21.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/153/PESK

tal-20 ta’ Marzu 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi li jinsabu f'dik id-Deċżjoni għandhom jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2015.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).