|
25.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Novembru 2013
dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni
(2014/163/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fid-19 ta’ Diċembru 2012. |
|
(2) |
Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) huwa hawnhekk approvat f’isem l-Unjoni (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 117, 27.4.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.
(2) Id-data li minnha l-Protokoll swer japplika proviżorjament ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.