21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/24/PESK

tal-20 ta’ Jannar 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuna waħda kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, l-entrata Nru 210 hija sostitwita minn din li ġejja:

 

Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

210

Ternavsky, Anatoly Andreevich

(Ternavski, Anatoli Andrievich

Ternavskiy,

Anatoly

Andreyevich)

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий Андрэевiч

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий, Андреевич

Data tat-twelid: 1950

PtT: Donetsk, Ukraina

Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenka. Il-kumpanija tiegħu Univest-M hija msieħba tal-Klabb tal-Isports tal-President, u sa Mejju 2011 kienet timpjega ħtint il-President.

Huwa jipprovdi appoġġ għar-reġim, partikolarment finanzjarment, permezz ta' pagamenti mill-kumpanija Univest-M lill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, lill-Kumpanija (Statali) Bjelorussa tat-Televiżjoni u Radju, u lit-trejdjunjon tal-kamra tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali.

Huwa jibbenefika mir-reġim permezz ta' attivitajiet ta' negozju fuq skala kbira fil-Bjelorussja. Il-kumpanija Univest-M hija l-proprjetarja ta' kumpanija sussidjarja, FLCC, li hija operatur ewlieni fis-setturi taż-żejt u tal-idrocarburi.

Il-kumpanija Univest-M hija wkoll waħda mill-akbar kumpaniji għall-iżvilupp/tal-proprjetà fil-Bjelorussja. Attivitajiet ta' negozju fuq tali skala ma jkunux possibbli fil-Bjelorussja mingħajr l-approvazzjoni tar-reġim Lukashenka.

Huwa jgħin finanzjarment bħala sponsor bosta klabbs sportivi, permezz tal-kumpanija Univest-M, biex b'hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet tajbin mal-President Lukashenka.