18.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju
(2014/146/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Mawrizju Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, li jagħti lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Mawrizju teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha. |
(2) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (“il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd”) ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/670/UE tad-9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (1). |
(3) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifiki previsti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) ĠU L 300, 30.10.2012, p. 34.
(2) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.