1.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Frar 2014

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

(2014/111/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur Harald NOACK jiskadi fit-28 ta' Frar 2014.

(2)

Għandha għalhekk issir ħatra ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Klaus-Heiner LEHNE huwa b'dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2014 sad-29 ta' Frar 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

K. ARVANITOPOULOS


(1)  Opinjoni tal-4 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).