21.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2014

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 1683)

(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)

(2014/154/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-kumpanija GNOSIS S.p.A talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel.

(2)

Fis-26 ta’ Ottubru 2011, il-korp kompetenti Irlandiż għall-valutazzjoni tal-ikel ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari tiegħu. F’dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fit-28 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati matul il-perjodu ta’ 60 jum li jistabbilixxi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(5)

Fl-14 ta’ Settembru 2012 u fil-5 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u talbitha twettaq valutazzjoni tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala ingredjent tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fil-11 ta’ Settembru 2013, l-EFSA adottat Opinjoni Xjentifika dwar il-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala sors ta’ folat miżjud mas-supplimenti tal-ikel għal għanijiet nutrittivi (2), li tikkonkludi li l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina mhux ta’ tħassib għas-sikurezza bħala sors ta’ folat.

(7)

L-Opinjoni Xjentifika tagħti raġunijiet biżżejjed biex ikun stabbilit li l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala sors ta’ folat jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vitamini u minerali fis-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina għandu jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzji għar-rekwiżiti ta’ din il-leġiżlazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala sors ta’ folat kif jispeċifika l-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.

Artikolu 2

Id-deskrizzjoni tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, awtorizzat b’din id-Deċiżjoni, li tidher fuq it-tikketta tal-prodotti tal-ikel li jkun fihom dan l-ingredjent għandha tkun “l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina” jew “il-glukosammina-5MTHF”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil GNOSIS S.p.A., Via Lavoratori Autobianchi 1, 20832 Desio (MB), l-Italja.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)   The EFSA Journal 2013;11(10):3358.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-AĊIDU (6S)-5-METILTETRAIDROFOLIKU, MELĦ TAL-GLUKOSAMMINA

Id-definizzjoni:

Isem kimiku

N-[4-[[[(6S)-2-ammino-1,4,5,6,7,8-eżaidro-5-metil-4-osso-6-pteridinil]metil]ammino]benżoil]-L-aċidu glutammiku, melħ tal-glukosammina

Formula kimika

C32H51N9O16

Piż molekolari

817,80 g/mol (anidruż)

Deskrizzjoni: Trab ta’ lewn bajdani għal kannella ċar.

Identifikazzjoni:

Nru tal-CAS

1181972-37-1

Purità:

Purità diastereoiżomerika

Mill-inqas 99 % ta’ aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku

It-test tal-glukosammina

34-36 % f’bażi xotta

It-test tal-aċidu 5-metiltetraidrofoliku

54-59 % f’bażi xotta

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 8,0 %

Ċomb

Mhux aktar minn 2,0 ppm

Kadmju

Mhux aktar minn 1,0 ppm

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 ppm

Arseniku

Mhux aktar minn 2,0 ppm

Boron

Mhux aktar minn 10 ppm

Kriterji mikrobijoloġiċi:

L-għadd mikrobjali aerobiku totali

Mhux aktar minn100 cfu/g

Ħmira u moffa totali f’daqqa

Mhux aktar minn100 cfu/g

Escherichia coli

Nieqsa f’10 g