|
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/104 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Marzu 2014
li tħassar listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE
(notifikata bid-dokument C(2014) 1742)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/160/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (3) u prevediet listi provviżorji ta’ pajjiżi terzi u stabbilimenti f’pajjiżi terzi imfassla skont id-Deċiżjoni 95/408/KE għandha tibqa’ tapplika mutatis mutandis, sa ma jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa abbażi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jew id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (6). Id-Deċiżjoni kienet tapplika sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, u r-Regolament (KE) Nru 854/2004, jiġifieri sal-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(2) |
Il-listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE għadhom jgħoddu. |
|
(3) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi l-proċedura kif titfassal u tiġi aġġornata l-lista ta’ stabbilimenti li minnhom jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, b’mod partikolari l-paragrafu 5, li jgħid li l-Kummissjoni għandha tirranġa l-verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha mħejjija jew aġġornati li jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku, il-listi ta’ stabbilimenti li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea (7). |
|
(4) |
Għaċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u minħabba t-tfassil ta’ listi ta’ stabbilimenti f’pajjiż terzi li minnhom jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-listi li ġew adottati qabel abbażi tad-Deċiżjoni 95/408/KE skadew u għalhekk jeħtieġ jitħassru formalment għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan qed jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni mniżżlin fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 fuq il-kundizzjonijiet biex isiru, għall-perjodu provviżorju, listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(6) Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).
(7) https://webgate.ec.europa.eu/sanco/traces/output/non_eu_listsPerCountry_mt.htm
ANNESS
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/91/KEE (1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/92/KEE (2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/713/KEE (3)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE (4)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/384/KEE (5)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/402/KEE (6)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/423/KEE (7)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/24/KEE (8)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/539/KEE (9)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/65/KEE (10)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/414/KEE (11)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/473/KEE (12)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/119/KEE (13)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/124/KEE (14)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/257/KEE (15)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/258/KEE (16)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/424/KEE (17)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(89) 1686 (18)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/165/KEE (19)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/432/KEE (20)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/26/KEE (21)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/40/KE (22)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/465/KE (23)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/45/KE (24)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/427/KE (25)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2899 (26)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/4/KE (27)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE (28)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE (29)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE (30)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE (31)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE (32)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/8/KE (33)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/10/KE (34)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/KE (35)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE (36)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/556/KE (37)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/987/KE (38)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/689/KE (39)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/229/KE (40)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/628/KE (41)
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/91/KEE tat-30 ta’ Jannar 1981 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Arġentina approvata għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 58, 5.3.1981, p. 39).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/92/KEE tat-30 ta’ Jannar 1981 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Urugwaj approvata għall-għanijiet ta’ importazzjoni ta’ ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 58, 5.3.1981, p. 43).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/713/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 dwar il-lista tal-istabbilimenti fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ ċanga friska u vitella u laħam ta’ solipedi domestiċi fil-Komunità (ĠU L 257, 10.9.1981, p. 28).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/913/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1982 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u tan-Namibja approvati għall-iskop tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 381, 31.12.1982, p. 28).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/384/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Awstralja approvata għall-iskop tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 222, 13.8.1983, p. 36).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/402/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fin-New Zealand approvati għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 233, 24.8.1983, p. 24).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/423/KEE tad-29 ta’ Lulju 1983 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tal-Paragwaj approvati għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 238, 27.8.1983, p. 39).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/24/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Islanda approvata għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 20, 25.1.1984, p. 21).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/539/KEE tad-29 ta’ Novembru 1985 fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati fi Greenland bil-għan li jimpurtaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 334, 12.12.1985, p. 25).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/65/KEE tat-13 ta’ Frar 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Marokk approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 72, 15.3.1986, p. 40).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/414/KEE tal-31 ta’ Lulju 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Arġentina approvati biex jesportaw prodotti ta’ laħam lejn il-Komunità (ĠU L 237, 23.8.1986, p. 36).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/473/KEE tal-10 ta’ Settembru 1986 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Urugwaj awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 279, 30.9.1986, p. 53).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/119/KEE tat-13 ta’ Jannar 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fil-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità (ĠU L 49, 18.2.1987, p. 37).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/124/KEE tad-19 ta’ Jannar 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fiċ-Ċilì approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, 20.2.1987, p. 41).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/257/KEE tat-28 ta’ April 1987 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Istati Uniti tal-Amerka approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, 9.5.1987, p. 46).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/258/KEE tat-28 ta’ April 1987 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Kanada awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 121, 9.5.1987, p. 50).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/424/KEE tal-14 ta’ Lulju 1987 dwar il-lista tal-istabbilimenti fl-Istati Uniti tal-Messiku approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 228, 15.8.1987, p. 43).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(89) 1686 tat-2 ta’ Ottubru 1989 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fis-Sważiland awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU C 252, 5.10.1989, p. 4).
