis-suq u/jew ittikkettat bħala ikel li fih iċ-ċanga huma ta’ EUR 120 għal kull test. Ir-rata standard ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għall-pjanijiet ta’ kontroll ikkoordinati hija ta’ 50 %.

(4)

Iċ-ċentru għar-riċerka agronomika msejjaħ “Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W)”, li jinsab f’Gembloux fil-Belġju, bħalissa għandu l-istatus ta’ laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għat-testijiet li huma l-iktar rilevanti għal dan il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat. Il-Kummissjoni talbet l-għajnuna ta’ dan iċ-ċentru sabiex jiġi armonizzat il-metodu tat-testijiet użat f’dan il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat. Dan huwa kompitu addizzjonali, li mhux inkluż fil-programm ta’ ħidma eżistenti ta’ dan iċ-ċentru bħala laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea. Huwa stmat li l-ispiża ta’ dan il-kompitu addizzjonali hija ta’ mhux aktar minn EUR 20 000, u l-Kummissjoni għandha tagħti kumpens għal 100 % ta’ din l-ispiża.

(5)

Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament Finanzjarju) u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4), l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi nfiq mill-baġit u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li jkunu ngħataw is-setgħa jagħmlu dan mill-istituzzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-kriterji tal-eliġibbiltà.

(6)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata bil-kundizzjoni li jkunu twettqu t-testijiet u l-analiżi u li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu t-tagħrif neċessarju kollu fil-limiti taż-żmien stipulati f’din id-Deċiżjoni. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, l-infiq kollu ppreżentat biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għalih għandu jingħata f’euro. Għandha tiġi stabbilita r-rata tal-kambju għall-infiq mogħti f’munita li ma tkunx l-euro,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż li l-Istati Membri jagħmlu biex japplikaw il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat imsemmi fir-Rakkomandazzjoni 2014/180/UE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni”), b’ammont massimu totali ta’ EUR 145 440.

2.   L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż li ċ-ċentru għar-riċerka agronomika msejjaħ “Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W)”, li jinsab f’Gembloux fil-Belġju, jagħmel biex jikkalibra u jikkoordina l-metodu tat-testijiet għal speċi tal-annimali li ma jkunux iddikjarati fil-laħam u fil-prodotti tal-laħam, b’ammont massimu totali ta’ EUR 20 000.

3.   L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ffinanzjati mill-intestatura baġitarja bin-numru 17.0403.

Artikolu 2

Spejjeż eliġibbli għall-Istati Membri

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tingħata bħala rimborż ta’ 50 % mill-ispejjeż tat-testijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw il-pjan ta’ kontroll imsemmi fil-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

2.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma tistax taqbeż:

(a)

ammont medju ta’ EUR 60 għal kull test;

(b)

l-ammonti indikati fl-Anness I.

3.   L-ispejjeż indikati fl-Anness II biss għandhom ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni.

Artikolu 3

Spejjeż eliġibbli għaċ-ċentru msejjaħ “Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W)”, li jinsab f’Gembloux fil-Belġju

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tingħata bħala rimborż ta’ 100 % mill-ispejjeż tal-kompiti marbutin mal-kalibrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-metodu tat-testijiet użat fil-pjan ta’ kontroll ikkoordinat imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

2.   Huma eliġibbli l-ispejjeż li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż tal-persunal li jkun assenjat, b’mod speċifiku u għalkollox jew parzjalment, biex iwettaq il-kompiti fil-bini tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għall-pagi reali, flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ma’ spejjeż statutorji oħrajn li huma inklużi fir-rimunerazzjoni;

(b)

l-ispejjeż tal-oġġetti tal-konsum marbutin mat-tħejjija tal-kampjuni standard;

(c)

l-ispejjeż tat-trasport;

(d)

l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tal-għadd totali tal-ispejjeż imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

3.   Għandu jintbagħat rapport dwar l-ispejjeż sal-31 ta’ Awwissu 2014, fil-format mogħti fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Regoli tal-eliġibbiltà

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-testijiet iridu jkunu saru skont il-kundizzjonijiet mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

(b)

l-Istati Membri jridu jkunu taw lill-Kummissjoni r-rapport imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni sal-iskadenza msemmija f’dik ir-Rakkomandazzjoni;

(c)

sal-31 ta’ Awwissu 2014, l-Istati Membri jridu jkunu taw lill-Kummissjoni, f’forma elettronika, rapport finanzjarju fil-format stipulat fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 1 f’każijiet fejn ma jitħarsux il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis in-natura u l-gravità tan-nuqqas ta’ konformità u t-telf finanzjarju potenzjali għall-Unjoni.

