28.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Jannar 2014

li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2014) 279)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2014/38/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali, il-kontenut tal-laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/468/KE (3), ġie awtorizzat l-użu ta’ żewġ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja.

(3)

Peress li l-metodi għall-klassifikazzjoni awtorizzati kienu jeħtieġu adattament tekniku, l-Italja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-bidla tal-formula użata fil-“Fat-O-Meater” u “Hennessy Grading Probe 7”, kif ukoll tawtorizza erba’ metodi ġodda msejħa “AutoFom III”, “Fat-O-Meat’er II“, “CSB-Image-Meater” u “Manual method ZP” għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha. L-Italja ppreżentat deskrizzjoni ddettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, bl-indikazzjoni tal-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-formula l-ġdida, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

(4)

Eżami ta’ dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-formula l-ġdida huma ssodisfati. Din il-formula għandha għalhekk tiġi awtorizzata fl-Italja.

(5)

L-Italja talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tistipula preżentazzjoni ta’ karkassi tal-majjali differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel paragrafu tat-taqsima B.III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Skont it-tieni paragrafu tat-taqsima B.III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jipprevedu preżentazzjoni ta’ karkassi tal-majjali differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt, meta l-prassi kummerċjali normali fit-territorju tagħhom tkun differenti mill-preżentazzjoni standard. Fit-talba tagħha, l-Italja speċifikat li fit-territorju tagħha l-prassi kummerċjali hija li l-karkassi jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ma jitneħħew id-dijaframma u s-sonża qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati. Din il-preżentazzjoni li hija differenti mill-preżentazzjoni standard għandha għalhekk tiġi awtorizzata fl-Italja.

(7)

Sabiex ikunu stabbiliti l-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjali fuq bażi komparabbli, din il-preżentazzjoni differenti għandha titqies billi f’dawn il-każijiet il-piż irreġistrat jiġi aġġustat f’relazzjoni għall-piż tal-preżentazzjoni standard.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ġdida. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2001/468/KE għandha titħassar.

(9)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fl-Italja:

(a)

l-apparat “Fat-O-Meater I (FOM I)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

(b)

l-apparat “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness;

(c)

l-apparat “Fat-O-Meat’er II (FOM II)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti III tal-Anness;

(d)

l-apparat “AutoFom III” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IV tal-Anness;

(e)

l-apparat “CSB-Image-Meater” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti V tal-Anness;

(f)

l-apparat “Manual method ZP” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti VI tal-Anness.

Artikolu 2

Minkejja l-preżentazzjoni standard stabbilita fl-ewwel paragrafu tat-taqsima B.III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-karkassi tal-majjali fl-Italja jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ma jitneħħew id-dijaframma u s-sonża, qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati. Fil-każ ta’ preżentazzjoni bħal din il-piż tal-karkassa sħuna rreġistrat għandu jkun aġġustat skont il-formola li ġejja:

Formula

meta:

Y

=

il-piż tal-karkassa kif iddefinit bir-Regolament (KE) Nru 1249/2008

X

=

il-piż tal-karkassa sħuna bis-sonża u d-dijaframma

a

=

is-somma tas-sonża u d-dijaframma (%)

għad-dijaframma, ekwivalenti għal 0,29 % (piż tal-karkassa minn 110,1 sa 180 kg) u għal 0,26 % (piż tal-karkassa minn 70 sa 110 kg);

għas-sonża, ekwivalenti għal:

0,99 % (piż tal-karkassa minn 70 sa 80,0 kg),

1,29 % (piż tal-karkassa minn 80,1 sa 90,0 kg),

1,52 % (piż tal-karkassa minn 90,1 sa 100,0 kg),

2,05 % (piż tal-karkassa minn 100,1 sa 110 kg),

2,52 % (piż tal-karkassa minn 110,1 sa 130 kg),

2,62 % (piż tal-karkassa minn 130,1 sa 140 kg),

2,83 % (piż tal-karkassa minn 140,1 sa 150 kg),

2,96 % (piż tal-karkassa minn 150,1 sa 180 kg),

Artikolu 3

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2001/468/KE hija mħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/468/KE tat-8 ta’ Ġunju 2001 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja (ĠU L 163, 20.6.2001, p. 31).


ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FL-ITALJA

PARTI I

Fat-O-Meater I (FOM I)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater I” (FOM I).

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 6 mm li jkun fiha fotodajowd (photodiode) tas-Siemens tat-tip SFH 950 u fotoditekter (photodetecter) (tat-tip SFH 960), u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 5 u 115 mm. Ir-riżultati tal-kejl jinbidlu f’termini ta’ kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 8 cm ‘l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa fil-livell ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

x2

=

il-ħxuna tal-muskolu Longissimus dorsi, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal x1.

PARTI II

Hennessy Grading Probe (HGP 7)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “Hennessy Grading Probe 7” (HGP 7).