(19) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/165/KEE tat-28 ta’ Marzu 1990 dwar il-lista ta’ stabbilimienti fil-Madagascar approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 91, 6.4.1990, p. 34).
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/432/KEE tat-30 ta’ Lulju 1990 dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati fin-Namibja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 223, 18.8.1990, p. 19).
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/26/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1992 fuq il-lista ta’ stabbilimenti approvati fir-Repubblika tal-Kroazja bil-għan li jimpurtaw laħam frisk lejn il-Komunità (ĠU L 16, 25.1.1993, p. 24).
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/40/KE tal-25 ta’ Jannar 1994 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fiż-Żimbabwe approvati għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 22, 27.1.1994, p. 50).
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/465/KE tat-12 ta’ Lulju 1994 dwar il-lista tal-istabbilimenti fil-Botswana approvati bil-għan li jiġu importati prodotti tal-laħam fil-Komunità (ĠU L 190, 26.7.1994, p. 25).
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/45/KE tal-20 ta’ Frar 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bil-għan tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 51, 8.3.1995, p. 13).
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/427/KE tas-16 ta’ Ottubru 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika tan-Namibja appruvata għall-għan tal-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam fil-Kommunità (ĠU L 254, 24.10.1995, p. 28).
(26) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2899 tat-30 ta’ Novembru 1995 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Botswana approvati għall-għanijiet tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU C 338, 16.12.1995, p. 3).
(27) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/4/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li tħejji listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur (ĠU L 2, 4.1.1997, p. 6).
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE tal-25 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman (ĠU L 101, 18.4.1997, p. 46).
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE tas-26 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mil-laħam ta’ annimali bovini, swini, ekwidi, nagħaġ u mogħoż (ĠU L 154, 12.6.1997, p. 41).
(30) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE tas-7 ta’ Lulju 1997 li tħejji lista provviżorja ta’ stabilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u tal-laħam tal-kaċċa miżmuma fl-irziezet (ĠU L 199, 26.7.1997, p. 57):
(31) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE tas-7 ta’ Lulju 1997 li tħejji listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ kaċċa ferali (ĠU L 199, 26.7.1997, p. 62).
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE tas-16 ta’ Lulju 1997 li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam (ĠU L 234, 26.8.1997, p. 16).
(33) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/8/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja approvati bil-għan tal-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 2, 6.1.1998, p. 12).
(34) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/10/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 li tħejji listi provviżorji għall-istabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw prodotti preparati mil-laħam ta’ annimali bovini tal-majjal, taż-żiemel u tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 3, 7.1.1998, p. 14).
(35) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/KE tas-27 ta’ Jannar 1999 tfassil ta’ listi provviżorji tal-istabbilimenti tal-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ġlud tal-annimali (ĠU L 36, 10.2.1999, p. 21).
(36) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE tal-15 ta’ Ottubru 1999 li tistabbilixxi listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kapuljat u ikel li fih il-laħam (ĠU L 281, 4.11.1999, p. 82).
(37) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/556/KE tal-11 ta’ Lulju 2001 li tispeċifika listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 23).
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/987/KE tat-13 ta’ Diċembru 2002 fuq il-lista ta’ negozji stabbiliti fil-Gżejjer Falkland li huma approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 344, 19.12.2002, p. 39).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/689/KE tat-2 ta’ Ottubru 2003 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Litwanja awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 21).
(40) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/229/KE tal-5 ta’ Marzu 2004 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Litwanja awtorizzati biex jimportaw laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 39).
(41) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/628/KE tat-2 ta’ Settembru 2004 fuq il-lista ta’ stabbilimenti fi New Ċaledonja li minnha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (ĠU L 284, 3.9.2004, p. 4).