22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/101


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Marzu 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE fir-rigward tal-allokazzjonijiet addizzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew għal ċerti Stati Membri fil-qafas tal-għan tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi

(notifikata bid-dokument C(2014) 1708)

(2014/159/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/476/UE (3), iffissat allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-obbjettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007 sal-2013.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1298/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) bil-għan li jindirizza l-problemi speċifiċi tal-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u l-faqar u l-esklużjoni soċjali f’dawk il-pajjiżi billi jżid pakkett totali ta’ EUR 125 513 290, fi prezzijiet tal-2004, skont il-Fond Soċjali Ewropew.

(3)

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1083/2006 kif emendat jimmodifika r-riżorsi disponibbli għall-objettiv tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi sabiex iżid l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew għal Franza, l-Italja u Spanja b’EUR 111 553 522 fl-2013.

(4)

L-ammonti indikattivi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali taħt l-objettiv tal-Kompetittività Reġjonali u Impjiegi għandhom jiġu riveduti għal dawk l-Istati Membri.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/593/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/593/KE huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għall-għan ta’ kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006, p. 32).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/476/UE tat-30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1298/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 256).


ANNESS

“ANNESS I

Allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi strutturali li jaqgħu taħt l-Għan tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

(EUR)

Stat Membru

Tabella 1 – Ammont tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

Reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi

Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 fil-punt:

10

16

20

23

25

26

28

29

32

Belgïe/Belgique

1 264 522 294

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

172 351 284

4 633 651

199 500 000

 

 

 

 

 

 

 

Danmark

452 135 320

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

8 273 934 718

 

 

 

 

74 812 500

 

 

 

 

Éire/Ireland

260 155 399

 

 

 

 

 

 

 

 

 

España

2 925 887 307

 

 

 

 

 

199 500 000

 

 

16 735 105

France

9 000 763 163

 

 

 

 

 

 

 

99 750 000

69 715 759

Italia

4 539 667 937

 

 

 

 

 

 

209 475 000

 

25 102 658

Lussemburgu

44 796 164

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

1 472 879 499

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Österreich

761 883 269

 

 

 

 

149 625 000

 

 

 

 

Portugal

435 196 895

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Slovensko

398 057 758

7 006 030

 

 

 

 

 

 

 

 

Suomi/Finland

778 631 938

 

 

153 552 511

 

 

 

 

 

 

Sverige

1 077 567 589

 

 

215 598 656

149 624 993

 

 

 

 

 

United Kingdom

5 335 717 800

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

37 194 148 334

11 639 681

199 500 000

369 151 167

149 624 993

224 437 500

199 500 000

209 475 000

99 750 000

111 553 522


(EUR)

Stati Membri

Tabella 2 – Tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Belgïe/Belgique

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

Česká republika

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

54 696 847

54 665 961

54 635 679

Danmark

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

Deutschland

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

Éire/Ireland

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

España

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

463 219 006

France

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 369 789 068

Italia

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

703 551 649

Lussemburgu

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

Nederland

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

Österreich

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

Portugal

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

Slovensko

59 287 258

57 274 995

54 915 823

51 153 834

55 518 251

58 543 272

68 370 355

Suomi/Finland

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

Sverige

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

United Kingdom

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

Totali

5 523 220 006

5 521 207 743

5 518 848 571

5 515 086 582

5 521 026 234

5 524 020 369

5 645 370 692 ”