3.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtuha prova dokumentarja tal-ispejjeż li jkunu għamlu, li għalihom ikunu qed jitolbu rimborż skont l-Artikolu 2.

Artikolu 5

Munita u rata tal-kambju

1.   L-infiq kollu ppreżentat mill-Istati Membri biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għalih għandu jingħata f’euro u la għandu jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u lanqas m’għandu jinkludi xi taxxa oħra.

2.   F’każ li l-infiq ta’ Stat Membru jkun f’munita li ma tkunx l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaqleb dak l-ammont f’euro billi juża l-aħħar rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-Istat Membru jressaq l-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/180/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar it-tieni pjan ta’ kontroll ikkoordinat sabiex tiġi stabbilita l-prevalenza ta’ prattiki qarrieqa fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel (Ara paġna 64 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).


ANNESS I

L-AMMONT MASSIMU TAL-KONTRIBUZZJONI TAL-UE MSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(B)

Stat Membru

Għadd irrakkomandat tal-kampjuni

L-għadd tal-kampjuni estrapolati fit-tieni ċiklu (5 %)

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull test

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull Stat Membru

Il-kontribuzzjoni TOTALI tal-UE

Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit, Spanja u l-Polonja

150

8

60

9 480

56 880

Ir-Rumanija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Greċja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Iżvezja, l-Awstrija u l-Bulgarija

100

5

60

6 300

63 000

Il-Litwanja, is-Slovakkja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Latvja u l-Kroazja

50

3

60

3 180

22 260

Is-Slovenja, l-Estonja, Ċipru, il-Lussemburgu u Malta

10

1

60

660

3 300

AMMONT TOTALI

 

 

 

 

145 440


ANNESS II

L-INFIQ ELIĠIBBLI MSEMMI FL-ARTIKOLU 2(3)

L-infiq eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għat-twettiq tat-testijiet imsemmija f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni għandu jkun limitat għall-ispejjeż tal-Istati Membri għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

għax-xiri tal-kitts tat-testijiet, tar-reaġenti u tal-oġġetti tal-konsum kollha li jistgħu jiġu identifikati, u b’mod speċjali dawk li jintużaw biex jitwettqu t-testijiet;

(b)

għall-persunal, ikun xi jkun l-istatus tiegħu, li jkun assenjat, b’mod speċifiku u għalkollox jew parzjalment, biex iwettaq it-testijiet fil-bini tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għall-pagi reali, flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ma’ spejjeż statutorji oħrajn li huma inklużi fir-rimunerazzjoni; u

(c)

l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tal-għadd totali tal-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b), sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed juża laboratorju kummerċjali.


ANNESS III

Ir-rapport finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(1)(c)

DNA

Persunal

Sigħat

Spiża fis-siegħa

Spiża tal-persunal

(1)

(2)

(3)

Formula

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sottototal tal-persunal

(5)

Kitts tat-testijiet, reaġenti u oġġetti tal-konsum

Kwantità

Spiża għal kull unità

Spiża totali

(6)

(7)

(8)

Formula

 

 

 

 

 

 

 

 

Sottototal tal-oġġetti tal-konsum

(10)

AMMONT TOTALI

Formula

Ammont totali, inklużi l-ispejjeż ġenerali

(11) × (1,07)


Ir-rapport finanzjarju alternattiv imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) li għandu jintbagħat f’każ li jintuża laboratorju kummerċjali

Isem il-laboratorju kummerċjali

 

L-għadd ta’ kampjuni li ntbagħtu lil-laboratorju

 

L-għadd totali tal-fattura tal-laboratorju kummerċjali

 

 

 

 

 


ANNESS IV

IR-RAPPORT FINANZJARJU MSEMMI FL-ARTIKOLU 3(3)

Persunal

Kategorija

Sigħat

Spiża fis-siegħa

Spiża tal-persunal

(1)

(2)

(3)

Formula

 

 

 

 

 

 

 

 

Oġġetti tal-konsum

Kategorija

Kwantità

Spiża għal kull unità

Spiża tal-oġġetti tal-konsum

(5)

(6)

(7)

Formula

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż tat-trasport

Speċifika

Kwantità

Spiża għal kull unità

Spiża tat-trasport

(9)

(10)

(11)

Formula

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI

Formula

 

 

AMMONT TOTALI + l-ispejjeż ġenerali

Formula