30.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2014

dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea

(2014/44/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/523/UE (1), il-Memorandum ta’ Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea (l-“MoU rivedut”) ġie ffirmat fil-21 ta’ Ottubru 2013, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(2)

L-MoU rivedut għandu jiġi approvat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-MoU rivedut huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/523/UE tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 282, 24.10.2013, p. 35).