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi sonda b’dijametru ta’ 5,95 mm (u jkun fih xafra ta’ 6,3 mm fuq kull naħa tal-sonda fuq nett) li jkun fiha fotodajowd (photodiode) (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotoditekter (photodetector) tat-tip 58 MR) u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinbidlu f’termini ta’ kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-HGP 7 stess kif ukoll ta’ kompjuter marbut miegħu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 8 cm ‘l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa fil-livell ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

x2

=

il-ħxuna tal-muskolu Longissimus dorsi, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal x1.

PARTI III

Fat-O-Meat’er II (FOM II)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meat’er II” (FOM II).

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl Fat-O-Meat’er. Il-FOM II jikkonsisti fi sonda ottika b’sikkina, tagħmir għall-kejl tal-fond li jkollu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta - kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II stess.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 8 cm ‘l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa fil-livell ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

x2

=

il-ħxuna tal-muskolu Longissimus dorsi, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal x1.

PARTI IV

AutoFom III

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat imsejjaħ bħala “AutoFom III”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’16-il transdjuser ultrasoniċi ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

meta:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

(R2P1) il-ħxuna medja tal-ġilda f’mm

x2

=

(R2P4) il-kejl tax-xaħam P2 fil-pożizzjoni magħżula f’mm, meta P2 huwa l-ħxuna minima ta’ xaħam ta’ 7 cm mil-linja tan-nofs ta’ 2/3 tal-kustilji mingħajr ġilda

x3

=

(R2P11) ir-riżultat tal-filtru minpair. Vettur ta’ sezzjoni trasversali fil-pożizzjoni minima ta’ ħxuna tax-xaħam tal-ġenbejn.

x4

=

(R2P16) valutazzjoni ta’ malajr tad-daqs tal-ħxuna tax-xaħam

x5

=

(R3P1) il-kejl tal-laħam fil-punt P2 magħżul f’mm

x6

=

(R3P5) il-kejl tal-laħam massimu

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

(R2P6) il-medja pponderata taż-żewġ kejlijiet minimi ta’ xaħam f’mm

x2

=

(R2P11) ir-riżultat tal-filtru minpair. Vettur ta’ sezzjoni trasversali fil-pożizzjoni ta’ ħxuna tax-xaħam minima tal-ġenbejn

x3

=

(R2P14) Il-valutazzjoni inizjali tad-daqs tal-karkassa mingħajr il-ġilda P2, meta P2 huwa l-ħxuna minima ta’ xaħam ta’ 7 cm mil-linja tan-nofs ta’ 2/3 tal-kustilji

x4

=

(R3P5) ħxuna massima tal-muskolu

PARTI V

CSB Image-Meater

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat imsejjaħ bħala “CSB Image-Meater”.

2.

Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarment minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rata u interfaċċi. It-tliet fatturi varjabbli tal-Image-Meater huma kollha mkejla f’nofs il-linja tal-parti tal-koxxa(madwar l-M. gluteus medius):

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinbidlu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

meta:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

(MF) il-massa medja tal-laħam dgħif, imkejla f’korrispondenza tal-muskolu gluteus medius (f’mm)

x2

=

(ML) it-tul tal-muskolu gluteus medius

x3

=

(MS) il-massa medja ta’ xaħam, imkejla f’korrispondenza tal-muskolu gluteus medius (f’mm)

x4

=

(WbS) il-massa medja ta’ xaħam, imkejla f’korrispondenza tat-tieni vertebra, lokalizzata mit-tarf ta’ quddiem (kranjali) tal-muskolu gluteus medium (Vb)

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

(MF) il-kejl medju tal-laħam – fuq it-tul tal-muskolu gluteus medius (f’mm),

x2

=

(ML) it-tul tal-muskolu gluteus medius

x3

=

(MS) il-kejl medju tax-xaħam ‘il fuq mill-muskolu (ta’ dahru) gluteus medius (f’mm)

x4

=

S (mm) il-ħxuna tax-xaħam, imkejla fl-iktar punt irqiq tul il-muskolu gluteus medius

PART VI

Metodu manwali (ZP)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-“metodu manwali (ZP)” bil-kejl bir-riga

2.

Dan il-metodu jista’ jiġi implimentat permezz ta’ riga, meta l-klassifika tiġi ddeterminata abbażi ta’ ekwazzjoni ta’ tbassir. Huwa bbażat fuq il-kejl manwali tal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam u l-ħxuna tal-muskolu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont waħda miż-żewġ formuli li ġejjin:

(a)

karkassi li jiżnu bejn 70 u 110 kg

Formula

(b)

karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg

Formula

meta:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

x1

=

il-ħxuna minima tax-xaħam f’millimetri (bil-ġilda ta’ barra) tul il-muskolu Gluteus medius

x2

=

il-ħxuna minima tal-muskolu f’millimetri bejn l-estremità anterjuri tal-muskolu Gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-mudullun tas-sinsla.